<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0800690901.case.xml"><NO.CASE>C-287/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0287</NO.CELEX><NO.SEQ>0003.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>6934</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6956</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>23</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20070911">11.9.2007</DATE> — KAWŻA C-287/05</LEFT><RIGHT>HENDRIX</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20070911">11 ta' Settembru 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-287/05,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skond l-Artikolu 234 KE, imressqa mis-Centrale Raad van Beroep (l-Olanda), b'deċiżjoni tal-<DATE ISO="20050715">15 ta' Lulju 2005</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20050718">18 ta' Lulju 2005</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P>D. P. W. Hendrix</P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Raad van Bestuur van het Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen,</P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn V. Skouris, President, P. Jann, CW.A. Timmermans, A. Rosas, K. Lenaerts, P. Kūris u E. Juhász, Presidenti ta' l-Awla, G. Arestis, A. Borg Barthet, M. Ilešič, J. Malenovský, U. Lõhmus u J.-C Bonichot (Relatur), Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-6935"?><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Registratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta ta' <DATE ISO="20061114">14 ta' Novembru 2006</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal M. Hendrix, minn M. J. Klinkert, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għar-Raad van Bestuur van het Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen, minn F. W. M. Keunen, Senior jurist,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn H. G. Sevenster u M. de Grave, bħala aģenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn C. White u Z. Bryanston-Cross, bhala agenti, assistiti minn D. Anderson, QC,</P></ITEM><ITEM><P>ghall-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, minn D. Martin u P. van Nuffel, bhala aģenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20070329">29 ta Marzu 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="I-6936"?><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, ta' l-<DATE ISO="19710614">14 ta' Ġunju 1971</DATE>, dwar lapplikazzjoni ta' l-iskemi tas-Siġurtà Soċjali għall-persuni impjegati, persuni li jaħdmu għal rashom u għall-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Ko munita, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta' Diċembru 1996</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="028" DATE.PUB="1997" PAGE.FIRST="1">ĠU 1997, L 28, p. 1</REF.DOC.OJ>), hekk kif emendata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1223/98 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="168" DATE.PUB="1997" PAGE.FIRST="1">ĠU L 168, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar 'il quddiem ir-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>), kif ukoll il-portata ta' l-Artikoli 12 KE, 18 KE, 39 KE u 7 (1), tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-<DATE ISO="19681015">15 ta' Ottubru 1968</DATE> dwar illibertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="257" DATE.PUB="1968" PAGE.FIRST="2">GU L 257, p. 2</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din id-domanda tressqet fil-kuntest ta' kawża bejn is-Sur Hendrix u r-Raad van Bestuur het Uitvoeringsinstituut Werknemersverzekeringen (Kunsill ta' amministrazzjoni ta' l-Istitut ta' amministrazzjoni ta' l-assigurazzjonijiet ghall-persuni impjegati, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>UWV<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>). Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jikkontesta r-rifjut ta' dan ta' l-aħħar li jallokalu l-benefiċċju taht il-liġi dwar l-assigurazzjoni kontra l-inkapaċità għax-xogħol ta' żgħażagħ b'diżabbiltà (Wet arbeidsongeschiktheidsvoorziening jonggehandicapten), ta' l-<DATE ISO="19970424">24 ta' April 1997</DATE> (Stb. 1997, Nru 177, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Liġi Wajong<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/>), minhabba li mhuwiex residenti fl-Olanda.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6937"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni Komunitarja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1408/71 jiddefinixxi l-persuni koperti minnu u jipprovdi, fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Dan ir-Regolament għandu japplika ghall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom u għall-istudenti li huma jew kienu soġġetti għal-liġijiet ta' Stat Membru jew aktar u li huma persuni ta' nazzjonalità ta' wieħed mill-Istati Membri [...] kif ukoll il-membri tal-familji taghhom u s-sopravissuti taghhom<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1408/71, intitolat <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>Materji koperti<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament jkun japplika għal-leġiżlazzjoni koliha li tikkonċerna l-friegħi segwenti tas-sigurtà soċjali:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-benefiċċji tal-mard u tal-maternità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-benefiċċji ta' l-inkapaċità, inklużi dawk intenzjonati għall-manteniment u lmiljorament tal-kapaċità tal-qliegħ;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP><?PAGE NO="I-6938"?><NP><NO.P>2a.</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament ikun japplika wkoll għall-benefiċċji speċjali non-kontributorji li hemm ipprovduti taħt il-leġiżlazzjoni jew skemi ohra barra dawk li hemm riferenza ghalihom fil-paragrafu 1 jew esklużi minħabba l-paragrafu 4, fej n tali benefiċċji huma intenzjonati:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jew biex jipprovdu assigurazzjoni supplementari, sostituta, jew anċillari kontra r-riskji koperti mill-friegħi tas-Sigurtà Soċjali li ghalihom saret riferenza fil-paragrafu 1 (a) sa (h);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>bħala protezzjoni speċifika biss għall-persuni b'diżabilità.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-għajnuna soċjali [...]<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Rigward il-benefiċċji speċjali ta' natura mhux kontributorja msemmijin fl-Artikolu 4 (2a) tar-Regolament Nru 1408/71, l-Artikolu 10a(l) ta dan ir-Regolament jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 10 u tat-Titolu III, il-persuni Ii ghalihom japplika dan ir-Regolament jingħataw il-benefiċċji fi flus non kontributorji speċjali li hemm riferenza ghalihom fl-Artikolu 4(2a) esklussivament fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih jabitaw, skond il-leġiżlazzjoni ta' dak l-Istat, basta tali benefiċċji jkunu mniżżla fl-Anness Ila. Tali benefiċċji jinghataw minn u bi spejjeż ta' l-istituzzjoni talpost ta' residenza<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>.</P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-6939"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fl-Anness IIa(J) tar-Regolament Nru 1408/71, il-benefiċċji li, fl-Olanda, jingħataw bis-saħħa tal-Liġi Wajong, huma deskritti bħala benefiċċji speċjali ta' natura mhux kontributorja.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1612/68, adottat għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE rigward il-moviment liberu tal-ħaddiema jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Ħaddiem ċittadin ta' xi Stat Membru ma jistax, fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, ikun trattat b'mod differenti minn ħaddiema ċittadini ta' dak l-Istat Membru minħabba ċ-ċittadinanza tiegħu fir-rigward ta' kwalunkwe kondizzjoni ta' l-impjieg u tax-xogħol, partikolarment fir-rigward ta' rimunerazzjoni, tkeċċija u jekk hu jisfa' mingħajr xogħol, ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Huwa għandu jgawdi l-istess vantaggi soċjali u ta' taxxa bħaċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru.</TXT><P>[...]<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/></P></NP></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-leġiżlazzjoni nazzjonali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-liġi dwar l-assigurazzjoni kontra l-inkapaċità għax-xogħol (Wet op de arbeidsongeschiktheidsverzerkering), tat-<DATE ISO="19660218">18 ta' Frar 1966</DATE> (Stb. 1966, Nru 84, iktar 'il quddiem il-<QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>WAO<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>), tassigura l-persuni impjegati kontra r-riskju ta' telf ta' salarju li jirriżulta minn inkapaċità għax-xogħol. Din l-assigurazzjoni hija ffinanzjata mill-kontribuzzjonijiet dovuti minn min iħaddem fuq is-salarju li huwa jħallas lill-ħaddiema tiegħu. Sabiex tibbenefika minn benefiċċju taħt il-WAO, il-persuna impjegata għandha tkun assigurata fil-mument meta tiġi fis-seħħ l-inkapaċità għax-xogħol.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6940"?><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Sa l-<DATE ISO="19980101">1 ta' Jannar 1998</DATE>, il-liġi li tipprovdi għal assigurazzjoni generali kontra l-inkapaċità għax-xogħol (Algemene Arbeidsongeschiktheidswet), tal-<DATE ISO="19751211">11 ta' Diċembru 1975</DATE> (Stb. 1975, Nru 674, iktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>AAW<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/>) stabbiliet assigurazzjoni generali obbligatorja li tkopri l-popolazzjoni koliha kontra l-konsegwenzi finanzjarji ta' inkapaċità għax-xogħol fit-tul</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-AAW ġiet issostitwita, minn naha, bil-liġi fuq l-assigurazzjoni kontra l-inkapaċità għax-xogħol tal-persuni li jaħdmu għal rashom (Wet arbeidsongeschiktheidsverzekering zelfstandigen), ta' l-<DATE ISO="19970424">24 ta' April 1997</DATE> (Stb. 1997, Nru 176), dwar il-persuni li jahdmu ghal rashom, u, min-naħa l-oħra, bil-Liġi Wajong, bil-ghan li tipproteġi ż-żgħażagħ b'diżabbiltà mill-konsegwenzi finanzjarji ta' inkapaċità għax-xogħol fit-tul</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Liġi Wajong tipprovdi għall-ħlas ta' benefiċċju minimu għaż-żgħażagħ li diġà huma milquta b'inkapaċità totali jew parzjali għax-xogħol fit-tul qabel id-dħul tagħhom fid-dinja tax-xogħol Huma kkunsidrati bħala żgħażagħ b'diżabbiltà rresidenti li kienu diġà milquta b'inkapaċità għax-xogħol fl-għeluq is-sbatax-il sena tagħhom jew li, jekk huma milquta wara, studjaw ghal almenü sitt xhur matul is-sena li tiġi eżatt qabel il-ġurnata li fiha ġiet fis-seħħ l-inkapaċità għax-xogħol II-benefiċċju ma jistax jinġabar qabel l-għeluq tat-tmintax-il sena.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-ammont tal-benefiċċju mogħti bis-saħħa tal-Liġi Wajong jiddependi mir-rata ta' inkapaċità għax-xogħol — f'dan ir-rigward, ġie stabbilit livell minimu ta' 25 % — u jitla' ghal 70 % tas-salarju minimu legali f'każ ta' inkapaċità totali għax-xogħol. Iddritt ghal dan il-benefiċċju mhuwiex suġġett għall-ħlas ta' primjum jew kontribuzzjoni. Lanqas ma huwa suġġett għal kundizzjoni marbuta mar-riżorsi tal-benefiċjarju nnifsu. Madankollu l-imsemmi benefiċċju jista' jiġi mnaqqas meta l-benefiċjarju jirċievi dħul għal xogħlu jew meta l-benefiċċju huwa mħallas flimkien ma' benefiċċji oħra għal inkapaċità għax-xogħol.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6941"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-benefiċċju previst mil-Liġi Wajong jitħallas mill-Arbeidsongeschiktheidsfonds jonggehandicapten (Fondi għaż żgħazagħ b'diżabbiltà li huma milquta minn inkapaċità għax-xogħol) u huwa ffinanzjat mit-Teżor Pubbliku [Artikolu 64(1), tal-Ligi Wajong].</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>B'mod differenti mill-AA W, li ma kienet tipprovdi ghall-ebda restrizzjoni f'dan irrigward, il-benefiċċju mħallas bis-saħħa tal-Liġi Wajong ma jistax jistħallas jekk il-benefiċjarju ma jkunx residenti fl-Olanda. Fil-fatt, l-Artikolu 17(1) tal-Liġi Wajong jipprovdi li <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>id-dritt għall-benefiċċju ta' inkapaċità għax-xogħol jiddekadi [...] flewwel ġurnata tax-xahar segwenti dak li fih ż-żagħżugħ b'diżabbiltà jkun stabbilixxa r-residenza tiegħu barra mill-Olanda<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Madankollu tista' ssir deroga minn din ir-regola meta d-dekadenza tad-dritt ghall-benefiċċju tirriżulta f'sitwazzjoni ta' <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>inġustizzja serja<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/> (Artikolu 17(7) tal-Liġi Wajong).</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>B'deċiżjoni tad-<DATE ISO="20030429">29 ta' April 2003</DATE>, l-UWV ippreċiżat li teżisti <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>inġustizzja serja<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> meta ż-żagħżugħ b'diżabbiltà għandu raġunijiet imperattivi sabiex jistabbilixxi r-residenza tiegħu barra mill-Olanda u meta jista' jiġi mistenni li t-twaqqif tal-hlas ta' dan il-benefiċċju jikkawżalu dannu konsiderevoli. Huma meqjusa bħala raġunijiet imperattivi, b'mod partikolari, il-fatt li jiġi segwit trattament mediku għal ċertu tul ta' żmien, il-fatt li huwa jaċċetta impjieg li joffri possibbiltà ta' integrazzjoni mill-ġdid jew il-bżonn li ż-żagħugħ b'diżabbiltà isegwi l-persuni li huwa jiddependi fuqhom, meta dawn il-persuni jkunu mġiegħla jitilqu mill-Olanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża principali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>D. Hendrix twieled fis-<DATE ISO="19750926">26 ta' Settembru 1975</DATE> u għandu nazzjonalità Olandiża. Huwa jbati minn diżabbiltà mentali ħafifa. Fis-<DATE ISO="19930926">26 ta' Settembru 1993</DATE>, ġie mogħti benefiċċju<?PAGE NO="I-6942"?> bis-sahha ta' l-AAW, li fl-<DATE ISO="19980101">1 ta' Jannar 1998</DATE> inbidel f'benefiċċju skond il-Liġi Wajong. Is-Sur Hendrix għadu meqjus li jsofri minn inkapaċità għax-xogħol ta' bejn 80 % u 100% għaliex ma hemmx biżżejjed postijet tax-xogħol fis-suq liberu tax-xogħol, minn perspettiva oġġettiva, li huma adattati ghall-kompetenzi u l-kapaċitajiet tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>D. Hendrix kellu, mill-<DATE ISO="19940201">1 ta' Frar 1994</DATE>, impjieg adattat, fid-dipartiment tarrimunerazzjonijiet ta' Formido Bouwmarkt f'Maastricht (l-Olanda). Huwa ġie mħallas għal din l-attività iżda baqa' jirċievi l-benefiċċju bis-saħħa tal-Liġi Wajong, imnaqqas b'kunsiderazzjoni tas-salarju tiegħu. Huwa ma eżerċita ebda attività professjonali barra mill-Olanda.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="19990601">1 ta' Ġunju 1999</DATE>, D. Hendrix ittrasferixxa ruħu fil-Belġju filwaqt li baqa' jaħdem fl-Olanda. B'deċiżjoni tat-<DATE ISO="19990628">28 ta' Ġunju 1999</DATE>, l-UWV iddeċieda, f dik l-okkażjoni, li jtemm il-benefiċċju mħallas bis-saħħa tal-Liġi Wajong D. Hendrix wara l-<DATE ISO="19990701">1 ta' Lulju 1999</DATE>, b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(1) initio u (1)(c) ta' din il-liġi li jipprovdi li l-benefiċċju jieqaf mill-ewwel jum ta' l-ewwel xahar wara dak li fih iż-żagħżugħ b'diżabbiltà jkun stabbilixxa r-residenza tiegħu barra mill-Olanda.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Bid-deċiżjoni tiegħu tas-<DATE ISO="19990917">17 ta' Settembru 1999</DATE>, l-UWV iddikjara l-ilment imressaq minn D. Hendrix kontra d-deċiżjoni tat-<DATE ISO="19990628">28 ta' Ġunju 1999</DATE> bħala mhux fondat</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Bsentenza tas-<DATE ISO="20010316">16 ta' Marzu 2001</DATE>, ir-Rechtbank Amsterdam iddikjara r-rikors imressaq minn D. Hendrix kontra d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="19990917">17 ta' Settembru 1999</DATE> bħala mhux fondat. D. Hendrix appella minn din is-sentenza quddiem is-Centrale Raad van Beroep.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6943"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li qieset li s-soluzzjoni tal-kwistjoni kienet teħtieġ interpretazzjoni tad-dritt Komunitarju, is-Centrale Raad van Beroep iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Gustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>1)</NO.P><TXT>Il-benefiċċju mħallas bis-saħħa tal-Liġi Wajong, li huwa msemmi fl-Anness IIa tar-Regolament Nru 1408/71, għandu jitqies bħala benefiċċju soċjali, ta' natura mhux kontributorja, fis-sens ta' l-Artikolu 4(2a) ta' l-istess Regolamenti, b'tali mod li r-regola ta' koordinazzjoni stabbilita fl-Artikolu 10a tiegħu biss għandha tiġi applikata għal persuna bħall-appellant fil-kawża prinċipali? Għat-tweġiba għal din id-domanda, jista' jkun rilevanti l-fatt li l-persuna kkonċernata kienet tirċievi inizjalment benefiċċju [bis-saħħa ta l-] AAW għal żgħażagħ b'diżabbiltà, Ii inbidel <HT TYPE="ITALIC">ipso jure</HT> f'benefiċċju bis-saħħa tal-Liģi Wajong?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk tingħata tweġiba pożittiva għall-ewwel domanda, ħaddiem jista jinvoka l-Artikolu 39 KE, kif huwa implementat permezz ta' l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1612/68, quddiem Stat Membru li huwa ċ-ċittadin tieghu meta huwa hadem biss f dan l-Istat Membru iżda huwa residenti fit-territorju ta' Stat Membru iehor?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk tingħata tweġiba pożittiva ghall-ewwel u t-tieni domanda, l-Artikolu 39 KE, kif huwa implementat permezz ta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 ghandu jinftiehem fis-sens li dispożizzjoni leġiżlattiva li tissuġġetta l-għoti jew iż-żamma ta' benefiċċju għar-residenza tal-persuna kkonċernata fit-territorju ta l-Istat Membru hija dejjem kompatibbli ma' l-imsemmi Regolament meta limsemmija dispożizzjoni leġiżlattiva tipprovdi għal benefiċċju ta' natura mhux kontributorja fis-sens ta' l-Artikolu 4(2a) tar-Regolament Nru 1408/71 u meta hija msemmija fl-Anness IIa ta' dan ir-Regolament?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-6944"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Jekk tingħata risposta pożittiva ghall-ewwel u t-tieni domanda u risposta negattiva ghat-tielet domanda, id-dritt Komunitarju (inklużi l-Artikoli 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 u 39 KE, kif ukoll l-Artikoli 12 KE u 18 KE) għandu jiġi interpretat fis-sens li n-natura tal-Liġi Wajong tirrappreżenta ġustifikazzjoni suffiċjenti sabiex jiġi invokat il-kriterju tar-residenza kontra ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea, li jinsab f'impjieg <HT TYPE="ITALIC">full-time</HT> fl-Olanda u li, minħabba f'hekk, huwa esklużivament suġġett għal-leġiżlazzjoni Olandiża?<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-benefiċċju mogħti bis-saħħa tal-Liġi Wajong jikkostitwixxix benefiċċju speċjali ta' natura mhux kontributorja suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 4(2a), u 10a tar-Regolament Nru 1408/71 moqrija flimkien, u minn dan jirriżulta li l-ħlas tiegħu jista' jiġi validament suġġett għal kundizzjoni ta' residenza. Hija tistaqsi wkoll dwar l-utilità tat-tehid in kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni preċedenti tar-rikorrent fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Osservazzjonijiet imressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jsostni, fl-ewwel lok, li huma biss il-benefiċċji li ma jaqgħux taħt il-leġiżlazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1408/71 li jistgħu jitqiesu bħala benefiċċji speċjali ta' natura mhux kontributorja.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6945"?><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>It-tieni nett, huwa jsostni li benefiċċju mogħti fuq il-bażi ta' bżonn jikkostitwixxi benefiċċju speċjali. B'dan il-mod huwa jafferma li l-benefiċċju previst mil-Liġi Wajong huwa intiż sabiex ikopri t-tnaqqis ta' dħul li jirriżulta mis-seħħ ta' wieħed mir-riskji msemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jżid li l-imsemmi benefiċċju ġie ssostitwit b'benefiċċju ieħor, mogħti bis-saħħa ta' l-AAW, li seta' jiġi esportai. Minn dan huwa jikkonkludi li huwa jista' jinvoka d-dispożizzjonijiet tranżitorji li jinsabu fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1247/92, tat-<DATE ISO="19920430">30 ta' April 1992</DATE>, li jemenda r-Regolament Nru 1408/71 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="136" DATE.PUB="1992" PAGE.FIRST="1">GU L 136, p. 1</REF.DOC.OJ>), u b'hekk jippretendi lesportazzjoni tal-benefiċċju.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-konvenuta fil-kawża prinċipali tqis li l-benefiċċju previst mil-Liġi Wajong jikkostitwixxi benefiċċju speċjali inkwantu huwa jissostitwixxi mhux telf ta' dhul (f'dan il-każ, il-benefiċċju jkun wiehed ta' sigurtà soċjali) iżda preżunzjoni ta' telf ta' dhul, peress li ż-żgħażagħ b'diżabbiltà ma jistgħux jiġu mqabbla ma' ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż iqis li l-imsemmi benefiċċju jikkostitwixxi benefiċċju ta' sostituzzjoni intiż għall-persuni li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet ta' assigurazzjoni sabiex jiksbu benefiċċju ta' invalidità normali.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tqis li l-benefiċċju previst mil-Liġi Wajong huwa benefiċċju ta' natura mħallta li jaqa' fl-istess waqt taħt is-sigurtà soċjali u taħt l-assistenza soċjali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-6946"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>B'hekk, l-imsemmi benefiċċju jikkostitwixxi benefiċċju speċjali ghaliex, minkejja li jkopri l-istess eventwalità, huwa jikkonċerna persuni li, peress li m'għandhomx esperjenzi preċedenti ta' xogħol, qatt ma kienu assigurati skond il-WAO jew il-WAZ, ta' l-<DATE ISO="19970424">24 ta' April 1997</DATE> u qatt ma setgħu jkunu hekk assigurati.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-konvenuta fil-kawża prinċipali, il-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni jqisu fl-aħħar nett li l-fatt li s-Sur Hendrix kien jirċievi benefiċċju simili bis-saħħa ta' liġi oħra qabel l-introduzzjoni tal-benefiċċju skond il-Liġi Wajong mhuwiex relevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Gvern tar-Renju Unit isostni li, sabiex il-benefiċċju previst mil-Liġi Wajong ikun jista' jiġi deskritt bħala benefiċċju speċjali ta' natura mhux kontributorja, huwa għandu jissodisfa r-rekwiżiti sostantivi li jrenduh fl-istess waqt benefiċċju speċjali u benefiċċju ta' natura mhux kontributorja u għandu wkoll ikun inkluż fil-lista li tinsab fl-Anness IIa tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-natura mhux kontributorja tal-benefiċċju, il-Gvern tar-Renju Unit iqis Ii, peress li huwa ffinanzjat minn fondi pubbliċi, il-benefiċċju previst mil-Liġi Wajong ghandu din in-natura.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tad-domanda, il-Gvern tar-Renju Unit iqis li huwa irrelevanti li r-rikorrent fil-kawża prinċipali rċieva inizjalment benefiċċju fl-istess waqt differenti u simili inkwantu din is-sitwazzjoni ma tbiddilx essenzjalment iddomanda mressqa mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-6947"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Fuq l-ewwel parti tad-domanda</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fis-sentenza tas-<DATE ISO="20060706">6 ta' Lulju 2006</DATE>, Kersbergen Lap u Dams Schipper (0154/05, Gabra p. I-6249), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li benefiċċju mogħti bis-saħħa tal-Liġi Wajong għandu jitqies bħala benefiċċju speċjali ta' natura mhux kontributorja fis-sens ta' l-Artikolu 4(2a) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>—</NO.P><TXT>Fuq it-tieni parti tad-domanda</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Fis-sentenza Kersbergen-Lap u Dams-Schipper, iċċitata iktar 'il fuq (punt 43), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li persuna fis-sitwazzjoni tar-rikorrent fil-kawża prinċipali ma tista tinvoka l-ebda dirtt għaż-żamma tal-vantaġġi miksuba bis-saħħa ta' l-AAW qabel l-adozzjoni tal-Liġi Wajong. L-effetti legali (in-natura ta esportabbiltà jew le tal-benefiċċju mogħti bis-saħħa tal-Liġi Wajong) ikkawżati blistabbiliment tar-residenza barra mill-Olanda għandhom konsegwentement jiġu eżaminati fid-dawl tar-regoli applikabbli fil-mument ta' din l-istabbiliment il-ġdid, jiġifieri fid-dawl tad-dispożizzjonijiet il-ġodda.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward ta' l-argument tar-rikorrent fil-kawża prinċipali bbażat fuq l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1247/92, minkejja li l-persuni li, qabel l-<DATE ISO="19920601">1 ta Ġunju 1992</DATE>, id-data tad-dħul fis-seħħ ta' l-imsemmi Regolament, kienu jirċievu l-benefiċċju bis-saħħa ta' l-AAW jew kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet sabiex jirċevuh jistgħu, skond l-imsemmi Artikolu 2, ikomplu jistrieħu fuq il-prinċipju tarrevoka tal-klawżoli ta' residenza previst fl-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71, is-sitwazzjoni tal-persuni li, bhar-rikorrent fil-kawża prinċipali, jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet biss wara l-imsemmija data hija, min-naha l-ohra, irregolata mill-Artikolu 10a ta' dan ir-Regolament ta' l-aħħar (ara, f dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="19980611">11 ta Ġunju 1998</DATE>, Partridge, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-297/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-3467">C-297/96, Ġabra p. I-3467, punt 39</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6948"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak li ntqal iktar 'il fuq, it-tweġiba lill-qorti tar-rinviju għandha tkun li benefiċċju bħal dak mogħti bis-saħħa tal-Liġi Wajong għandu jitqies bħala benefiċċju speċjali ta' natura mhux kontributorja, fis-sens ta' l-Artikolu 4(2a) tar-Regolament Nru 1408/71, b'tali mod li hija biss ir-regola ta' koordinazzjoni ta' l-Artikolu 10a ta' dan ir-Regolament li għandha tiġi applikata għal persuni li huma flistess sitwazzjoni tar-rikorrent fil-kawża prinċipali u li l-hlas ta' dan il-benefiċċju jista' validament jiġi riżervat għall-persuni li huma residenti fit-territorju ta' l-Istat Membru li jipprovdi l-imsemmi benefiċċju. Il-fatt li l-persuna kkonċernata qabel kienet tirċievi benefiċċju għal żgħażagħ b'diżabbiltà li kien esportabbli, ma jaffettwax l-applikazzjoni ta' l-imsemmija dispożizzjonijiet</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni u t-tielet domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Bit-tieni u t-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jistax jistrieħ fuq l-Artikolu 39 KE kif implementat mill-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1612/68 u, f'dan il-każ, jekk dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludux, f'din is-sitwazzjoni, it-twaqqif tal-ħlas tal-benefiċċju mogħti bis-saħħa tal-Liġi Wajong għar-raġuni li huwa telaq mill-Olanda.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Osservazzjonijiet imressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Ir-rikorrent fil-kawża prinċipali jqis li huwa għandu jitqies bħala ħaddiem li eżerċita d-dritt ta' moviment liberu tiegħu fis-sens tad-dritt Komunitarju. Huwa jibbaża ruħu, b'mod partikolari, fuq il-kawża Terhoeve (is-sentenza tas-<DATE ISO="19990126">26 ta' Jannar 1999</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-18/95" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-345">C-18/95, Ġabra p. I-345</REF.DOC.ECR>), fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li kull ċittadin Komunitarju li jeżerċita d-dritt tiegħu għall-moviment liberu tal-ħaddiema u li jeżerċita attività professjonali fi Stat Membru ieħor, jaqa' taht il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament Nru 1612/68, indipendentement mill-post ta' residenza tieghu u min-nazzjonalità tieghu. Huwa jenfasizza wkoll li fil-kawża Meints (is-sentenza tas-<DATE ISO="19971127">27 ta' Novembru 1997</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-57/96" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-6689">C-57/96, Ġabra p. I-6689</REF.DOC.ECR>), il-Qorti<?PAGE NO="I-6949"?> tal-Ġustizzja qieset li r-Regolament Nru 1612/68 ma jippermettix li l-ghoti ta vantaġġ soċjali jiġi suġġett għall-kundizzjoni li l-benefiċjarju jkun residenti fitterritorju ta' l-Istat Membru li għandu jagħtih il-benefiċċju.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-konvenuta fil-kawża prinċipali tammetti li individwu jista' wkoll jinvoka l-Artikolu 39 KE quddiem l-Istat Membru li huwa ċittadin tiegħu, sakemm huwa jkun eżerċita d-drittijiet tiegħu ta' moviment liberu (ara, b'mod partikolari, is-sentenza Terhoeve, iċċitata iktar 'il fuq, punti 27 u 28). Madankollu hija ssostni li l-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet għandu jinvolvi t-trasferiment fi Stat Membru ieħor bil-għan li jeżerċita jew li jkompli jeżerċita attività ekonomika jew, almenü, għandu juri rabta ma' attività professjonali, futura jew mhux futura.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Madankollu, dan mhuwiex il-każ tas-Sur Hendrix. Huwa minnu li dan ta' l-aħħar telaq mill-Istat ta' origini tiegħu iżda sempliċement biex ikun residenti fi Stat Membru ieħor u mhux biex jeżerċita hemmhekk attività professjonali. Peress li huwa hadem dejjem fi-Olanda, huwa qatt ma eżerċita d-drittijiet tieghu ghall-moviment liberu. Skond il-konvenuta fil-kawża prinċipali, għandu jiġi traspost, fil-kuntest ta' l-Artikolu 39 KE, ir-raġunament tal-Qorti tal-Gustizzja, fil-qasam tal-libertà ta' stabbiliment, fis-sentenza tas-<DATE ISO="19930126">26 ta' Jannar 1993</DATE>, Werner (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-112/91" YEAR="1993" PAGE.ECR="I-429">C-112/91, Ġabra p. I-429</REF.DOC.ECR>). F'din is-sentenza hija ddeċidiet li s-sempliċi fatt ta' residenza fi Stat Membru mingħajr l-istabbiliment hemmhekk ma kienx jikkostitwixxi element barraní suffiċjenti sabiex jiġi invokat l-Artikolu 43 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni jsostnu, essenzjalment, l-istess argumenti tal-konvenuta.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Il-Gvern tar-Renju Unit josserva wkoll li s-soluzzjoni tas-sentenza Terhoeve, iċċitata iktar 'il fuq, mhijiex applikabbli fil-kawża prinċipali. Huwa jqis li s-Sur Hendrix ma jistax jitqies bhala haddiem li eżerċita d-dritt tieghu ghall-moviment liberu u jinvoka, b'mod partikolari, minbarra s-soluzzjoni moghtija fil-kawża li tat lok għas-sentenza Werner, iċċitata iktar 'il fuq, il-punti 93 sa 97 tal-konklużjonijiet ta' l-Avukat<?PAGE NO="I-6950"?> Ġenerali Jacobs fil-kawża Hoever u Zachów (is-sentenza ta' l-<DATE ISO="19961010">10 ta' Ottubru 1996</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-245/94+C-312/94" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-4895">C-245/94 u C-312/94, Ġabra p. I-4895</REF.DOC.ECR>). Skond din ta' l-ahhar, ir-Regolament Nru 1612/68 japplika biss għall-ħaddiema li huma ċittadini fi Stat Membru iżda li jaħdmu fi Stat Membru iehor. Għaldaqstant, fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-Sur Hendrix, m'hemmx lok li dan ta' l-aħħar jitqies bhala haddiem li eżerċita d-dritt tiegħu għall-moviment liberu u li jista jinvoka, għal din ir-raġuni, id-dispożizzjonijet tar-Regolament Nru 1612/68.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>It-tweġiba tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, is-Sur Hendrix kien impjegat mill-<DATE ISO="19940201">1 ta' Frar 1994</DATE> f'hanut ta' l-ghodda (DIY) fl-Olanda. Fl-<DATE ISO="19990601">1 ta' Ġunju 1999</DATE>, is-Sur Hendrix ittrasferixxa ruhu fil-Belġju, iżda madankollu żamm l-impjieg tieghu fl-Olanda, inizjalment, fl-istess hanut fejn kien jirċievi dhul inqas mis-salarju minimu legali. Din ir-rimunerazzjoni kienet ikkompletata bil-benefiċċju mogħti bis-saħħa tal-Liġi Wajong. Peress li l-UWV, b'deċiżjoni tat-28 ta' Ġunju, iddeċidieda li jissospendi l-ghoti ta' l-imsemmija benefiċċji, mill-<DATE ISO="19990701">1 ta' Lulju 1999</DATE>, u peress li dak li kien ihaddmu rrifjuta talba għal żieda, huwa temm dan il-kuntratt ta' xogħol. Madankollu, mill-<DATE ISO="19990705">5 ta' Lulju 1999</DATE>, D. Hendrix ġie impjegat f'hanut iehor ta' l-ghodda (DIY) fejn huwa kien jirċievi salarju minimu legali. Fl-2001, is-Sur Hendrix reġa stabbilixxa ruhu fl-Olanda.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-fatti li taw lok għall-kawża prinċipali huma, ghaldaqstant, dawk ta' persuna li, filwaqt li żammet attività ta' impjieg b'salarju fl-Istat ta' origini taghha, ittrasferiet rresidenza taghha fi Stat Membru iehor, imbagħad sabet mill-ġdid impjieg bsalarju fl-Istat ta' origini taghha. Il-fatt li D. Hendrix, wara li stabbilixxa ruhu fil-Belġju, kompla jahdem fl-Olanda u imbaghad ma baqax jaħdem għall-istess persuna f'dan l-istess Stat jagħtih il-kwalità ta' haddiem migrant u b'hekk, ghall-perijodu kollu in kwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri mix-xahar ta' Gunju 1999 sas-sena 2001, huwa jaqa' taht il-kamp ta' applikazzjoni tad-dritt Komunitarju, u b'mod partikolari taht il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk id-dispożizzjonijiet tieghu li jikkonċernaw il-moviment liberu tal-haddiema (is-sentenzi tal-<DATE ISO="20060221">21 ta' Fra 2006</DATE>, Ritter - Coulais, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-152/03" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-1711">C-152/03, Ġabra p. I-1711, punti 31 u 32</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="20070718">18 ta' Lulju 2007</DATE>, Hartmann, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-6303">C-212/05, Ġabra p. I-6303, punt 17</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6951"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1612/68, ħaddiem migrant igawdi l-istess vantaggi soċjali bħal dawk li huma mogħtija lill-ħaddiema nazzjonali. Skond ġurisprudenza kostanti, il-kunċett ta' ħaddiem imsemmi minn din id-dispożizzjoni jkopri l-ħaddiema fuq il-fruntieri li huma intitolati li jinvokawha bl-istess mod bħall-ħaddiema msemmija minn din id-dispożizzjoni (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19971127">27 ta Novembru 1997</DATE>, Meints, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-57/96" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-6689">C-57/96, Ġabra p. I-6689, punt 50</REF.DOC.ECR>, tat-<DATE ISO="19990608">8 ta' Ġunju 1999</DATE>, Meeusen, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-337/97" YEAR="1999" PAGE.ECR="I-3289">C-337/97, Ġabra p. I-3289, punt 21</REF.DOC.ECR>, u Hartmann, iċċitata iktar 'il fuq, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>vantaġġ soċjali<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/> li jirreferi għalih l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68, huwa jkopri l-vantaġġi koliha li, marbuta jew le ma' kuntratt ta' impjieg, huma ġeneralment mogħtija lill-ħaddiema nazzjonali, prinċipalment, minħabba l-kwalità tagħhom ta' ħaddiema jew għas-sempliċi fatt li huma għandhom ir-residenza ordinarja tagħha fit-territorju nazzjonali, u lestensjoni tiegħu lill-ħaddiema migranti tidher, għaldaqstant, tali li tiffaċilita lmobbiltà fi ħdan il-Komunità (is-sentenzi tas-<DATE ISO="19850327">27 ta' Marzu 1985</DATE>, Hoeckx, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="249/83" YEAR="1985" PAGE.ECR="973">249/83, Ġabra p. 973, punt 20</REF.DOC.ECR>, u tat-<DATE ISO="19980512">12 ta' Mejju 1998</DATE>, Martínez Sala, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-85/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-2691">C-85/96, Ġabra p. I-2691, punt 25</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-benefiċċju mogħti skond il-Liġi Wajong huwa vantaġġ li jingħata lill-ħaddiema li, minħabba marda jew diżabbiltà, ma jistgħux jaqilgħu permezz ta' xogħlhom dak li persuna f'saħħitha bl-istess livell ta' studji u ta' esperjenza taqla' normalment minn xogħolha. Hekk kif tqis il-qorti tar-rinviju, il-benefiċċju in kwistjoni jikkostitwixxi għaldaqstant vantaġġ soċjali fis-sens ta' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68.</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li Stat Membru ma jistax jissuġġetta l-għoti ta' vantaġġ soċjali fis-sens ta' l-imsemmi Artikolu 7 għall-kundizzjoni li l-benefiċjarji tal-vantaġġ ikollhom ir-residenza tagħhom fit-territorju nazzjonali ta' dan l-Istat Membru (is-sentenzi Meints, punt 51 u Meeusen, punt 21, iċċitati iktar 'il fuq).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6952"?><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-benefiċċju mogħti bis-saħħa tal-Liġi Wajong huwa parti mill-benefiċċji soċjali ta' natura mhux kontributorja msemmija fid-dispożizzjonijiet relatati ta' l-Artikoli 4(2a), u 10a tar-Regolament Nru 1408/71, li l-għoti tagħhom jista' jkun riżervat għall-persuni li huma residenti fit-territorju ta' l-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni tiegħu tipprovdi għal tali benefiċċju u li l-Artikolu 42(2), tar-Regolament Nru 1612/68 jipprovdi li dan <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>m'għandux jaffetwa miżuri meħudin skond l-Artikolu 51 tat-Trattat (li sar, wara emenda, l-Artikolu 42 KE)<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/>, bħal dawk li jinsabu f'regolament ta' koordinazzjoni bħalma huwa r-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif il-Qorti tal-Gustizzja ddeċidiet b'mod kostanti, id-dispożiz-zjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71 adottati ghall-applikazzjoni ta' l-Artikolu 42 KE għandhom jiġu interpretati fid-dawl ta' l-ghan ta' dan l-Artikolu, jiġifieri li jikkontribwixxi ghall-istabbiliment ta' liberta' ta' moviment tal-haddiema migranti bl-iktar mod sħiħ possibbli (is-sentenza tat-<DATE ISO="20010308">8 ta' Marzu 2001</DATE>, Jauch, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-215/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-1901">C-215/99, Ġabra p. I-1901, punt 20</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 huwa l-espressjoni partikolari, fil-qasam speċifiku ta' l-ghoti ta' vantaġġi soċjali, tar-regola ta' trattament ugwali stabbilita fl-Artikolu 39(2) KE u għandu jiġi interpretat bl-istess mod bħal din id-dispożizzjoni ta' l-aħħar (ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20060223">23 ta' Frar 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-205/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-31">C-205/04, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra — Ġabra 2006, p. I-31*, punt 15</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Għaldaqstant il-kriterju ta' residenza għall-għoti ta' benefiċċju bis-saħħa tal-Liģi Wajong jista' jiġi mitlub minn persuna fis-sitwazzjoni ta' D. Hendrix biss jekk huwa oġġettivament iġġustifikat u proporzonat ma' l-ghan segwit.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Bhalma l-Qorti tal-Ġustizzja osservai fil-punt 33 tas-sentenza Kersbergen-Lap u Dams-Schipper, iċċitata iktar 'il fuq, il-benefiċċju mogħti bis-saħħa tal-Liġi Wajong huwa marbut fil-qrib mal-kuntest soċjo ekonomiku ta' l-Istat Membru kkonċernat,<?PAGE NO="I-6953"?> għaliex huwa jiddependi mis-salarju minimu u mil-livell ta' ħajja fi-Olanda. Barra minn hekk, dan il-benefiċċju huwa parti mill-benefiċċji speċjali ta' natura mhux kontributorja msemmija fid-dispożizzjonijiet relatati ta' l-Artikoli 4(2a) u 10a tar-Regolament Nru 1408/71, li jingħata lill-persuni li għalihom huwa applikabbli dan ir-Regolament esklużivament fit-territorju ta' l-Istat Membru li fih huma residenti u skond il-leġiżlazzjoni ta' dan l-Istat. Għaldaqstant il-kriterju ta' residenza, bħala tali, previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, huwa oġġettivament iġġustifikat</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Però huwa wkoll neċessarju li l-applikazzjoni ta' l-imsemmiija kundizzjoni ma twassalx għal ksur tad-drittijiet li persuna fis-sitwazzjoni tas-Sur Henrix għandu għall-moviment liberu tal-ħaddiema li jmur lil 'hinn minn dak li huwa meħtieġ għat-twettiq ta' l-għan leġittimu tal-liġi nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Minn dan il-lat, għandu jiġi osservai li l-liġi nazzjonali, kif ġie indikat fil-punt 15 ta' din is-sentenza, tipprovdi espliċitament li tista' ssir deroga mill-kriterju ta' residenza meta dan iwassal għal <QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>inġustizzja serja<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/>. Skond ġurisprudenza stabbilita, huma lqrati nazzjonali li huma kompetenti sabiex jinterpretaw, safejn huwa possibbli, iddritt nazzjonali f'sens li jkun kompatibbli ma' l-eżiġenzi tad-dritt Komunitarju (issentenzi tat-<DATE ISO="19901113">13 ta' Novembru 1990</DATE>, Marleasing, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-106/89" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-4135">C-106/89, Ġabra p. I-4135, punt 8</REF.DOC.ECR>, u tal-<DATE ISO="20041005">5 ta' Ottubru 2004</DATE>, Pfeiffer <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-397/01—C-403/01" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-8835">C-397/01 sa C-403/01, Ġabra p. I-8835, punt 113</REF.DOC.ECR>). Il-qorti tar-rinviju għandha għaldaqstant tara li, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża in kwistjoni, l-eżiġenza ta' kriterju ta' residenza fit-territorju nazzjonali ma twassalx ghal tali inġustizzja fid-dawl tal-fatt li D. Hendrix eżerċita d-dritt tiegħu għall-moviment liberu tal-ħaddiema u li huwa żamm ir-rabtiet ekonomiċi u soċjali tiegħu fl-Olanda.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Fid-dawl ta' dak li ntqal, it-tweġiba lill-qorti tar-rinviju għandha tkun li l-Artikoli 39 KE u 7 tar-Regolament Nru 1612/68 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tapplika l-Artikoli 4(2a), u 10a tar-Regolament Nru 1408/71 u tipprovdi li benefiċċju speċjali ta' natura mhux kontributorja li jinsab fl-Anness Ila ta' dan ir-Regolament ta' l-aħħar ma jistax jinghata lill-persuni li huma residenti fit-territorju nazzjonali. Madankollu, l-applikazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni ma tistax twassal ghal ksur tad-drittijiet ta'<?PAGE NO="I-6954"?> persuna li tinsab f'sitwazzjoni bħal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali li jmur lil 'hinn minn dak li huwa meħtieġ għat-twettiq ta' l-għan leġittimu tal-liġi nazzjonali. Hija l-qorti nazzjonali, li għandha tagħti lil-liġi nazzjonali, safejn huwa possibbli, interpretazzjoni kompatibbli maddritt Komunitarju, fid-dawl tal-fatt, b'mod partikolari, li l-ħaddiem in kwistjoni żamm ir-rabtiet ekonomiċi u soċjali koliha tiegħu fl-Istat Membru ta' origini.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Fuq ir-raba' domanda</P></TI></TITLE><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta' din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-regoli rigward, b'mod partikolari, iċ-ċittadinanza Ewropea huma tali li jikkontestaw ir-regola li tghid li benefiċċju speċjali ta' natura mhux kontributorja, bhalma huwa l-benefiċċju previst mil-Liġi Wajong, ma jistax jiġi esportat</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Hekk kif ġie osservai fil-kuntest tat-tweġiba ghad-domandi preċedenti, ċittadin ta' Stat Membru fis-sitwazzjoni tas-Sur Hendrix jaqa' taht il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat rigward il-moviment liberu tal-haddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Hija ġurisprudenza stabbilita li l-Artikolu 18 KE, li jistabbilixxi b'mod generali ddritt ta' kull ċittadin ta' l-Unjoni Ewropea li jiwjaġġa ġewwa u jirrisjedi liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri, huwa applikat b'mod speċifiku fl-Artikolu 39 KE, firrigward tal-moviment liberu tal-haddiema (ara, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20021126">26 ta' Novembru 2002</DATE>, Oteiza Olazabal, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-100/01" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-10981">C-100/01, Ġabra p. I-10981, punt 26</REF.DOC.ECR>, u tas-<DATE ISO="20070426">26 ta' April 2007</DATE>, Alevizos, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-392/05" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-3505">C-392/05, Ġabra p. I-3505, punt 66</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-6955"?><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Billi l-kawża prinċipali taqa taħt din id-dispożizzjoni ta' l-aħħar, mhuwiex neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 18 KE (ara, is-sentenzi ċċitati iktar 'il fuq, Oteiza Olazabal, punt 26, u Alevizos, punt 80) u għaldaqstant m'hemmx bżonn tingħata tweġiba għar-raba' domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta' kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta' l-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk ta' l-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta' u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Benefiććju bħal dak mogħti bis-saħħa tal-liġi dwar l-assigurazzjoni kontra l-inkapacità għax-xogħol ta' żgħażagħ b'diżabbiltà (Wet arbeidsongeschiktheidsvoorziening jonggehandicapten), ta' l-<DATE ISO="19970424">24 ta' April 1997</DATE>, għandu jitqies bhala benefiććju spećjali ta' natura mhux kontributorja, fis-sens ta' l-Artikolu 4(2a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, ta' l-<DATE ISO="19710614">14 ta' Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni ta' l-iskemi tas-Siġurtà Soćjali ghallpersuni impjegati, persuni li jahdmu ghal rashom u għall-membri talfamilji taghhom li jiccaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta' Dićembru 1996</DATE>, kif emendai bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1223/98, ta' l-<DATE ISO="19980604">4 ta' Ġunju 1998</DATE>, b'tali mod li hija biss ir-regola ta' koordinazzjoni ta' l-Artikolu 10a ta' dan ir-Regolament li għandha tiġi applikata ghal persuni li huma fl-istess sitwazzjoni tar-rikorrent fil-kawża principali u li l-hlas ta' dan il-benefiććju jista' validament jiġi riżervat għall-persuni li huma residenti fit-territorju ta' l-Istat Membru li jipprovdi<?PAGE NO="I-6956"?> imsemmi benefiććju. Il-fatt li l-persuna kkonćernata qabel kienet tirċievi benefiċċju għal żgħażagħ b'diżabbiltà li kien esportabbli, ma jaffettwax lapplikazzjoni ta' l-imsemmija dispożizzjonijiet.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikoli 39 KE u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68 tal-<DATE ISO="19681015">15 ta' Ottubru 1968</DATE> dwar il-libertà tal-moviment għall-haddiema fi ħdan il-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni naz z jonali li tapplika l-Artikoli 4(2a), u 10a tar-Regolament Nru 1408/71 fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, kif emendai bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1223/98, u tipprovdi li benefiċċju speċjali ta' natura mhux kontributorja li jinsab fl-Anness IIa ta' dan ir-Regolament ta' l-aħħar jista' jingħat a biss lill-persuni li huma residenti fit-territorju nazzjonali. Madankollu, lapplikazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni ma tistax twassal ghal ksur taddrittijiet ta' persuna li tinsab f 'sitwazzjoni bhal dik tar-rikorrent fil-kawża prinċipali li jmur lil 'hinn minn dak li huwa meħtieġ għat-twettiq ta' l-għan leġittimu tal-liġi nazzjonali. Hija l-qorti nazzjonali, li għandha tagħti lil-liġi nazzjonali, safejn huwa possibbli, interpretazzjoni kompatibbli mad-dritt Komunitarju, fid-dawl tal-fatt, b'mod partikolari, li l-ħaddiem in kwistjoni żamm ir-rabtiet ekonomiċi u soćjali koliha tiegħu fl-Istat Membru ta' origini.</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>