|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3448 |
20.6.2025 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-eżenzjonijiet użati minn Franza skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu
(C/2025/3448)
Il-pubblikazzjoni tal-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ karburanti rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu (ir-Regolament FuelEU Maritime) (1) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dak l-Artikolu.
Franza nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tuża l-eżenzjonijiet skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament (UE) 2023/1805 għar-rotot u l-vapuri elenkati hawn taħt:
|
ROTTA EŻENTATA |
ISEM IL-KUMPANIJA U L-VAPURI |
|
Marsilja – Ajaccio |
Kumpanija: Corsica Linea – La Méridionale Group Vapuri: Paglia Orba; Pascal Paoli; Monte d’Oro; Massalia |
|
Marsilja – Bastia |
Kumpanija: Corsica Linea Vapur: Monte d’Oro |
|
Marsilja – Porto-Vecchio |
Kumpanija: La Méridionale Vapur: Massalia |
|
Marsilja – Propriano |
Kumpanija: Corsica Linea Vapuri: Vizzavona; Monte d’Oro; Pascal Paoli; A Galeotta; Jean Nicoli |
|
Marsilja – L’Île-Rousse |
Kumpanija: Corsica Linea Vapuri: Vizzavona; Pascal Paoli |
Dan id-dokument jikkomplementa l-Komunikazzjoni C/2025/357 (2).
(1) ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1805/oj.
(2) ĠU C, C/2025/357, 13.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/357/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3448/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)