<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T‑570/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013TJ0570</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:40">EU:T:2016:40</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20160128">28.1.2016</DATE> – KAWŻA T‑570/13</P><P>AGRICONSULTING EUROPE vs IL-KUMMISSJONI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Kuntratt pubbliċi ta’ servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ sejħa għal offerti</KEYWORD><KEYWORD>Assistenza teknika operattiva bil-għan li jiġi stabbilit u ġestit mekkaniżmu ta’ netwerk għall-implimentazzjoni ta’ Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>produttività u sostenibbiltà fil-qasam agrikolu<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Ċaħda tal-offerta ta’ offerent</KEYWORD><KEYWORD>Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Offerta anormalment baxxa</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà mhux kuntrattwali</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑570/13,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Agriconsulting Europe SA</HT>, stabbilita fi Brussell (il-Belġju), irrappreżentata minn R. Sciaudone, avukat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn L. Cappelletti u L. Di Paolo, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba għall-kumpens għall-preġudizzji allegatament subiti minħabba irregolaritajiet imwettqa mill-Kummissjoni fil-kuntest tas-sejħa għal offerti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Stabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ netwerk għall-implementazzjoni ta’ sħubija Ewropea għall-innovazzjoni <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>produttività u sostenibbiltà fil-qasam agrikolu<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> (AGRI-2012-PEI-01),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn S. Frimodt Nielsen, President, F. Dehousse (Relatur) u A. M. Collins, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: L. Grzegorczyk, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20150707">7 ta’ Lulju 2015</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz ta’ avviż ta’ kuntratt pubbliku ppubblikat bħala suppliment fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> tas-<DATE ISO="20120807">7 ta’ Awwissu 2012</DATE> (ĠU 2012/S 61-150-249926), il-Kummissjoni Ewropea varat sejħa għal offerti bir-referenza AGRI-2012-PEI-01, maħsuba sabiex tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ netwerk għall-implimentazzjoni tas-sħubija Ewropea għall-innovazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>produttività u sostenibbiltà fil-qasam agrikolu<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>sejħa għal offerti<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont il-punt 1 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), il-persuna attributorja kellha l-missjoni li tikkontribwixxi għall-ħolqien u l-ġestjoni tan-netwerk ta’ sħubija, kompost minn u miftuħ għall-persuni responsabbli għall-innovazzjoni u għall-approċċi innovattivi fis-settur tal-agrikoltura, bħall-bdiewa, ir-riċerkaturi, il-konsulenti, l-impriżi, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-konsumaturi u l-organi tas-settur pubbliku. Il-persuna attributorja kellha r-responsabbiltà li tistabbilixxi u li tiżgura l-funzjonament tal-mekkaniżmu tan-netwerk, kompost, minn naħa, mill-persunal assenjat mill-persuna attributorja għall-eżekuzzjoni tal-missjonijiet indikati fl-avviż tal-kuntratt u, min-naħa l-oħra, mill-post fiżiku fejn dan il-persunal kien jaħdem u kien jipprovdi s-servizzi tiegħu (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>punt tal-informazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-missjonijiet tal-persuna attributorja tal-kuntratt kienu ddefiniti fil-punt 2 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. Dawn kienu diviżi f’disa’ missjonijiet prinċipali, jiġifieri, fl-ewwel lok, il-ġestjoni tal-persunal assenjat għall-missjonijiet u l-ġestjoni tal-punt tal-informazzjoni, fit-tieni lok, it-tmexxija tan-netwerk ta’ sħubija, fit-tielet lok, l-attività tal-konnessjoni u l-iżvilupp ta’ strumenti ta’ komunikazzjoni, fir-raba’ lok, l-attwalizzazzjoni u ż-żamma ta’ bank ta’ data sħiħa, fil-ħames lok, iż-żamma ta’ lista ta’ esperti esterni, fis-sitt lok, it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ koordinazzjoni u ta’ skambju ta’ informazzjoni, fis-seba’ lok, l-inventarju tal-ħtiġijiet ta’ riċerka mill-ħaddiema tal-art, fit-tmien lok, l-iżvilupp ta’ programm annwali ta’ xogħol u, fid-disa’ lok, l-arkivjar, il-ġestjoni tal-inventarju u s-salvagwardja ta’ dokumenti u ta’ informazzjoni. L-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kien jindika n-numru minimu ta’ persunal neċessarju sabiex jitwettqu l-missjonijiet prinċipali, filwaqt li jipprevedi, għal dan l-għan, li l-persunal assenjat għall-missjonijiet kellu jkun kompost tal-inqas minn għaxar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>persuni full-time<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, li minnhom tal-inqas sitta permanenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kienu jipprevedu 27 missjoni addizzjonali li l-eżekuzzjoni tagħhom għandha ssir fuq it-talba annwali tal-Kummissjoni, sa fejn minn tliet missjonijiet addizzjonali tal-inqas sa massimu ta’ għaxar missjonijiet fis-sena, kien mifhum li, fir-rigward tal-missjonijiet addizzjonali Nru 24, Nru 26 u Nru 27, tal-inqas dawn tal-aħħar kienu ser jintalbu fl-ewwel sena. Il-missjonijiet addizzjonali kienu jinkludu l-organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ riflessjoni, jiġifieri gruppi ta’ esperti li jistudjaw u jiddibattitu kwistjonijiet li jikkonċernaw speċifikament il-pjan Ewropew ta’ innovazzjoni (missjonijiet addizzjonali Nri 1 sa 6), l-organizzazzjoni ta’ gruppi ta’ ħidma addizzjonali (missjonijiet addizzjonali Nri 7 sa 9), l-organizzazzjoni ta’ jiem <QUOT.START CODE="201D" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>fuq il-post<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (missjonijiet addizzjonali Nri 10 sa 13), l-organizzazzjoni ta’ seminars addizzjonali (missjonijiet addizzjonali Nri 14 sa 17), l-evalwazzjoni tax-xogħol tal-gruppi operattivi (missjonijiet addizzjonali Nri 18 sa 20), l-organizzazzjoni ta’ konferenzi (missjoni addizzjonali Nru 21), l-organizzazzjoni tal-vjaġġ u tal-akkomodazzjoni tal-parteċipanti fi gruppi ta’ riflessjoni, fi grupp ta’ ħidma u f’seminars (missjoni addizzjonali Nru 22), it-twettiq ta’ missjonijiet fl-Istati Membri (missjoni addizzjonali Nru 23), il-ħolqien ta’ lista ta’ esperti (missjoni addizzjonali Nru 24), l-għeluq tal-punt tal-informazzjoni (missjoni addizzjonali Nru 25), il-ħolqien tal-punt tal-informazzjoni (missjoni addizzjonali Nru 26) u l-inventarju tal-proġetti rilevanti kollha għall-finijiet tal-ħolqien ta’ bank tad-data (missjoni addizzjonali Nru 27).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont id-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kunratt, il-persuna attributorja tal-kuntratt kellha tipprovdi għal numru ta’ persuni suffiċjenti sabiex, minbarra l-missjonijiet prinċipali, il-persunal assenjat għall-missjonijiet ikun jista’ jeżegwixxi l-kompiti previsti bħala missjonijiet addizzjonali Nru 24 u Nru 27, li twettiq tagħhom kien previst matul l-ewwel sena tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont il-punt 6 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, il-kuntratt ġie konkluż għal tul ta’ għaxar xhur, li jista’ jiġġedded sa massimu ta’ tnax-il xahar. Dan kien jipprevedi baġit totali massimu ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2500000</FT> fis-sena għall-eżekuzzjoni konġunta tal-missjonijiet prinċipali u missjonijiet addizzjonali, il-baġit massimu fis-sena kien ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1400000</FT> għall-missjonijiet prinċipali u ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">1500000</FT> għall-missjonijiet addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont il-punt 7.5 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, il-proċedura tas-suq kienet komposta, fl-ewwel lok, mill-fażi ta’ eżami tal-offerti abbażi tal-kriterji ta’ esklużjoni, segwita mill-eżami tal-offerti abbażi tal-kriterji ta’ selezzjoni, fit-tieni lok, mill-fażi ta’ evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-kriterji tal-għoti (evalwazzjoni kwalitattiva u evalwazzjoni tal-prezz) u, fit-tielet lok, mill-fażi tal-għoti tal-kuntratt abbażi tal-kriterju tal-offerta l-iktar ekonomikament vantaġġuża. Il-kriterji ta’ esklużjoni, ta’ selezzjoni u tal-għoti applikati mill-Kummissjoni kienu msemmija fil-punt 9 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni rċeviet ħames offerti, fosthom dik tar-rikorrenti. L-offerenti kollha għaddew mill-ewwel fażi tal-proċedura tal-kuntratt, li tikkonsisti fl-eżami tal-offerta tagħhom abbażi tal-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ selezzjoni, u waslu sat-tieni fażi tal-proċedura, li tikkonsisti fl-evalwazzjoni tal-offerti abbażi tal-erba’ kriterji tal-għoti li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>kriterju tal-għoti Nru 1: approċċ tar-rabta bejn xjenza u prattika;</P></ITEM><ITEM><P>kriterju tal-għoti Nru 2: approċċ li jikkonċerna l-eżekuzzjoni tal-missjonijiet prinċipali u addizzjonali;</P></ITEM><ITEM><P>kriterju tal-għoti Nru 3: organizzazzjoni prattika tal-kompiti;</P></ITEM><ITEM><P>kriterju tal-għoti Nru 4: proposti li jikkonċernaw il-ħolqien ta’ punt tal-informazzjoni bbażat fi Brussell (il-Belġju).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-kuntest tat-tieni fażi tal-proċedura, żewġ offerenti biss, f’dan il-każ ir-rikorrenti u Vlaamse Landmaatschappij (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>VLM<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), kisbu l-punteġġ minimu rikjest mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt għall-kriterji tal-għoti. B’hekk, dawn iż-żewġ offerenti laħqu l-fażi ta’ evalwazzjoni tal-prezzijiet tagħhom, li kienu jammontaw għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">1320112.63</FT> fil-każ tar-rikorrenti u għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">2316124.83</FT> fil-każ ta’ VLM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Mill-verbal tal-laqgħa tal-kumitat ta’ evalwazzjoni tal-<DATE ISO="20121120">20 ta’ Novembru 2012</DATE> jirriżulta li r-rikorrenti ġiet ikklassifikata fl-ewwel post u li, peress li kellha dubji dwar in-natura anormalment baxxa tal-offerta tagħha, il-kumitat ta’ evalwazzjoni kkonkluda li kellha tintalab tipprovdi informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-missjonijiet addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li l-kumitat ta’ evalwazzjoni kien qies li l-prezzijiet indikati għall-missjonijiet addizzjonali kienu anormalment baxxi. Hija talbet lir-rikorrenti spjegazzjonijiet iddettaljati fuq il-kalkolu tal-prezzijiet proposti għall-missjonijiet addizzjonali Nri 1 sa 21 u Nru 25, billi indikat li l-offerta tagħha setgħet tiġi miċħuda f’każ ta’ spjegazzjonijiet mhux konvinċenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20121129">29 ta’ Novembru 2012</DATE>, ir-rikorrenti rrispondiet għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni, billi pprovditilha spjegazzjonijiet ġenerali u lista tal-ispejjeż neċessarji għall-formulazzjoni tal-proposti tagħha tal-prezzijiet li jikkonċernaw il-missjonijiet addizzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Mill-verbal finali tal-evalwazzjoni tal-offerta tar-rikorrenti, tad-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, jirriżulta li l-kumitat ta’ evalwazzjoni eżamina l-ispjegazzjonijiet ta’ din tal-aħħar u b’mod partikolari kkonstata l-eżistenza tal-użu sovrapożizzjonat tal-effettivi bejn il-missjonijiet prinċipali u l-missjonijiet addizzjonali, li ma kienx konformi mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt. Għaldaqstant, huwa biddel il-punteġġ mogħti lill-offerta tar-rikorrenti għall-kriterju tal-għoti Nru 3, li tnaqqas minn 11.8 points għal 7 punti, meta l-punteġġ minimu rikjest kien ta’ 7.5 punti minn 15. Għaldaqstant, il-kumitat ta’ evalwazzjoni kkonkluda l-evalwazzjoni tiegħu billi, minn naħa kkonferma l-parir tiegħu dwar in-natura anormalment baxxa tal-offerta tar-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, ikkonstata li, abbażi tal-informazzjoni l-ġdida trażmessa minn din tal-aħħar, l-offerta tagħha ma kinitx tilħaq il-punteġġ minimu rikjest mill-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt abbażi tal-kriterju tal-għoti Nru 3. Għaldaqstant, il-kumitat irrakkomanda li l-kuntratt jingħata lil VLM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20130325">25 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li l-offerta tagħha ma kinitx intgħażlet peress li ma kinitx laħqet il-minimu rikjest għall-kriterju tal-għoti Nru 3 u ġiet ikkunsidrata bħala anormalment baxxa sa fejn din kienet tirrigwarda l-prezzijiet proposti sabiex jiġu eżegwiti ċerti missjonijiet addizzjonali. Fl-istess jum, il-Kummissjoni ddeċidiet li tattribwixxi l-offerta lil VLM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20130326">26 ta’ Marzu 2013</DATE>, ir-rikorrenti talbet l-isem tal-persuna li ngħatat il-kuntratt kif ukoll il-karatteristiċi u l-vantaġġi tal-offerta tagħha. Il-Kummissjoni bagħtitilha din l-informazzjoni bl-ittra tas-<DATE ISO="20130327">27 ta’ Marzu 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20130329">29 ta’ Marzu 2013</DATE>, ir-rikorrenti talbet lill-Kummissjoni informazzjoni oħra li tikkonċerna l-evalwazzjoni tal-offerta tagħha. Il-Kummissjoni wieġbet b’ittra tal-<DATE ISO="20030410">10 ta’ April 2003</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tat-<DATE ISO="20130412">12 ta’ April 2013</DATE>, ir-rikorrenti tallega li l-awtorità kontraenti naqset milli titlob dikjarazzjoni ta’ kjarifiki neċessarji dwar l-evalwazzjoni tal-ewwel u t-tieni kriterju, it-tibdil tal-evalwazzjoni teknika tiegħu wara l-ftuħ tal-offerta finanzjarja, l-evalwazzjoni skorretta tal-implikazzjoni tal-kap tal-grupp u l-assistent tiegħu fil-missjonijiet addizzjonali u n-natura żbaljata tal-konklużjonijiet li jikkonċernaw l-offerta ta’ VLM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra mibgħuta lill-Kummissjoni fl-istess jum, ir-rikorrenti talbet lil din tal-aħħar l-aċċess għall-verbal tal-kumitat u għall-offerta tal-persuna li ngħata l-kuntratt, waqt li bbażat ruħha fuq l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel ittra tad-<DATE ISO="20130429">29 ta’ April 2013</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li l-verbal tal-kumitat ta’ evalwazzjoni kien ser jiġi trażmess malajr. Permezz tat-tieni ittra tal-istess jum, il-Kummissjoni wieġbet għat-talba għal aċċess tar-rikorrenti billi pprovdietlu kopja parzjali tal-verbal ta’ evalwazzjoni tal-<DATE ISO="20121120">20 ta’ Novembru 2012</DATE>, tal-proċess ta’ evalwazzjoni finali tal-offerta tad-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE> u tal-proċess globali ta’ evalwazzjoni tas-<DATE ISO="20130206">6 ta’ Frar 2013</DATE>. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni rrifjutat li tikkomunikalu l-offerta tal-persuna li ngħatat il-kuntratt billi invokat il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali tal-impriża kkonċernata, ibbażata fuq l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20130513">13 ta’ Mejju 2013</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat applikazzjoni konfermatorja skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1049/2001. Permezz ta’ ittra tal-14 Mejju 2013, il-Kummissjoni ikkonfermat li rċevietha, billi ddikjarat risposta f’terminu ta’ ħmistax-il jum tax-xogħol.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20130513">13 ta’ Mejju 2013</DATE>, ir-rikorrenti kkontestat il-pożizzjoni tal-Kummissjoni espressa fit-tieni ittra tad-<DATE ISO="20130429">29 ta’ April 2013</DATE>, li hija qieset bħala insuffiċjenti. Permezz tal-ittra tal-<DATE ISO="20130531">31 ta’ Mejju 2013</DATE>, il-Kummissjoni wieġbet li r-rikorrenti kellha d-dokumentazzjoni kollha li tikkonċerna l-proċedura tas-suq li serviet bħala bażi għad-deċiżjoni tal-għoti, billi għamlet riferiment ukoll għall-ittra tagħha tad-<DATE ISO="20130429">29 ta’ April 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikazzjoni konfermatorja għal aċċess, permezz tal-ittra tal-<DATE ISO="20130604">4 ta’ Ġunju 2013</DATE>, il-Kummissjoni indikat lir-rikorrenti li t-terminu għal tweġiba kien ġie estiż sas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>. Fis-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li hija ma setgħetx twieġeb għall-applikazzjoni konfermatorja għal aċċess fit-terminu ċċitat iktar ’il fuq. Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20130704">4 ta’ Lulju 2013</DATE>, ir-rikorrenti talbet tweġiba għall-applikazzjoni konfermatorja għal aċċess, u għal dan il-Kummissjoni wieġbet fid-<DATE ISO="20130709">9 ta’ Lulju 2013</DATE>, billi informat lill-impriża li r-risposta kienet ser tiġi trażmessa lilha fil-jiem sussegwenti. Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20130717">17 ta’ Lulju 2013</DATE>, il-Kummissjoni wieġbet għall-applikazzjoni konfermatorja għal aċċess tar-rikorrenti, billi kkonfermat id-deċiżjoni preċedenti tagħha li telimina ċerta informazzjoni inkluża fil-verbali ta’ evalwazzjoni u li ma takkordax l-aċċess għall-offerta tal-persuna li ngħatat il-kuntratt, skont l-Artikolu 4(1)(b) u tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20131025">25 ta’ Ottubru 2013</DATE>, ir-rikorrenti ressqet ippreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20131118">18 ta’ Novembru 2013</DATE>, din il-kawża ġiet assenjata lis-Sitt Awla u, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150108">8 ta’ Jannar 2015</DATE>, din ġiet riassenjata lill Imħallef Relatur ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fuq rapport tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura, u fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni u proċedura msemmija fl-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="19910502">2 ta’ Mejju 1991</DATE>, hija talbet lir-rikorrenti tipproduċi dokumenti. Din tal-aħħar ottemperat ruħha ma’ din it-talba fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>It-trattazzjoni tal-partijiet u r-risposti tagħhom għall-mistoqsijiet tal-Qorti Ġenerali nstemgħu fis-seduta tas-<DATE ISO="20150707">7 ta’ Lulju 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tordna l-komunikazzjoni tal-offerta tal-persuna li ngħatat il-kuntratt;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-interessi għall-preġudizzju subit minħabba t-telf tal-kuntratt inkwistjoni, minħabba t-telf tal-opportunità li tikkonkludi l-imsemmi kuntratt u minħabba l-ispejjeż ta’ parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti u għad-danni morali, l-ammonti għandhom jiżdiedu sabiex jittieħed kont tat-telf monetarju u tad-danni kumpensatorji;</P></ITEM><ITEM><P>tagħti trattament kunfidenzjali lil ċerti annessi;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad it-talba għal kumpens għad-danni bħala infondata;</P></ITEM><ITEM><P>tiċħad it-talba għal miżuri ta’ istruzzjoni bħala infondata;</P></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għad-danni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti ssostni illegalitajiet differenti marbuta mal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt li jivvizzjaw id-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-offerta tagħha u titlob il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tal-interessi, skont l-Artikoli 268 TFUE u 340 TFUE, għad-danni subiti minħabba t-telf tal-kuntratt inkwistjoni, minħabba t-telf tal-opportunità li tikkonkludi l-imsemmi kuntratt u minħabba l-ispejjeż ta’ parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti u għad-danni morali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>B’mod iktar speċifiku, ir-rikorrenti tallega tmien istanzi ta’ ksur li huma suffiċjentement ikkaratterizzati u ssostni li l-offerta tagħha ġiet miċħuda b’mod illegali. Hija ssostni, fl-ewwel lok, evalwazzjoni żbaljata tal-offerta u ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament b’mod relattiv għall-kriterju tal-għoti Nru 1, fit-tieni lok, applikazzjoni u evalwazzjoni żbaljati tal-offerta tagħha fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 2, fit-tielet lok, ksur tar-regoli tal-proċedura tas-suq fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 3, fir-raba’ lok, ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 3, fil-ħames lok, ksur tal-prinċipju ta’ separazzjoni tal-fażijiet tal-proċedura, fis-sitt lok, evalwazzjoni żbaljata tal-offerta fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 3, fis-seba’ lok, interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-kunċett ta’ offerta anormalment baxxa u, fit-tmien lok, ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fl-applikazzjoni tal-kunċett tal-offerta anormalment baxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, fil-qasam tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Unjoni Ewropea għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal sistemi legali tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull dannu kkaġunat mill-istituzzjonijiet tagħha jew mill-impjegati tagħha fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, fis-sens tad-dispożizzjoni suesposta, għal aġir illegali tal-organi tagħha hija suġġetta għall-eżistenza ta’ numru ta’ kundizzjonijiet, jiġifieri l-illegalità tal-aġir li huma akkużati bih l-istituzzjonijiet, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir allegat u d-dannu invokat (sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19820929">29 ta’ Settembru 1982</DATE>, <NAME.CASE>Oleifici Mediterranei vs KEE</NAME.CASE>, <NO.CASE>26/81</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1982:318">EU:C:1982:318</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080909">9 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>FIAMM <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑120/06 P u C‑121/06 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:476">EU:C:2008:476</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0106">106</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0164">164</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0166">166</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100909">9 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑300/07</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:372">EU:T:2010:372</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0137">137</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141016">16 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑297/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:888">EU:T:2014:888</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Barra minn hekk, fir-rigward tal-kundizzjoni marbuta mal-aġir illegali, il-ġurisprudenza titlob li għandu jiġi stabbilit ksur suffiċjentement ikkaratterizzat ta’ dispożizzjoni legali maħsuba li tikkonferixxi drittijiet fuq l-individwi. Il-kriterju deċiżiv li jippermetti li jiġi kkunsidrat li l-ksur huwa suffiċjentement ikkaratterizzat jikkonsisti fil-ksur manifest u serju, minn istituzzjoni jew organu tal-Unjoni kkonċernat/a, tal-limiti li huma imposti fuq is-setgħa diskrezzjonali tiegħu jew tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000704">4 ta’ Lulju 2000</DATE>, <NAME.CASE>Bergaderm u Goupil vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑352/98 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:361">EU:C:2000:361</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021210">10 ta’ Diċembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Camar u Tico</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑312/00 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:736">EU:C:2002:736</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050317">17 ta’ Marzu 2005</DATE>, <NAME.CASE>AFCon Management Consultants <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni,</NAME.CASE> <NO.CASE>T‑160/03</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:107">EU:T:2005:107</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, iċċitata iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:888">EU:T:2014:888</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Peress li waħda mit-tliet kundizzjonijiet ta’ stabbiliment tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni ma hijiex issodisfatta, it-talbiet għad-danni għandhom jiġu miċħuda, mingħajr ma jkun neċessarju li jiġi eżaminat jekk iż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra humiex issodisfatti (ara, f’dan is-sens,<?PAGE NO="7"?> is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19940915">15 ta’ Settembru 1994</DATE>, <NAME.CASE>KYDEP vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-146/91</NO.CASE>, Ġabra <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1994:329">EU:C:1994:329</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:888">EU:T:2014:888</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, il-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali kbira fir-rigward tal-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tat-teħid ta’ deċiżjoni tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku b’sejħa għal offerti (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981217">17 ta’ Diċembru 1998</DATE>, <NAME.CASE>Embassy Limousines &amp; Services vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑203/96</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:302">EU:T:1998:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110920">20 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Evropaïki Dynamiki vs BEI,</NAME.CASE> <NO.CASE>T‑461/08</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:494">EU:T:2011:494</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0137">137</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Bl-istess mod, il-Kummissjoni għandha setgħa diskrezzjonali wiesa’ sabiex tiddetermina kemm il-kontenut kif ukoll l-implementazzjoni tar-regoli applikabbli għall-għoti, għaliha nnifisha, ta’ kuntratt pubbliku permezz ta’ sejħa għal offerti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060214">14 ta’ Frar 2006</DATE>, <NAME.CASE>TEA-CEGOS <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑376/05 u T‑383/05</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:47">EU:T:2006:47</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Evropaïki Dynamiki vs BEI</NAME.CASE>, iċċitata iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:494">EU:T:2011:494</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0137">137</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Astrim u Elyo Italia vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑216/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:574">EU:T:2012:574</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet li jeħtieġ li tiġi eżaminata t-talba tar-rikorrenti sabiex tiġi kkumpensata għad-danni li hija sofriet minħabba ċ-ċaħda illegali tal-offerta tagħha. Din it-talba hija bbażata, fl-ewwel lok, fuq l-illegalitajiet marbuta mal-kriterji tal-għoti Nri 1 u 2, fit-tieni lok, fuq l-illegalitajiet marbuta mal-applikazzjoni tal-kunċett tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>offerta anormalment baxxa<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> u, fit-tielet lok, fuq l-illegalitajiet marbuta mal-kriterju tal-għoti Nru 3.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-talba għal kumpens marbuta mal-ewwel żewġ illegalitajiet allegati, marbuta mal-kriterji tal-għoti Nri 1 u 2</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 1, li l-kumitat ta’ evalwazzjoni ma eżaminax bir-reqqa l-offerta tagħha u li r-raġunijiet taċ-ċaħda huma żbaljati, li l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament kien ġie miksur u, fir-replika, li l-motivazzjoni taċ-ċaħda tagħha hija nieqsa jew hija insuffiċjenti fir-rigward tal-aspett marbut mal-istrateġija ta’ komunikazzjoni. Fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 2, marbut mal-eżekuzzjoni tal-missjonijiet prinċipali u addizzjonali, hija ssostni essenzjalment li l-evalwazzjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni hija żbaljata u tinvoka, fir-replika, il-ksur tad-drittijiet tagħha u n-nuqqas jew l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni adottata abbażi tal-kriterju tal-għoti Nru 2.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument, mingħajr ma tqajjem l-inammissibbiltà tiegħu, kif hija rrikonoxxietha waqt is-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-illegalitajiet allegati dwar il-kriterji tal-għoti Nri 1 u 2, jeħtieġ f’dan il-każ li jiġi eżaminat jekk il-kundizzjonijiet marbuta mad-danni allegati u mar-rabta kawżali bejn l-imsemmija danni u l-illegalitajiet invokati humiex issodisfatti jew le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjoni marbuta mar-realtà tad-danni, l-Unjoni tkun responsabbli biss fil-każ li r-rikorrenti jkun effettivament sofra danni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>reali u ċerti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, fatti li għandhom jiġi pprovati minnu (ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141014">14 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Giordano vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑611/12 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2282">EU:C:2014:2282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:888">EU:T:2014:888</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kundizzjoni marbuta mal-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir allegat u d-dannu invokat, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-allegat dannu għandu jirriżulta b’mod suffiċjentement dirett mill-aġir allegat, peress li dan tal-aħħar għandu jikkostitwixxi l-kawża determinanti tad-dannu, fatt li għandu jiġi pprovat mir-rikorrenti (ara s-sentenzi tat-<?PAGE NO="8"?><REF.DOC.ECR><DATE ISO="19920130">30 ta’ Jannar 1992</DATE>, <NAME.CASE>Finsider <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑363/88 u C‑364/88</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:44">EU:C:1992:44</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>u Evropaïki Dynamiki vs BEI</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:494">EU:T:2011:494</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0209">209</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tal-illegalitajiet allegati fir-rigward tal-kriterji tal-għoti Nri 1 u 2, ir-rikorrenti speċifikat li hija tinvoka d-dannu marbut mat-telf tal-opportunità tal-kuntratt kif ukoll id-danni marbuta mal-ispejjeż sostnuti għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-kundizzjoni marbuta mar-rabta kawżali hija ssodisfatta peress li l-offerta tagħha kienet ġiet ikklassifikata fl-ewwel post u li hija kellha tikseb l-għoti tal-kuntratt li kieku ma okkorriex il-ksur irrilevat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li ċ-ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti hija bbażata biss fuq l-evalwazzjonijiet li jikkonċernaw il-kriterju tal-għoti Nru 3 u n-natura anormalment baxxa tal-offerta tagħha. Fil-fatt, l-offerta tar-rikorrenti kienet ġiet ikklassifikata fl-ewwel post wara t-tmiem ta’ operazzjonijiet ta’ eżami tal-offerta mill-perspettiva ekonomika. Issa, din il-klassifikazzjoni fl-ewwel post ġiet mibdula għal żewġ raġunijiet, jiġifieri t-tibdil tal-evalwazzjoni tal-offerta fid-dawl tal-kriterju tal-għoti Nru 3, li ġiet ikkunsidrata bħala insuffiċjenti, u l-klassifikazzjoni tal-offerta bħala anormalment baxxa. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssemmi fir-rikors li d-danni inkwistjoni huma l-konsegwenza diretta tad-deċiżjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni li jnaqqas il-punteġġ li jikkonċerna l-kriterju tal-għoti Nru 3 u li jikkunsidra l-offerta bħala anormalment baxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif enfasizzat il-Kummissjoni, ir-rikorrenti qatt ma speċifikat kif l-għoti ta’ punteġġ ogħla fir-rigward tal-kriterji tal-għoti Nri 1 u 2 seta’ jinċidi favorevolment fuq il-probabbiltajiet li tirbaħ il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa b’mod żbaljat li r-rikorrenti tikkonferma li, fin-nuqqas ta’ ksur u żbalji li jikkonċernaw il-kriterji tal-għoti Nri 1 u 2, il-kuntratt kien jingħata lilha. Fil-fatt, anki jekk il-punteġġ kien ogħla għal dawn il-kriterji tal-għoti, din iċ-ċirkustanza ma kinitx ta’ natura li taffettwa l-evalwazzjoni tal-offerta tagħha fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 3 u n-natura anormalment baxxa tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-illegalitajiet allegati jikkonċernaw il-kriterji tal-għoti Nri 1 u 2, anki jekk jiġi preżunt li dawn huma stabbiliti, ma jippreżentawx rabta kawżali diretta mal-preġudizzji allegati, marbuta mat-telf tal-opportunità li tikkonkludi l-kuntratt u mal-ispejjeż sostnuti għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-talba għal kumpens għandha tiġi miċħuda sa fejn din hija bbażata fuq l-illegalitajiet li jikkonċernaw il-kriterji tal-għoti Nri 1 u 2.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-talba għad-danni marbuta mal-illegalitajiet allegati fid-dawl tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>offerta anormalment baxxa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn naħa, ir-rikorrenti ssostni li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>offerta anormalment baxxa<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> f’dan il-każ huma żbaljati. Min-naħa l-oħra, hija tinvoka n-natura arbitrarja u irraġonevoli tal-parametri użati għall-applikazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>offerta anormalment baxxa<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> kif ukoll il-ksur tal-osservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fl-applikazzjoni tal-imsemmi kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ dan l-argument.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni allegatament żbaljati tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>offerta anormalment baxxa<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkontesta l-approċċ segwit mill-kumitat ta’ evalwazzjoni sabiex jikklassifika l-offerta tagħha bħala anormalment baxxa. Fl-opinjoni tagħha, dan l-analiżi huwa bbażat unikament fuq l-evalwazzjoni tal-ispiża tal-missjonijiet addizzjonali u mhux fuq l-offerta fit-totalità tagħha. B’hekk hija ssostni li l-kumitat ta’ evalwazzjoni ma analizzax l-effett ta’ dan l-aspett iżolat marbut mal-missjonijiet addizzjonali fuq l-offerta fit-totalità tagħha, fatt li jmur kontra l-prinċipji applikabbli f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jitfakkar li, skont l-Artikolu 97(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, tal-<DATE ISO="20020625">25 ta’ Ġunju 2002</DATE>, rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74), kif emendat (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Regolament finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), li kien applikabbli għal dan il-każ fir-rigward tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, il-kuntratt għandu jingħata bil-proċedura tal-għoti awtomatiku jew bil-proċedura tal-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża. F’dan il-każ, l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kienu jipprevedu li l-kuntratt għandu jingħata abbażi tal-kriterju tal-offerta l-iktar ekonomikament vantaġġuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-Artikolu 139 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002, tat-<DATE ISO="20021223">23 ta’ Diċembru 2002</DATE>, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>regoli ta’ implementazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="139.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk, għal xi appalt, l-offerti jidhru abnormalment baxxi, l-awtorità tal-kuntratti, qabel ma tirrifjuta dawn l-offerti fuq dan l-argument biss, titlob bil-miktub dettalji ta’ l-elementi li minnhom magħmula l-offerta, li hi tqis li għandhom x’jaqsmu u tivverifika dawk l-elementi kostitwenti, wara li tkun semgħet sew il-partijiet, u tqis l-ispjegazzjonijiet li tkun irċeviet. […]</P><P>L-awtorità ta’ l-appalti tista’, b’mod partikolari, tqis l-ispjegazzjonijiet dwar:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-ekonomika tal-proċess ta’ manifattura, tal-fornitura tas-servizz jew tal-metodu ta’ kostruzzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew il-kondizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli għal min qed jitfa’ l-offerta;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-oriġinalita ta’ l-offerta.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Bl-istess mod, l-Artikolu 146(4), tar-regoli ta’ implementazzjoni jipprovdi li, f’każ ta’ offerti anormalment baxxi, il-kumitat ta’ evalwazzjoni għandu jitlob l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti dwar il-kompożizzjoni tal-offerta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>offerta anormalment baxxa<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> ma jinkludix definizzjoni la fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament finanzjarju u lanqas f’dawk tar-regoli ta’ implementazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Madankollu, mill-ġurisprudenza jirriżulta li n-natura anormalment baxxa ta’ offerta għandha tiġi evalwata inkonnessjoni mal-kompożizzjoni tal-offerta u inkonnessjoni mas-servizz inkwistjoni. B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li l-awtorità kontraenti tista’, fil-kuntest tal-eżami tagħha tan-natura anormalment baxxa ta’ offerta, bil-ħsieb li tiżgura kompetizzjoni sana, tieħu inkunsiderazzjoni mhux<?PAGE NO="10"?> biss iċ-ċirkustanzi stabbiliti fl-Artikolu 139(2) tar-regoli ta’ implementazzjoni iżda wkoll l-elementi kollha rilevanti fid-dawl tas-servizz inkwistjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Data Medical Service,</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑568/13</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2466">EU:C:2014:2466</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-ittra tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20130325">25 ta’ Marzu 2013</DATE> u mir-rapport finali ta’ evalwazzjoni jirriżulta li l-kumitat ta’ evalwazzjoni kkunsidra li, fid-dawl tal-ispjegazzjonijiet ipprovduti mir-rikorrenti, l-ispejjeż ma kinux koperti mill-prezz propost għal ċerti missjonijiet addizzjonali (Nri 1 sa 6 u Nri 18 sa 20, b’mod partikolari). Il-Kumitat ta’ evalwazzjoni wera wkoll inkoerenzi tal-ispejjeż għall-missjonijiet addizzjonali Nri 14 u 15. Fl-aħħar, huwa kkonstata l-eżistenza tal-użu sovrapost tal-persunal għall-missjonijiet prinċipali addizzjonali (Nri 6 sa 17, Nru 21 u Nru 25). Minn dan huwa ddeduċa n-natura anormalment baxxa tal-offerta fir-rigward tal-missjonijiet addizzjonali Nri 1 sa 16 u Nri 18 sa 20. Huwa speċifika li l-missjonijiet addizzjonali Nri 1 sa 6 u Nri 18 sa 20 kienu proposti b’telf abbażi biss tal-ispejjeż tax-xogħol u li l-missjonijiet addizzjonali Nri 1 sa 16 u Nri 18 sa 20 kienu proposti b’telf jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż addizzjonali. Huwa żied li l-użu sovrapost tal-persunal kien jirrendi l-offerta inkompatibbli mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt dwar il-kundizzjoni minima ta’ għaxar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>persuni full-time<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għaldaqstant huwa veru li l-anomaliji rrilevati li wasslu lill-kumitat ta’ evalwazzjoni sabiex jiddeduċi n-natura anormalment baxxa tal-offerta tar-rikorrenti kienu jikkonċernaw b’mod iktar partikolari ċerti missjonijiet addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, l-importanza ekonomika u finanzjarja tal-missjonijiet addizzjonali meta mqabbla mal-missjonijiet prinċipali tirriżulta b’mod ċar mill-elementi tal-proċess. B’mod partikolari, l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kienu jipprevedu total ta’ 36 missjoni, li minnhom 27 kienu jikkostitwixxu missjonijiet addizzjonali. Barra minn hekk, l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt kienu jipprevedu għall-missjonijiet addizzjonali baġit massimu ftit ogħla (EUR <FT TYPE="NUMBER">1500000</FT>) minn dak previst għall-missjonijiet prinċipali (EUR <FT TYPE="NUMBER">1400000</FT>). Għalhekk ma hemm l-ebda dubju dwar l-importanza tal-missjonijiet addizzjonali fis-suq kollu inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Issa, mis-27 missjoni addizzjonali previsti, 19 minnhom kienu kkonċernati minn anomaliji rrilevati mill-kumitat ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-anomaliji rrilevati, anki jekk dawn ma jikkonċernawx il-missjonijiet addizzjonali, bl-ebda mod ma jikkonċernaw aspett minuri jew iżolat tal-offerta u b’hekk kienu jistgħu jivvizzjaw il-koerenza tal-prezz globali propost u, għaldaqstant, l-offerta fl-intier tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-anomaliji rrilevati jikkonċernaw biss missjonijiet addizzjonali ma jfissirx li l-offerta ma ġietx evalwata fl-intier tagħha. F’dan ir-rigward, huwa l-prezz totali tal-offerta tar-rikorrenti li ġiet ikkunsidrata bħala anormalment baxxa, inkluż inkonnessjoni mal-baġit previst mill-Kummissjoni għall-kuntratt kollu u inkonnessjoni mal-prezz totali propost mill-persuna li ngħatat il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kumitat ta’ evalwazzjoni wettaq l-evalwazzjoni tiegħu inkonnessjoni mal-kompożizzjoni tal-offerta u mas-servizz inkwistjoni, billi ħa inkunsiderazzjoni elementi rilevanti fir-rigward tal-imsemmi servizz. Għalhekk jeħtieġ li jiġi miċħud l-ilment tar-rikorrenti li l-kumitat ta’ evalwazzjoni ddeduċa n-natura anormalment baxxa tal-offerta bi ksur tal-prinċipji applikabbli fil-qasam.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT>Fuq in-natura arbitrarja u irraġonevoli tal-parametri użati għall-applikazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>offerta anormalment baxxa<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u fuq l-inosservanza tal-prinċipju ta’ kontradittorju kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti tinvoka n-natura mhux adatta, arbitrarja u inġustifikata tal-parametri użati għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura anormalment baxxa jew le tal-offerta tagħha. B’mod partikolari, l-unità tal-ispiża użata għal-kalkolu tal-ispiża tal-esperti hija suġġettiva u ma tiħux inkunsiderazzjoni la tal-fatt li r-rikorrenti setgħet tinnegozja tariffi iktar baxxi mal-esperti, u lanqas tal-kapaċitajiet organizzazzjonali u kummerċjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Hemm lok li jiġi rrilevat li, kif din tirriżulta mill-ispjegazzjonijiet li jinsabu fl-anness tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-<DATE ISO="20121120">20 ta’ Novembru 2012</DATE>, l-offerta tar-rikorrenti kienet tinkludi prezz globali li kien ta’ inqas minn EUR <FT TYPE="NUMBER">850000</FT> mill-prezz li l-kumitat ta’ evalwazzjoni kien jikkunsidra bħala prezz minimu għall-missjonijiet addizzjonali, anki meta l-prezz propost għall-missjonijiet prinċipali kien qrib il-prezz massimu previst fis-sejħa għal offerti. Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, il-Kummissjoni b’hekk talbet lir-rikorrenti spjegazzjonijiet iddettaljati dwar il-kalkolu tal-prezzijiet proposti għal ċerti missjonijiet addizzjonali u speċifikat li l-offerta setgħet tiġi miċħuda f’każ ta’ spjegazzjonijiet mhux konvinċenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fir-risposta tagħha tad-<DATE ISO="20121129">29 ta’ Novembru 2012</DATE>, ir-rikorrenti fformulat kunsiderazzjonijiet ġenerali u spjegazzjonijiet speċifiċi dwar il-missjonijiet addizzjonali inkwistjoni. Hija semmiet b’mod partikolari, fil-kuntest tal-kunsiderazzjonijiet ġenerali, il-fatt li hija wettqet servizzi simili għal dawk ikkonċernati mill-missjonijiet addizzjonali fil-kuntest ta’ diversi proġetti u li hija kienet fl-aħjar pożizzjoni sabiex tinnegozja prezzijiet kompetittivi mal-fornituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Madankollu, hemm lok li jiġi rrilevat li dawn id-dikjarazzjonijiet tar-rikorrenti ma humiex sostnuti u li hija ma tat l-ebda informazzjoni speċifika li tikkonċerna b’mod partikolari tnaqqis li hija bbenefikat minnu fil-kuntest tal-missjonijiet inkwistjoni. Għalkemm il-kapaċitajiet organizzazzjonali u kummerċjali tagħha jikkostitwixxu elementi importanti f’termini ta’ inċidenza fuq l-ispejjeż tas-servizzi tagħha, dawn l-elementi kellhom jintwerew fil-kuntest tal-offerta inizjali tagħha jew, tal-inqas, fil-kuntest tar-risposta tagħha tad-<DATE ISO="20121129">29 ta’ Novembru 2012</DATE>, b’mod preċiż u sostnut. Issa għandu jiġi kkonstatat li dan ma huwiex il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fl-ittra tagħha tat-<DATE ISO="20130412">12 ta’ April 2013</DATE>, ir-rikorrenti kkontestat l-unità tal-ispiża użata sabiex jiġu kkalkulati l-onorarji tal-esperti, peress li hija nnegozjat onorarji inferjuri. Hija żiedet li l-ftehimiet ma’ dawn l-esperti setgħu jiġu pprovduti. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li hija ma pproduċiethomx u li hija wisq anqas ma sostniet id-dikjarazzjonijiet tagħha. Bl-istess mod, ir-rikorrenti semmiet il-kapaċitajiet organizzazzjonali u kummerċjali tagħha, iżda ma pprovdietx provi konkreti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fl-aħħar, l-argument tar-rikorrenti li l-unità tal-ispiża użata għall-kalkolu tal-ispiża tal-esperti hija parametru suġġettiv għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, hija ma tikkomunika l-ebda ċifri f’dan ir-rigward. Barra minn hekk, il-fatt li hija tinvoka ċerti ċirkustanzi, u b’mod partikolari negozjati tat-tariffi mal-esperti tal-istess kategorija bħall-esperti tal-missjonijiet prinċipali, jikkonfronta l-fatt li dawn l-ispejjeż kienu, kif ikkonstatat il-Kummissjoni, iktar baxxi min-normal, mingħajr madankollu ma ġew prodotti ġustifikazzjonijiet speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-argument tar-rikorrenti li bih hija tikkontesta l-parametri użati għall-finijiet tal-evalwazzjoni tan-natura anormalment baxxa jew le tal-offerta tagħha għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kellha tagħtiha l-possibbiltà li tiġġustifika ulterjorment l-ispejjeż u t-tariffi kkunsidrati bħala eċċessivament baxxi, b’mod konformi mal-prinċipju ta’ kontradittorju. Hija tispeċifika li l-ittra tat-<DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE> kienet limitata li titlob il-metodu tal-kalkolu tal-prezz inkluż fl-offerta u mhux il-valur tal-elementi kkunsidrati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 139(1) u l-Artikolu 146(4) tar-regoli ta’ implementazzjoni jirriżulta li l-awtorità tal-ħatra hija suġġetta, waqt l-eżami tan-natura anormalment baxxa ta’ offerta, għall-obbligu li titlob lill-offerent li jipproduċi l-ġustifikazzjonijiet neċessarji sabiex jipprova li l-offerta tiegħu kienet serja (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011127">27 ta’ Novembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Lombardini u Mantovani</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑285/99 u C‑286/99</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:640">EU:C:2001:640</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>SAG ELV Slovensko <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑599/10</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:191">EU:C:2012:191</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Data Medical Service</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2466">EU:C:2014:2466</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). L-eżistenza ta’ dibattitu kontradittorju effettiv, f’mument utli fil-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-offerti, bejn l-awtorità kontraenti u l-offerent, sabiex dan tal-aħħar ikun jista’ jipprova li l-offerta tiegħu hija serja, tikkostitwixxi rekwiżit fundamentali fil-qasam tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi, bil-għan li tiġi evitata l-arbitrarjetà tal-awtorità kontraenti u li tiġi żgurata kompetizzjoni b’saħħitha bejn l-impriżi (ara, f’dan is-sens u b’analoġija, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Lombardini u Mantovani</NAME.CASE>, iċċitata iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:640">EU:C:2001:640</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Data Medical Service</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2466">EU:C:2014:2466</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080521">21 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Belfass vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑495/04</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:160">EU:T:2008:160</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan il-każ, permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li l-kumitat ta’ evalwazzjoni kien ikkunsidra l-prezzijiet indikati fl-offerta għal ċerti missjonijiet addizzjonali bħala anormalment baxxi. Il-Kummissjoni talbet lir-rikorrenti spjegazzjonijiet iddettaljati dwar il-kalkolu tal-prezzijiet proposti għall-missjonijiet addizzjonali Nri 1 sa 21 u Nru 25 u indikatilha li l-offerta tagħha setgħet tiġi miċħuda f’każ ta’ spjegazzjonijiet mhux konvinċenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20121129">29 ta’ Novembru 2012</DATE>, ir-rikorrenti wieġbet għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni, billi pprovdiet spjegazzjonijiet ġenerali u lista tal-ispejjeż kkunsidrati għall-formulazzjoni tal-proposti tagħha tal-prezz li jikkonċerna l-missjonijiet addizzjonali kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20121219">19 ta’ Diċembru 2012</DATE>, filwaqt li ħa inkunsiderazzjoni l-informazzjoni l-ġdida pprovduta mir-rikorrenti, il-kumitat ta’ evalwazzjoni ddeduċa b’mod partikolari n-natura anormalment baxxa tal-offerta tagħha u rrakkomanda li l-kuntratt jingħata lil VLM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Permezz tal-ittra tal-<DATE ISO="20130325">25 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li l-offerta tagħha ma ġietx magħżula peress li ma kinitx laħqet il-minimu rikjest għall-kriterju tal-għoti Nru 3 u li hija kienet ġiet ikkunsidrata bħala anormalment baxxa fir-rigward tal-prezzijiet sabiex jiġu eżegwiti ċerti missjonijiet addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal jirriżulta li l-proċedura kontradittorja ġiet osservata f’dan il-każ u li r-rikorrenti kellha l-possibbiltà li tiġġustifika l-ispejjeż tagħha u t-tariffi li kienu ġew ikkunsidrati bħala eċċessivament baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>L-argument tar-rikorrenti li l-ittra tat-<DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE> sempliċiment titlob il-metodu tal-kalkolu tal-prezz inkluż fl-offerta u mhux il-valur tal-elementi kkunsidrati għandu jiġu eliminat. Fil-fatt, il-Kummissjoni talbet lir-rikorrenti spjegazzjonijiet iddettaljati fuq il-kalkolu tal-prezz propost għal missjonijiet addizzjonali Nri 1 sa 21 u Nru 25 u indikatilha li l-offerta tagħha setgħet tinċaħad f’każ ta’ spjegazzjonijiet mhux konvinċenti. L-elementi tal-kalkolu tal-prezzijiet b’hekk jinkludu neċessarjament l-elementi kollha li jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-prezzijiet proposti fl-offerta, inkluż mhux biss il-metodu tal-kalkolu, iżda wkoll il-valur tal-elementi kkunsidrati. Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, il-Kummissjoni ma staqsithiex biss dwar il-metodu tal-kalkolu tal-prezz inkluż fl-offerta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, l-argument tar-rikorrenti dwar il-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kellha tivverifika n-natura anormalment baxxa tal-offerta ta’ VLM abbażi tal-istess parametri, fatt li kien iwassalha għal konklużjonijiet analogi fir-rigward tal-missjonijiet prinċipali. B’hekk, hija tallega ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza<?PAGE NO="13"?> fit-trattament. Hija tipproduċi simulazzjoni li minnha jirriżulta li l-valuri applikati mill-kumitat ta’ evalwazzjoni għall-offerta tagħha kienu għoljin wisq u li t-tnaqqis ta’ dan tal-aħħar kienu konsegwentement żbaljati, fatt li huwa kkonfermat mid-differenza fit-trattament allegata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jitfakkar li l-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-offerenti, li għandu l-iskop li jiffavorixxi l-iżvilupp ta’ kompetizzjoni f’saħħitha u effettiva bejn l-impriżi li jipparteċipaw fl-għoti ta’ kuntratt pubbliku, jimponi li l-offerenti kollha jkollhom l-istess opportunitajiet fil-formulazzjoni tat-termini tal-offerti tagħhom u għalhekk jimplika li dawn għandhom jiġu ppreżentati taħt l-istess kundizzjonijiet għall-kompetituri kollha (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs CAS Succhi di Frutta</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑496/99 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:236">EU:C:2004:236</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0110">110</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). B’hekk, l-offerenti għandhom ikunu f’pożizzjoni ta’ ugwaljanza kemm fil-mument meta dawn jippreparaw l-offerti tagħhom kif ukoll fil-mument meta dawn jiġu evalwati mill-awtorità kontraenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110217">17 ta’ Frar 2011</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Ċipru</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑251/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:84">EU:C:2011:84</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130916">16 ta’ Settembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑402/06</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:445">EU:T:2013:445</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li jitfakkar li l-baġit totali massimu previst għall-kuntratt inkwistjoni kien ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">2500000</FT>. Ir-rikorrenti tipproponi offerta għal prezz totali ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">1320112.63</FT>, filwaqt li VLM, bħala persuna li ngħatat il-kuntratt, kienet tipproponi offerta globali li tammonta għal EUR <FT TYPE="DECIMAL">2316124.83</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif tenfasizza l-Kummissjoni, l-offerta finanzjarja ta’ VLM, ikkalkulata abbażi tal-formula prevista fil-punt 9.3.2 tal-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt, marbut mal-kriterju tal-prezz, kienet ftit inqas mil-limitu tal-baġit previst mill-imsemmija speċifikazzjonijiet tal-kuntratt għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt ogħla, bi kważi miljun euro, minn dik tar-rikorrenti. Minn dan jirriżulta li, b’mod kuntrarju għar-rikorrenti, VLM ma kinitx tidher f’sitwazzjoni ta’ offerta anormalment baxxa fid-dawl tal-baġit globali tagħha previst għall-kuntratt inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Peress li huma ma kinux fl-istess sitwazzjoni, il-Kummissjoni setgħet, mingħajr ma tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, tiddeċiedi li tivverifika n-natura anormalment baxxa tal-offerta tar-rikorrenti, mingħajr ma tapplika l-istess trattament għal VLM.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>F’dawk iċ-ċirkustanzi, is-simulazzjoni prodotta mir-rikorrenti ma hijiex rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ilment ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Minn dan li ntqal jirriżulta li hemm lok li jiġu miċħuda l-ilmenti kollha tar-rikorrenti maħsuba sabiex jistabbilixxu l-eżistenza ta’ illegalità li tikkonċerna l-evalwazzjoni tan-natura anormalment baxxa tal-offerta tagħha. It-talba tagħha għad-danni f’dan ir-rigward għandha għalhekk tiġi miċħuda, mingħajr ma hemm lok li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet marbuta mal-eżistenza ta’ preġudizzju u ta’ rabta kawżali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq it-talba għad-danni marbuta mal-illegalitajiet allegati fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 3</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna l-kriterju tal-għoti Nru 3, ir-rikorrenti ssostni essenzjalment li, f’dan il-każ, issir konfużjoni bejn il-kriterji ta’ selezzjoni u l-kriterji tal-għoti u hija tallega f’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, ksur tar-regoli tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt, fit-tieni lok, ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u, fit-tielet lok, ksur tal-prinċipju ta’ separazzjoni tal-fażijiet tal-proċedura. Fl-aħħar, hija ssostni n-natura żbaljata tal-evalwazzjoni tal-offerta tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka erba’ tipi ta’ danni, jiġifieri d-dannu marbut mat-telf tal-kuntratt inkwistjoni u, sussidjarjament, id-dannu marbut mat-telf tal-opportunità li tikkonkludi tali kuntratt. Hija tinvoka wkoll id-dannu marbut mal-ispejjeż sostnuti għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti u dannu morali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>F’dan il-każ, jeħtieġ li l-analiżi tibda minn eżaminazzjoni dwar jekk humiex issodisfatti l-kundizzjonijiet marbuta mal-eżistenza tad-danni invokati u mal-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir illegali invokat u l-imsemmija danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tad-dannu marbut mat-telf tal-kuntratt inkwistjoni, allegat prinċipalment, ir-rikorrenti ssostni li dan jikkorrispondi mal-profitt nett li minnu hija ġiet imċaħħda inġustament. Dan id-dannu b’hekk jikkorrispondi, essenzjalment, għal nuqqas ta’ qligħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Jeħtieġ li jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, rikors li insostenn tiegħu jiġi invokat dannu li jirriżulta minn nuqqas ta’ qligħ għandu jiġi miċħud, peress li ma huwiex dannu li sar u huwa attwali, iżda futur u ipotetiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19981029">29 ta’ Ottubru 1998</DATE>, <NAME.CASE>TEAM vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑13/96</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:254">EU:T:1998:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> ;<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>AFCon Management Consultants <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:107">EU:T:2005:107</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0114">114</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111208">8 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑39/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:721">EU:T:2011:721</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-kundizzjoni marbuta mad-dannu tirrikjedi li d-dannu li għalih jintalab kumpens ikun reali u ċert, fatt li għandu jiġi pprovat mir-rikorrenti (ara s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:721">EU:T:2011:721</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Issa, skont l-Artikolu 101 tar-regolament finanzjarju, l-awtorità kontraenti tista’, sal-iffirmar tal-kuntratt, tirrinunzja għall-kuntratt jew tannulla l-proċedura tal-għoti tal-kuntratt, u l-kandidati jew l-offerenti ma jkollhom l-ebda dritt għal kumpens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>B’hekk, anki jekk jiġi preżunt li l-kumitat ta’ evalwazzjoni ppropona li l-kuntratt għandu jingħata lir-rikorrenti, l-awtorità kontraenti ma kinitx marbuta mill-proposta tal-kumitat ta’ evalwazzjoni, iżda kellha setgħa diskrezzjonali kbira dwar l-elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni bil-ħsieb li tittieħed deċiżjoni għall-għoti ta’ kuntratt (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>TEAM vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:254">EU:T:1998:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>AFCon Management Consultants <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:107">EU:T:2005:107</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0113">113</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0114">114</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:721">EU:T:2011:721</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Anki jekk jiġi ammess li l-offerta tar-rikorrenti kellha tiġi kklassifikata l-ewwel u li għalhekk ir-rikorrenti kellha tingħata l-kuntratt, dan ma kienx jobbliga lill-Kummissjoni li tiffirma l-kuntratt ma’ din tal-aħħar. Fil-fatt, l-ebda prinċipju u l-ebda regola applikabbli għall-proċeduri ta’ sejħa għal offerti tal-Kummissjoni ma j/timponi fuq din tal-aħħar l-obbligu li din tiffirma l-kuntratt mal-persuna indikata bħala dik li rebħet il-kuntratt fi tmiem il-proċedura ta’ sejħa għal offerti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Evropaïki Dynamiki vs BEI</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:494">EU:T:2011:494</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0211">211</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-dannu li jikkorrispondi għat-telf ta’ qligħ tar-rikorrenti u marbut mat-telf tal-kuntratt inkwistjoni ma huwiex reali u ċert, iżda ipotetiku. Għaldaqstant dan id-dannu ma jistax jiġu kkumpensat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>L-argumenti tar-rikorrenti maħsuba li jmorru kontra l-ġurisprudenza, li l-awtorità kontraenti ma hijiex obbligata li tiffirma l-kuntratt mal-offerent kklassifikat fl-ewwel post fi tmiem il-proċedura ta’ sejħa għal offerti, ma jinċidux fuq din il-konklużjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Fil-fatt, hija ssostni li, għalkemm l-awtorità kontraenti tiddeċiedi li tiffinalizza l-kuntratt, din ma hijiex libera li tagħti l-kuntratt lil offerenti oħra li ma jkunux wasslu l-offerta tagħhom b’mod regolari fis-sejħa għal offerti. Madankollu, tali dikjarazzjoni ma hijiex f’kontradizzjoni mal-fatt li l-awtorità<?PAGE NO="15"?> kontraenti tibqa’ libera li tiffinalizza jew le l-kuntratt u għalhekk li tirrinunzja għalih, b’tali mod li d-dannu mislut min-nuqqas ta’ qligħ ma huwa qatt ċert. Barra minn hekk, il-ġurisprudenza ma tiddistingwixxix skont jekk il-kuntratt ingħatax jew le. Fil-fatt, il-preġudizzju marbut man-nuqqas ta’ qligħ, jiġifieri d-dannu ekwivalenti għall-profitt li ma jkunx ġie mislut mill-eżekuzzjoni tal-kuntratt, jippreżupponi ċ-ċertezza tal-kisba tal-kuntratt. Issa, fid-dawl tal-marġni diskrezzjonali tal-awtorità kontraenti li tirriżulta mill-Artikolu 101 tar-regolament finanzjarju, tali dannu ma huwa qatt ċert.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni r-rikorrenti, din il-ġurisprudenza ma tippermettix lill-awtorità kontraenti li tikseb profitt mill-ksur tar-regoli li għalih hija tkun irrendiet ruħha responsabbli mingħajr ma jkollha tagħmel tajjeb għad-dannu li jirriżulta minnu, peress li danni oħra huma kumpensabbli jekk dawn ikunu reali u ċerti. Dan huwa l-każ b’mod partikolari fil-każ tad-dannu marbut mat-telf ta’ opportunità jew ta’ dannu marbut mal-imposti u l-ispejjeż sostnuti minn offerent sabiex jipparteċipa f’sejħa għal offerti fil-każ fejn ksur tad-dritt tal-Unjoni jkun inċida fuq il-probabbiltà tiegħu li jikseb il-kuntratt. Il-punti 80 sa 82 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090430">30 ta’ April 2009</DATE>, <NAME.CASE>CAS Succhi di Frutta vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑497/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:273">EU:C:2009:273</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ċċitata mir-rikorrenti, tikkonċerna preċiżament id-danni marbuta mat-telf ta’ opportunità jew mal-imposti u spejjeż sostnuti minn offerent sabiex jipparteċipa f’sejħa għal offerti, u mhux it-telf ta’ qligħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li, permezz ta’ din il-ġurisprudenza, l-offerent eskluż, imċaħħad minn protezzjoni fuq il-livell tal-miżuri kawtelatorji minħabba l-ġurisprudenza stretta ħafna fil-qasam tal-miżuri provviżorji, huwa wkoll imċaħħad minn protezzjoni fil-livell tad-dritt għal kumpens. Madankollu, anki hawnhekk, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, minħabba r-redazzjoni tal-Artikolu 101 tar-regolament finanzjarju, għall-kuntrarju ta’ dak li tallega r-rikorrenti, din tal-aħħar ma tilfitx il-kuntratt, iżda opportunità li tikseb il-kuntratt li huwa suġġett għal sejħa għal offerti Komunitarja (Digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060720">20 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Globe vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑114/06 R</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:221">EU:T:2006:221</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0116">116</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>B’hekk, peress li l-argumenti tar-rikorrenti maħsuba sabiex jikkontestaw il-ġurisprudenza applikabbli, li d-dannu li jikkorrispondi għat-telf ta’ qligħ tar-rikorrenti ma jistax jiġi invokat, għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-kundizzjoni marbuta mar-rabta kawżali, hemm lok li jitfakkar li, kif jirriżulta mill-ittra tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20130325">25 ta’ Marzu 2013</DATE>, l-offerta tar-rikorrenti ġiet miċħuda, minn naħa, peress li l-punteġġ mogħti fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 3 kien inqas mill-minimu rikjest u, min-naħa l-oħra, peress li din kienet anormalment baxxa. Barra minn hekk kien mingħajr ma wettqet ebda ksur illegalità li l-awtorità kontraenti kkunsidrat li l-offerta tar-rikorrenti kienet anormalment baxxa (ara l-punti 50 sa 86 iktar ’il fuq). Għaldaqstant, ir-rikorrenti ma kellha l-ebda opportunità li tikseb il-kuntratt minħabba din in-natura anormalment baxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Issa, id-dannu bbażat fuq it-telf tal-kuntratt, jekk dan jiġi preżunt bħala reali u ċert, huwa r-riżultat taċ-ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, peress li din iċ-ċaħda kienet iġġustifikata, anki jekk iċ-ċaħda tal-offerta tagħha abbażi tal-evalwazzjoni tal-kriterju tal-għoti Nru 3 hija vvizzjata b’illegalità, l-offerta tar-rikorrenti xorta tibqa’ anormalment baxxa u b’hekk ġiet miċħuda b’mod ġust.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-eżistenza ta’ rabta kawżali ma tistax tiġi stabbilita bejn illegalità possibbli mwettqa abbażi tal-evalwazzjoni tal-offerta fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 3 u d-dannu korrispondenti mat-telf tal-kuntratt invokati mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talba għad-danni maħsuba sabiex jingħata kumpens għad-dannu invokat mir-rikorrenti u li jikkorrispondi mal-profitt nett li minnu hija ġiet inġustament imċaħħda wara t-telf tal-kuntratt għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal trattament kunfidenzjali tad-dokumenti prodotti bħala annessi mar-rikors bil-għan li jiġi evalwat id-dannu marbut mat-telf tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tad-dannu marbut mat-telf tal-opportunità li tikseb il-kuntratt inkwistjoni, għandu jiġi kkonstatat li t-talba tar-rikorrenti ma tistax tintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-dawl tar-raġunament espost fil-punti 102 sa 105 iktar ’il fuq, jidher li d-dannu bbażat fuq it-telf tal-opportunità li tikseb il-kuntratt huwa wkoll ir-riżultat taċ-ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti minħabba n-natura anormalment baxxa tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Isegwi li, minkejja li ċ-ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti bbażata fuq l-evalwazzjoni tal-kriterju tal-għoti Nru 3 hija vvizzjata b’illegalità, xorta jibqa’ l-fatt li din l-offerta kienet anormalment baxxa u li r-rikorrenti ma setgħetx fi kwalunkwe każ tipprevalixxi ruħha minn dannu marbut mat-telf tal-opportunità li tikseb il-kuntratt inkwistjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111123">23 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>bpost vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑514/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:689">EU:T:2011:689</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0171">171</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> <HT TYPE="ITALIC">in fine</HT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Għaldaqstant, iktar u iktar ma hijiex possibbli li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn, minn naħa, illegalità possibbli mwettqa abbażi tal-evalwazzjoni tal-offerta fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 3 u, min-naħa l-oħra, id-dannu invokat mir-rikorrenti naxxenti mit-telf tal-opportunità li tikseb il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, fir-rigward tad-dannu allegat abbażi tal-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti, jeħtieġ li jitfakkar li l-operaturi ekonomiċi għandhom isostnu r-riskji inerenti fl-attivitajiet tagħhom, fid-dawl taċ-ċirkustanzi proprji ta’ kull każ. Fil-kuntest tal-proċedura ta’ aġġudikazzjoni, dawn ir-riskji ekonomiċi jinkludu b’mod partikolari l-ispejjeż marbuta mas-sottomissjoni ta’ offerta. L-ispejjeż b’hekk sostnuti jibqgħu a karigu tal-impriża li għażlet li tipparteċipa fil-proċedura, peress li l-fakultà li persuna tikkompeti fl-għoti ta’ kuntratt ma timplikax iċ-ċertezza tar-rebħ tal-aġġudikazzjoni riżultanti (sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CAS Succhi di Frutta vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:273">EU:C:2009:273</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). F’dan ir-rigward, l-Artikolu 101 tar-regolament finanzjarju jipprevedi li l-Kummissjoni hija libera li tiddeċiedi li ma tagħtix il-kuntratt. Għalhekk, lanqas l-offerent li ppreżenta l-offerta l-iktar vantaġġuża ma kellu ċertezza li ser jikseb il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Konsegwentement, fil-prinċipju, l-imposti u l-ispejjeż sostnuti mill offerent għall-parteċipazzjoni tiegħu f’sejħa għal offerti ma jistgħux jikkostitwixxu dannu li jista’ jiġi kkumpensat bil-ħlas tad-danni (sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CAS Succhi di Frutta vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:273">EU:C:2009:273</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>TEAM vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:254">EU:T:1998:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>u Embassy Limousines &amp; Services vs Il-Parlament</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:302">EU:T:1998:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Ċertament, mill-ġurisprudenza jirriżulta wkoll li dan il-prinċipju ma jistax, mingħajr riskju ta’ preġudizzju għall-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, japplika f’każ li fih ksur tad-dritt tal-Unjoni fit-twettiq tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti tkun inċidiet fuq il-probabbiltajiet tal-offerent li jikseb il-kuntratt (sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>CAS Succhi di Frutta vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:273">EU:C:2009:273</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>TEAM vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0091">91</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:254">EU:T:1998:254</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>AFCon Management Consultants <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:107">EU:T:2005:107</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0098">98</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Madankollu, din ma hijiex is-sitwazzjoni fil-kawża odjerna. Fil-fatt, sa fejn l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, li kkunsidrat l-offerta tar-rikorrenti bħala anormalment baxxa, ma hijiex ivvizzjata b’illegalità (ara l-punt 86 iktar ’il fuq), hemm lok li jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma għandhiex raġun tallega t-telf tal-opportunità li tingħata l-kuntratt, u dan mingħajr il-ħtieġa li jiġu eżaminati iktar ’il quddiem l-ilmenti tagħha mqajma dwar l-evalwazzjoni tal-offerta tagħha fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 3 (ara l-punti 109 sa 111 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Għaldaqstant, peress li f’dan il-każ, it-tmexxija tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti ma inċidietx fuq il-probabbiltajiet tar-rikorrenti li tingħata l-kuntratt inkwistjoni, huwa applikabbli l-prinċipju li l-imposti u l-ispejjeż sostnuti għall-parteċipazzjoni tagħha fis-sejħa għal offerti ma jistgħux jikkostitwixxu dannu li jista’ jiġi kkumpensat bil-ħlas tad-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minn dan jeħtieġ li jiġi dedott li ma huwiex possibbli li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn illegalità eventwali mwettqa abbażi tal-evalwazzjoni tal-offerta fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 3 u d-dannu, invokata mir-rikorrenti, naxxenti mill-imposti u l-ispejjeż sostnuti għall-parteċipazzjoni tagħha fis-sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Isegwi li t-talba tar-rikorrenti maħsuba għar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal trattament kunfidenzjali tad-dokumenti prodotti bħala annessi mar-rikors għall-finijiet tal-evalwazzjoni tad-dannu marbut mal-ispejjeż sostnuti għall-parteċipazzjoni tagħha fis-sejħa għal offerti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti tinvoka pressjoni inġusta fuq l-impriża u l-persunal involut fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti u titlob il-kumpens għad-danni morali tagħha, li hija vvalutat fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">5000</FT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Madankollu, ir-rikorrenti sempliċiment tinvoka pressjoni inġusta, marbuta mal-frustrazzjoni ta’ esklużjoni inġusta, mingħajr ma turi li hija effettivament sofriet dannu reali u ċert u mingħajr ma pproduċiet xi element għall-finijiet tal-istabbiliment tal-prova dwar l-eżistenza ta’ tali dannu, fis-sens tal-ġurisprudenza applikabbli (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141014">14 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Giordano vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑611/12 P</NO.CASE>, Ġabra, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2282">EU:C:2014:2282</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>l-ġurisprudenza ċċitata</NAME.CASE>, u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:888">EU:T:2014:888</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>L-argument tar-rikorrenti bbażat fuq l-assenza ta’ neċessità li tiġi stabbilita l-prova ta’ dannu morali subit, ibbażat b’mod partikolari fuq is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Embassy Limousines &amp; Services vs Il-Parlament</NAME.CASE>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR> iktar ’il fuq (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:1998:302">EU:T:1998:302</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, f’dik il-kawża, il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li kien jirriżulta mill-proċess li l-awtorità kontraenti kienet poġġiet il-kumpannija rikorrenti f’sitwazzjoni ta’ inċertezza u kienet ġiegħlitha tagħti l-kunsens tagħha għall-isforzi inutli sabiex tirrispondi għal sitwazzjoni ta’ urġenza sabiex teżegwixxi l-kuntratt. Dan bl-ebda mod ma huwa l-każ fil-kawża odjerna. Għall-kuntrarju, l-ittra tal-Kummissjoni tat-<DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE> kienet twissi b’mod ċar lir-rikorrenti li l-offerta tagħha setgħet tiġi miċħuda jekk l-ispjegazzjonijiet ipprovduti dwar l-imsemmija offerta ma jkunux konvinċenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Isegwi li l-prova tar-realtà tad-dannu morali ma ġietx prodotta f’dan il-każ u li t-talba bbażata fuq dan id-dannu għandha għalhekk tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-dannu morali allegat huwa f’dan il-każ marbut maċ-ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti, li fir-rigward tagħha ġie stabbilit li kienet iġġustifikata fid-dawl tan-natura anormalment baxxa tagħha (ara l-punt 86 iktar ’il fuq). Isegwi li l-eżistenza ta’ rabta kawżali ma setgħetx tiġi stabbilita bejn illegalità eventwali mwettqa abbażi tal-evalwazzjoni tal-offerta fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 3 u l-preġudizzju morali invokat mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal jirriżulta li, mingħajr il-ħtieġa li jiġi eżaminat jekk il-kundizzjoni marbuta mal-eżistenza tal-illegalitajiet invokati mir-rikorrenti dwar l-evalwazzjoni tal-offerta tagħha fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 3 hijiex issodifatta, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li ż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra, marbuta, minn naħa, mal-eżistenza ta’ preġudizzju u, min-naħa l-oħra, mal-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir illegali eventwali tal-Kummissjoni u d-danni invokati mir-rikorrenti, ma humiex issodisfatti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-talba għad-danni għandha tiġi miċħuda sa fejn din hija bbażata fuq l-illegalitajiet li jikkonċernaw l-evalwazzjoni tal-offerta tar-rikorrenti fir-rigward tal-kriterju tal-għoti Nru 3 u, għaldaqstant, it-talba għad-danni fl-intier tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-talba għal miżuri ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ istruzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Kummissjoni tiġi ordnata tikkomunika l-offerta ta’ VLM, li ngħatat il-kuntratt, bil-għan li tivverifika l-fondatezza tal-ilment marbut mad-differenza fit-trattament fid-dawl tan-natura anormalment baxxa tal-offerta tagħha. Hija żżid li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni mogħtija abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001 ma tistax tippreġudika s-setgħat ta’ istruzzjoni tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni topponi din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jirriżulta li r-rikors għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu, mingħajr ma hemm lok li tintlaqa’ t-talba għal miżuri ta’ istruzzjoni mressqa mir-rikorrenti u maħsuba sabiex tikseb kopja tal-offerta ta’ VLM.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Sitt Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Agriconsulting Europe SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Frimodt Nielsen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Dehousse</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Collins</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20160128">28 ta’ Jannar 2016</DATE></P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>