18.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 822/2010

tas-17 ta' Settembru 2010

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 198/2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika marbuta mat-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi, fir-rigward tad-dejta li trid tinġabar, ir-rekwiżiti dwar teħid ta' kampjuni, il-preċiżjoni u l-kwalità

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar l-istatistika marbuta mat-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3), 8(2), 9(4), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1552/2005 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea dwar it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 198/2006 tat-3 ta' Frar 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1552/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika marbuta ma' taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi (2) jiddefinixxi d-dejta speċifika li trid tinġabar fir-rigward tal-intrapriżi li joffru taħriġ u dawk li ma joffrux u tal-forom differenti ta' taħriġ vokazzjonali, ir-rekwiżiti dwar teħid ta' kampjuni u l-preċiżjoni, ir-rekwiżiti dwar il-kwalità fir-rigward tad-dejta li trid tinġabar, l-istruttura tar-rapporti dwar il-kwalità.

(3)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifika statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Reviżjoni 2 (3), għandhom jiġu adottati l-ispeċifikazzjonijiet fid-dettall tal-kategoriji NACE Rev. 2 u l-klassijiet ta' daqs li fihom jistgħu jinqasmu r-riżultati.

(4)

Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi d-dejta speċifika li trid tinġabar dwar l-intrapriżi li joffru taħriġ u dawk li ma joffrux u dwar il-forom differenti ta’ taħriġ vokazzjonali.

(5)

Għandhom jiġu adottati l-miżuri ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta' kwalità għad-dejta li trid tinġabar u tintbagħat għall-istatistika Ewropea dwar it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi, l-istruttura tar-rapporti dwar il-kwalità u kull miżura meħtieġa biex tkun evalwata jew imtejba l-kwalità tad-dejta.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar il-produzzjoni u l-iżvilupp tal-istatistika dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja (4) jiddefinixxi strument statistiku ġdid dwar il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja.

(7)

Fid-dawl tat-tagħrif li jrid isir disponibbli permezz tar-Regolament (KE) Nru 452/2008 kif ukoll tal-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità tar-riżultati dwar it-taħriġ vokazzjonali fl-intrapriżi u jitnaqqas il-piż statistiku fuq l-intrapriżi, jixraq li jiġu modifikati l-iskema ta' kodifikazzjoni u r-rekwiżiti ta' teħid ta' kampjuni, preċiżjoni u kwalità.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 198/2006 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jinbidlu bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 255, 30.9.2005, p. 1.

(2)   ĠU L 32, 4.2.2006, p. 15.

(3)   ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.

(4)   ĠU L 145, 4.6.2008, p. 227.


ANNESS

1.   

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS I

VARJABBLI

Nota dwar l-iskeda:

It-tifsira tal-valuri ‘bażi’ u ‘ewlenija’ fil-kolonna ‘grupp ta' varjabbli’ tingħata fl-Anness III. Il-valur ‘ID’ ifisser li l-varjabbli hija ‘varjabbli ta' identifikazzjoni’ (dejta nieqsa mhux aċċettata). Fil-kolonna ‘Tip ta' varjabbli’ il-valur ‘QL’ jirreferi għal ‘Varjabbli kwalitattiva’ tat-tip Iva/Le, ‘QM’ għal ‘Varjabbli kwalitattiva’ b'kategoriji multipli kif deskritt fl-iskeda u ‘QT’ tirreferi għal ‘Varjabbli kwantitattiva’. TVS tfisser Taħriġ Vokazzjonali Ssoktat. NACE tirreferi għall-attività ekonomika skont NACE Rev 2.

1.   Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: karatteristiċi tal-kampjun

Isem tal- varjabbli

Grupp ta’ varjabbli

Tip ta' varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

PAJJIŻ

ID

 

Kodiċi tal-pajjiż

REĠJUN

ID

 

Identifikazzjoni tar-reġjun NUTS — livell 1

REFYEAR

ID

 

Sena ta' referenza

RESPID

ID

 

ID tal-intrapriża

RESPWEIGHT

ID

 

Fattur ta’ differenzjazzjoni Żewġ pożizzjonijiet deċimali — uża ‘.’ biex tifred id-deċimali

RESPEXTRA1

ID

 

Varjabbli extra 1 (ara l-Anness III

RESPEXTRA2

ID

 

Varjabbli extra 2 (ara l-Anness III)

RESPEXTRA3

ID

 

Varjabbli extra 3 (ara l-Anness III)

SP_NACE

ID

 

Pjan ta’ teħid ta’ kampjuni - kategorija ta’ attività ekonomika

SP_SIZE

ID

 

Daqs tal-grupp tal-Pjan ta’ teħid ta’ kampjuni

SP_NSTRA

ID

 

Pjan ta’ teħid ta’ kampjun – Għadd ta’ intrapriżi fis-saff iddefinit min-NACE_SP u SIZE_SP, i.e. il-popolazzjoni

SP_N

ID

 

Pjan ta’ teħid ta’ kampjuni — Għadd ta’ intrapriżi mill-kampjun qafas ta' kampjuni fis-saff iddefinit min-NACE_SP u SIZE_SP

SP_SUB

ID

 

Indikatur ta’ sottokampjun, juri jekk l-intrapriża tagħmilx parti mis-sottokampjun

N_RESPST

ID

 

Għadd ta’ intrapriżi li jwieġbu fis-saff iddefinit min-NACE_SP u SIZE_SP

N_EMPREG

ID

 

Għadd ta’ persuni impjegati skont ir-reġistru

INTRESP

ID

 

Indikatur tat-tweġib (tip ta' unità ta' kampjonatura)

INTMETHOD

ID

 

Mod ta' ġbir ta' dejta

INTLANG

ID

 

Lingwa tal-ġbir ta’ dejta

2.   Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: dejta kontestwali

Isem tal- varjabbli

Grupp ta’ varjabbli

Tip ta' varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

A1

Bażi

QL

KODIĊI NACE Attwali

A2tot

Bażi

QT

Għadd totali ta' persuni impjegati fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' referenza

A2m

 

QT

Għadd totali ta' rġiel impjegati fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' referenza

A2f

 

QT

Għadd totali ta' nisa impjegati fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' referenza

A3

Ewlenija

QT

Għadd totali ta' persuni impjegati fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel

A4

Ewlenija

QT

Għadd totali ta’ sigħat maħduma fis-sena ta’ referenza mill-persuni impjegati

A5

Ewlenija

QT

Spejjeż totali tax-xogħol (diretti + indiretti) tal-persuni impjegati kollha fis-sena ta’referenza

A6

 

QL

Introduzzjoni ta' prodotti jew servizzi jew metodi ta’ produzzjoni jew kkunsinjar ta’ prodotti u servizzi ġodda teknoloġikament imtejba b’mod sinifikanti matul is-sena ta’ referenza

3.   Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: Strateġiji TVS

Isem tal- varjabbli

Grupp ta’ varjabbli

Tip ta' varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

A7

 

QL

Ċentru għat-taħriġ proprjetà tal-kumpanija jew bi sħab

A8

 

QL

Persuna jew unità ġewwa l-intrapriża responsabbli għall-organizzazzjoni tat-TVS

A9

 

QL

Valutazzjoni ta' ħtiġjiet ta' ħiliet fil-ġejjieni tal-intrapriża

A10

 

QM

Reazzjoni għall-ħtiġijiet tal-ġejjieni permezz ta'

 

 

 

Issoktar ta' taħriġ vokazzjonali tal-persunal attwali

 

 

 

Ingaġġ ta' persunal ġdid bi kwalifiki, ħiliet u kompetenzi xierqa

 

 

 

Ingaġġ ta' persunal ġdid flimkien ma' taħriġ speċifiku

 

 

 

Riorganizzazzjoni interna biex jintużaw aħjar il-ħiliet u l-kompetenzi attwali

A11a

 

QM

Reviżjonijiet ta' ħtiġijiet ta' ħiliet u taħriġ fil-ġejjieni tal-impjegati individwali

 

 

 

Iva, l-aktar permezz ta' intervisti strutturati

 

 

 

Iva, iżda l-aktar permezz ta' metodi oħra

 

 

 

Le

A11b

 

QM

Reviżjonijiet fil-ġejjieni ta' ħtiġijiet ta' ħiliet u taħriġ tal-impjegati individwali huma kkonċentrati fuq

 

 

 

Impjiegi jew gruppi ta' impjiegi

 

 

 

Ħiliet u kompetenzi

 

 

 

Dmirijiet u attivitajiet

 

 

 

Kwalifiki formali

A12

 

QM

Ħiliet u kompetenzi importanti fl-ewwel snin li ġejjin

 

 

 

Ħiliet ġenerali IT

 

 

 

Ħiliet professjonali IT

 

 

 

Ħiliet ta' ġestjoni

 

 

 

Ħiliet ta' xogħol bħala grupp, ħiliet ta' kif wieħed jimxi mal-klijent, ħiliet soċjali

 

 

 

Ħiliet ta' soluzzjoni ta' problemi

 

 

 

Ħiliet ta' amministrazzjoni ta' uffiċċju

 

 

 

Ħiliet fil-lingwi barranin

 

 

 

Ħiliet tekniċi, prattiċi jew speċifiċi għax-xogħol

 

 

 

Ħiliet ta' komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub

 

 

 

Ħiliet numeriċi u/jew fil-kitba

 

 

 

Ebda waħda minn dawn

 

 

 

Ma nafx

A13

 

QL

L-ippjanar ta’ TVS fl-intrapriża jwassal għal pjan jew programm ta’ taħriġ bil-miktub

A14

 

QL

Baġit għal taħriġ annwali, li jinkludi t-TVS

A15

 

QL

Ftehim nazzjonali, settorjali jew ftehim ieħor bejn l-imsieħba soċjali, li jkopri t-TVS.

A16a

 

QL

Rappreżentanti/kumitati tal-persunal involuti fil-proċess ta' ġestjoni ta' taħriġ vokazzjonali ssoktat

A16b

 

QM

Aspetti koperti mir-rappreżentanti/kumitati tal-persunal

 

 

 

Issettjar oġġettiv tat-taħriġ

 

 

 

Twaqqif ta' kriterji għall-għażla ta' parteċipanti jew gruppi speċifiċi fil-mira

 

 

 

Forma/tip ta' taħriġ (pereżempju korsijiet interni/esterni; forom oħra bħal taħriġ fuq ix-xogħol iggwidat)

 

 

 

Kontenut ta' taħriġ

 

 

 

Baġit għal taħriġ

 

 

 

Għażla ta' fornituri ta' taħriġ estern

 

 

 

Valutazzjoni/stima ta' riżultati ta' taħriġ

A17

 

QM

Sorsi ta' tagħrif dwar TVS

 

 

 

Ċentri/servizzi u awtoritajiet ta' tagħrif pubbliku

 

 

 

Fornituri ta' taħriġ privat

 

 

 

Rappreżentanti ta' persunal/staff

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

Sors ta' tagħrif ta' dan it-tip mhux użata

4.   Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: Karatteristiċi TVS

Isem tal- varjabbli

Grupp tal- varjabbli

Tip ta' varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

B1a

Bażi

QL

Offerta ta' korsijiet interni TVS fis-sena ta' referenza

B1b

Bażi

QL

Offerta ta' korsijiet esterni TVS fis-sena ta' referenza

B2a

Bażi

QL

Offerta ta' taħriġ iggwidat fuq ix-xogħol fis-sena ta' referenza

 

 

QT

Għadd ta' parteċipanti f'taħriġ iggwidat fuq ix-xogħol

B2b

Bażi

QL

Organizzazzjoni ta' rotazzjoni ta' xogħol fis-sena ta' referenza

 

 

QT

Għadd ta’ parteċipanti: rotazzjoni ta' xogħol, skambji, issekondar jew mawriet ta' studju

B2c

Bażi

QL

Attendenza f'konferenzi/werkxops fis-sena ta' referenza

 

 

QT

Għadd ta' parteċipanti f'konferenzi/werkxops

B2d

Bażi

QL

Parteċipazzjoni f'ċirkoli ta' tagħlim u ta' kwalità fis-sena ta' referenza

 

 

QT

Għadd ta' parteċipanti f'ċirkoli ta' tagħlim jew ta' kwalità

B2e

Bażi

QL

Taħriġ ippjanat b'tagħlim/e-tagħlim awtodirett fis-sena ta' referenza

 

 

QT

Għadd ta' parteċipanti f'tagħlim/e-tagħlim awtodirett

B3

 

QL

Offerta ta' korsijiet TVS fis-sena ta' qabel is-sena ta' referenza

B4

 

QL

Offerta ta' forom oħra ta' TVS fis-sena ta' qabel is-sena ta' referenza

B5a

 

QL

Eżistenza ta' kontributi TVS fis-sena ta' referenza

 

 

QT

Ammont ta' kontributi TVS (f'euro)

B5b

 

QL

Eżistenza ta' dħul TVS fis-sena ta' referenza

 

 

QT

Ammont ta' dħul TVS (f'euro)

B6

 

QM

Miżuri li minnhom tibbenefika l-intrapriża

 

 

 

Inċentivi fiskali (konċessjonijiet fiskali, eżenzjonijiet fiskali, krediti fiskali, differimenti fiskali)

 

 

 

Dħul minn fondi għat-taħriġ (nazzjonali, reġjonali, tas-settur)

 

 

 

Sussidji tal-UE (pereżempju Fond Soċjali Ewropew)

 

 

 

Sussidji tal-gvern

 

 

 

Sorsi oħra

 

 

 

Ebda waħda minn dawn

It-taqsimiet 5 u 6 li ġejjin għandhom jiġu indirizzati lill-intrapriżi li jipprovdu korsijiet TVS fis-sena ta' referenza [(B1a jew B1b) = IVA].

It-taqsima 7 għandha tiġi indirizzata lill-intrapriżi kollha ta' taħriġ fis-sena ta' referenza, jiġifieri:

—

intrapriżi li jipprovdu korsijiet TVS fl-2010 [(B1a jew B1b) = IVA], jew

—

intrapriżi li jipprovdu forom oħra ta' TVS [(B2a jew B2b jew B2c jew B2d jew B2e) = IVA].

It-taqsima 8 għandha tiġi indirizzata lill-intrapriżi li ma jipprovdux taħriġ.

5.   Varjabbli li jridu jinġabru minn intrapriżi li pprovdew korsijiet TVS: parteċipanti, suġġetti u organizzaturi TVS

Isem tal- varjabbli

Grupp ta' varjabbli

Tip ta' varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

C1tot

Ewlenija

QT

Għadd totali ta’ parteċipanti fil-korsijiet TVS

C2m

 

QT

Għadd ta' parteċipanti fil-korsijiet TVS - irġiel

C2f

 

QT

Għadd ta' parteċipanti fil-korsijiet TVS - nisa

C3tot

Ewlenija

QT

Sigħat ta' xogħol imħallsa maħduma fil-korsijiet kollha TVS

C3i

 

QT

Sigħat ta' xogħol imħallsa fuq korsijiet interni ta' TVS

C3e

 

QT

Sigħat ta' xogħol imħallsa fuq korsijiet esterni ta' TVS

C4

 

QT

Sehem ta' sigħat ta' taħriġ magħmula fuq korsijiet obligatorji għas-saħħa u s-sikurezza fuq ix-xogħol

C5

 

QL

Suġġetti koperti

 

 

 

Ħiliet ġenerali ta' IT

 

 

 

Ħiliet professjonali ta' IT

 

 

 

Ħiliet ta' ġestjoni

 

 

 

Ħiliet ta' xogħol bħala grupp, ħiliet ta' kif wieħed jimxi mal-klijent, ħiliet soċjali

 

 

 

Ħiliet ta' soluzzjoni ta' problemi

 

 

 

Ħiliet ta' amministrazzjoni ta' uffiċċju

 

 

 

Ħiliet fil-lingwi barranin

 

 

 

Ħiliet tekniċi, prattiċi jew speċifiċi għax-xogħol

 

 

 

Ħiliet ta' komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub

 

 

 

Ħiliet numeriċi u/jew fil-kitba

 

 

 

Ebda waħda minn dawn

C5Main

 

QL

Suġġett prinċipali (fir-rigward ta' volum ta' sigħat ta' taħriġ)

C6

 

QL

Organizzaturi (korsijiet esterni)

 

 

 

Skejjel, kulleġġi, universitajiet u istituzzjonijiet oħra ta' edukazzjoni ogħla

 

 

 

Istituzzjonijiet ta' taħriġ pubbliku (ffinanzjati jew immexxija mill-gvern; eż. ċentru ta’ edukazzjoni għall-adulti)

 

 

 

Kumpaniji ta' taħriġ privat

 

 

 

Kumpaniji privati li t-taħriġ mhux l-attività ewlenija tagħhom

 

 

 

Għaqdiet ta' min iħaddem, kmamar tal-kummerċ, entitajiet tas-settur

 

 

 

Trejdjunjins

 

 

 

Fornituri ta' taħriġ ieħor

C6Main

 

QL

Fornitur prinċipali (fir-rigward ta' volum ta' sigħat ta' taħriġ)

6.   Varjabbli li jridu jinġabru minn intrapriżi li pprovdew korsijiet TVS: spejjeż TVS

Isem tal- varjabbli

Grupp ta' varjabbli

Tip ta' varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

C7a

 

QL

Eżistenza ta' miżati

 

 

QT

Spejjeż għall-korsijiet ta’ TVS — miżati u ħlasijiet għall-korsijiet għall-impjegati (f'euro)

C7b

 

QL

Eżistenza ta' spejjeż ta' vvjaġġar

 

 

QT

Spejjeż għall-korsijiet ta’ TVS — ħlasijiet ta’ vjaġġar u ta’ spejjeż għall-ħajja (f'euro)

C7c

 

QL

Eżistenza ta' spejjeż ta' xogħol ta' ħarrieġa interni

 

 

QT

Spejjeż għall-korsijiet ta’ TVS — Spejjeż tax-xogħol ta’ ħarrieġa interni (f'euro)

C7d

 

QL

Eżistenza ta' spejjeż taċ-ċentru tat-taħriġ u materjal għat-tagħlim eċċ.

 

 

QT

Spejjeż għall-korsijiet ta’ TVS — ċentru jew kmamar għat-taħriġ, u materjal għat-tagħlim għall-korsijiet ta’ TVS (f'euro)

C7sub

 

QL

Eżistenza ta' ‘Subtotal biss’ (ebda subkategoriji)

 

Ewlenija

QT

Subtotal tal-ispejjeż ta’ TVS (f'euro)

PAC

Ewlenija

QT

Valur tal-assenza tal-persunal — irid jiġi kkalkulat (PAC=C3tot*A5/A4 f'euro)

C7tot

Ewlenija

QT

Spejjeż totali TVS — irid jiġi kkalkulat (C7sub + B5a – B5b f'euro)

7.   Varjabbli li jridu jinġabru minn intrapriżi li pprovdew korsijiet TVS jew forom oħra ta' TVS: kwalità, riżultati u diffikultajiet ta' TVS

Isem tal- varjabbli

Grupp ta' varjabbli

Tip ta' varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

D1

 

QM

Aspetti kkunsidrati biex tiġi żgurata l-kwalità ta' TVS

 

 

 

Ċertifikazzjoni ta' fornituri esterni (pereżempju użu ta' reġistri nazzjonali)

 

 

 

Taħriġ kontinwu ta' ħarrieġa interni

 

 

 

It-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni vokazzjonali kontinwu huwa msejjes fuq standards jew oqfsa magħrufa nazzjonali/tas-settur

 

 

 

Oħrajn

 

 

 

Ebda aspett partikolari meqjus

D2a

 

QM

Stima tar-riżultati tal-attivitajiet TVS

 

 

 

Iva, għall-attivitajiet kollha

 

 

 

Iva, għal uħud mill-attivitajiet

 

 

 

Le, il-prova tal-parteċipazzjoni hija biżżejjed

D2b

 

QM

Metodi ta' valutazzjoni

 

 

 

Ċertifikazzjoni wara test bil-miktub jew prattiiku

 

 

 

Stħarriġ dwar is-sodisfazzjon fost il-parteċipanti

 

 

 

Stima tal-aġir jew ir-rendiment tal-parteċipanti fir-rigward tal-għanijiet ta' taħriġ

 

 

 

Stima/kejl tal-impatt tat-taħriġ fuq ir-rendiment tad-dipartimenti rilevanti jew l-intrapriża sħiħa

 

 

 

Oħrajn

D3

 

QM

Fatturi li jillimitaw l-offerta ta' TVS fis-sena ta' referenza

 

 

 

Ebda fattur ta' limitazzjoni: livell ta' taħriġ offrut kien xieraq għall-ħtiġijiet tal-intrapriżi

 

 

 

Ingaġġ ta' individwi bil-kwalifiki, ħiliet u kompetenzi meħtieġa

 

 

 

Diffikultajiet fl-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta' taħriġ fl-intrapriża

 

 

 

Nuqqas ta’ offerti ta' korsijiet TVS xierqa fis-suq

 

 

 

Spejjeż għoljin tal-korsijiet TVS.

 

 

 

Aktar attenzjoni fuq l-offerta ta' TVI (Taħriġ Vokazzjonali Inizjali) milli fuq TVS

 

 

 

Sforzi ewlenin f'TVS imwettqa f'dawn l-aħħar snin

 

 

 

Ħin limitat disponibbli għall-persunal biex jipparteċipa f'TVS

 

 

 

Raġunijiet oħra

8.   Varjabbli li jridu jinġabru minn intrapriżi li ma joffrux taħriġ: raġunijiet għaliex ma joffrux attivitajiet ta' TVS

Isem tal- varjabbli

Grupp ta' varjabbli

Tip ta' varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

E1

 

QM

Raġunijiet għaliex ma joffrux TVS fis-sena ta' referenza

 

 

 

Il-kwalifiki, ħiliet u kompetenzi eżistenti jikkorrispondu mal-ħtiġijiet kurrenti tal-intrapriża

 

 

 

L-ingaġġ ta' individwi bil-kwalifiki, ħiliet u kompetenzi meħtieġa kien ippreferut

 

 

 

Diffikultajiet fl-evalwazzjoni tal-ħtiġijiet ta' taħriġ fl-intrapriża

 

 

 

Nuqqas ta’ offerti ta' korsijiet TVS xierqa fis-suq

 

 

 

Spejjeż għoljin tal-korsijiet TVS.

 

 

 

Aktar attenzjoni fuq l-offerta ta' TVI milli fuq TVS

 

 

 

Sforzi ewlenin f'TVS imwettqa f'dawn l-aħħar snin

 

 

 

Ebda ħin disponibbli għall-persunal biex jipparteċipa f'TVS

 

 

 

Raġunijiet oħra

9.   Varjabbli li jridu jinġabru mill-intrapriżi kollha: TVI

Isem tal- varjabbli

Grupp ta' varjabbli

Tip ta' varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

F1tot

Bażi

QT

Għadd totali ta’ parteċipanti f’TVI fl-intrapriża matul is-sena ta' referenza

F2

 

QM

Raġunijiet għall-offerta ta' TVI (jekk F1Tot > 0)

 

 

 

Biex l-impjegati tal-ġejjieni jkunu kwalifikati skont il-ħtiġijiet tal-intrapriża

 

 

 

Biex jintgħażlu l-aqwa apprendisti għall-impjieg fil-ġejjieni wara t-tlestija tat-taħriġ vokazzjonali inizjali

 

 

 

Biex tiġi evitata l-possibbiltà ta' abbinament ħażin mal-ħtiġijiet tal-intrapriża f'każ ta' inġagg estern

 

 

 

Biex diġà jsir użu mill-kapaċitajiet produttivi tal-parteċipanti TVI qabel it-taħriġ vokazzjonali inizjali tagħhom

 

 

 

Oħrajn (pereżempju biex il-persunal potenzjali jinġibed iktar lejn l-intrapriża)

Varjabbli mhux obbligatorji

L-Istati Membri jistgħu jittrażmettu varjabbli komplementari lill-Kummissjoni (Eurostat) fuq bażi mhux obbligatorja taħt format armonizzat kif deskritt fil-‘Manwal tal-Unjoni Ewropea’ imsemmi fl-Artikolu 8.”

2.   

L-ANNESS II tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS II

KAMPJUN

1.

Ir-reġistri kummerċjali msemmija fir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għal raġunijiet ta' statistika (1) għandhom jittieħdu bħala s-sors ewlieni tal-qafas ta' teħid ta' kampjuni. Minn dan il-qafas għandu jittieħed kampjun każwali stratifikat tal-intrapriżi li jkun rappreżentattiv fuq livell nazzjonali.

2.

Il-kampjun għandu jkun stratifikat skont il-kategorija NACE Rev.2 u l-klassi ta' daqs skont l-ispeċifikazzjoni minima li ġejja:

—

Kategoriji 20 NACE Rev.2 [B, C10-C12 ,C13-C15 ,C17-C18 ,C19-C23 ,C24-C25, C26-C28 u C33, C29-C30, C16+C31-32, D-E, F, G(45), G(46), G(47), I, H, J, K(64,65), K(66), L+M+N+R+S],

—

L-Istati Membri jistgħu jkopru taqsimiet oħrajn u jużaw kategoriji addizzjonali għall-istratifikazzjoni (pereżempju O, P, u Q) fuq bażi ta' għażla,

—

3 kategoriji ta’ daqs ta’ intrapriżi, skont in-numru tal-impjegati tagħhom: (10-49) (50-249) (250 u iktar) għal pajjiżi b'anqas minn 50 miljun ruħ,

—

6 kategoriji ta’ daqs ta’ intrapriżi, skont in-numru tal-impjegati tagħhom: (10-19) (20-49) (50-249) (250-499) (500-999) (1 000 u iktar) għall-Istati Membri b'50 miljun ruħ u iktar.

3.

Id-daqs tal-kampjun għandu jkun ikkalkulat biex jiġi jiżgurat massimu ta’ nofs l-estensjoni tal-95 % tal-marġni ta’ fiduċja ta’ 0.2 għall-parametri vvalutati, li huma proporzjon tal-‘intrapriżi li joffru t-taħriġ’ (wara li ssir konċessjoni għar-rata ta' nuqqas ta’ tweġib fil-kampjun) għal kull wieħed mis-60 element stratifikat identifikat hawn fuq (120 element stratifikat għall-Istati Membri b'50 miljun ruħ u iżjed).

4.

Il-formula li ġejja tista’ tintuża biex ikun iddeterminat id-daqs tal-kampjun:

nh = 1/[c2 × teh + 1/Nh] / rh

Fejn:

rh

=

ir-rata ta’ tweġib mistennija fiċ-ċellula tal-istrat, h

c

=

l-estensjoni massima ta’ nofs il-marġni ta’ fiduċja

teh

=

il-proporzjon mistenni ta’ intrapriżi li joffru taħriġ fiċ-ċellula tal-istrat, h

Nh

=

in-numru totali ta’ intrapriżi (li joffru u li ma joffrux taħriġ) fiċ-ċellula tal-istrat, h

(1)   ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6.” "

3.   

L-ANNESS III tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS III

Prinċipji ta' attribuzzjoni u differenzjazzjoni ta' reġistrazzjonijiet

Il-pajjiżi għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa biex ma jkunx hemm nuqqas ta’ tweġib għal xi parti jew unità. Qabel l-attribuzzjoni l-pajjiżi għandhom jagħmlu l-isforzi kollha raġjonevoli biex jużaw sorsi oħra ta’ dejta.

Il-varjabbli bażiċi li għalihom la se jiġi aċċettat valur nieqes u lanqas mhi se tkun permessa l-attribuzzjoni huma:

—

A1, A2tot, B1a, B1b, B2a(QL), B2b(QL) B2c(QL), B2d(QL) B2e(QL), F1tot.

Il-varjabbli ewlenin, li għalihom għandu jsir kull sforz biex ikunu evitati valuri nieqsa u li għalihom hija rrakkomandata l-attribuzzjoni huma:

—

A3, A4, A5, C1tot, C3tot, C7sub, C7tot, PAC.

L-attribuzzjoni għan-nuqqas ta' tweġib ta' parti għandha tkun rrakkomandata ġewwa l-limiti ġenerali li ġejjin:

1.

Meta reġistrazzjoni jkun fiha inqas minn 50 % tal-varjabbli ppreżentati, din ir-reġistrazzjoni għandha normalment titqies bħala unità bla tweġiba.

2.

Għal ċellula waħedha tan-NACE Rev.2/daqs, l-ebda attribuzzjoni ma tkun permessa jekk iżjed minn 50 % tal-intrapriżi li jwieġbu jkollhom dejta nieqsa għal aktar minn 25 % tal-varjabbli kwantitattivi.

3.

Għal ċellula waħedha tan-NACE Rev.2/daqs, m’għandha ssir l-ebda attribuzzjoni fuq varjabbli kwantitattiva jekk il-proporzjon tal-intrapriżi li jwieġbu għal dik il-varjabbli partikolari jkun inqas minn 50 %.

4.

Għal ċellula waħedha tan-NACE Rev.2/daqs, m’għandha ssir l-ebda attribuzzjoni fuq varjabbli kwalitattiva jekk il-proporzjon tal-intrapriżi li jwieġbu għal dik il-varjabbli partikolari jkun inqas minn 80 %.

Il-varjabbli kwalitattivi u kwantitattivi huma identifikati fl-Anness I.

L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw u jittrażmettu valur li jrid jiġi applikat għal kull reġistrazzjoni ta' dejta flimkien ma' xi varjabbli awżiljari, li setgħu ntużaw fil-kalkolu ta' dan il-valur. Dawn il-varjabbli awżiljari għandhom jiġu reġistrati bħala l-varjabbli RESPEXTRA1, RESPEXTRA2, RESPEXTRA3 skont kif meħtieġ. Il-metodoloġija adottata għall-iffissar tal-valuri għandha tingħata fid-dettall fir-rapport dwar il-kwalità.”

4.   

L-ANNESS V tar-Regolament (KE) Nru 198/2006 jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS V

FORMAT TAR-RAPPORT DWAR IL-KWALITÀ

L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapporti dwar il-kwalità li jridu jinkitbu skont format standard ta' rappurtaġġ dwar il-kwalità pprovdut mill-Kummissjoni (Eurostat). Kopja tal-kwestjonarju nazzjonali għandha tkun mehmuża mar-rapport dwar il-kwalità.

1.   RILEVANZA

L-implimentazzjoni tal-istħarriġ u l-livell sa fejn l-istatistika tilħaq il-ħtiġjiet attwali u potenzjali tal-utenti. Dan ikopri deskrizzjoni tal-utenti u l-ħtiġijiet individwali tagħhom kif ukoll valutazzjoni dwar sa liema livell intlaħqu dawn il-ħtiġijiet.

2.   PREĊIŻJONI

2.1.   Żbalji fit-teħid ta' kampjuni

Dan l-aspett ikopri:

—

Deskrizzjoni tal-pjan tal-kampjun u l-kampjun meħud.

—

Deskrizzjoni tal-kalkolu tal-valuri finali inklużi l-mudell għal nuqqas ta' tweġib u l-varjabbli awżiljari użati, l-istimatur użat, eż. Horvitz-Thompson, il-varjanza tal-istimi skont l-istrat ta' teħid ta' kampjuni, is-softwer tal-istima tal-varjanza, b'mod partikolari, deskrizzjoni tal-varjabbli awżiljari jew it-tagħrif użat għandu jiġi rrappurtat biex jista' jsir kalkolu mill-ġdid tal-valuri finali fi ħdan il-Eurostat billi dan huwa meħtieġ għall-istima tal-varjanza.

—

F’każ ta’ analiżi ta' nuqqas ta’ tweġib, deskrizzjoni tax-xaqlib fil-kampjun u r-riżultati.

Skedi li jridu jkunu pprovduti (skont il-kategoriji NACE Rev.2 u l-klassi ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid ta' kampjuni):

—

Għadd ta’ intrapriżi fil-qafas tat-teħid ta' kampjuni.

—

Għadd ta’ intrapriżi fil-kampjun.

Skedi li jridu jkunu pprovduti (skont il-kategoriji NACE Rev.2 u l-klassi ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid ta' kampjuni, iżda allokazzjoni skont il-karatteristiċi tal-intrapriża osservati):

—

Koeffiċjenti ta' varjazzjoni (2) għall-istatistika ewlenija li ġejja.

—

Għadd totali ta' persuni impjegati, għadd totali ta' intrapriżi li pprovdew TVS, proporzjon tal-għadd totali ta' intrapriżi li pprovdew TVS mill-għadd totali ta' intrapriżi.

—

Għadd totali ta' intrapriżi li pprovdew korsijiet TVS, proporzjon tal-għadd totali ta' intrapriżi li pprovdew korsijiet TVS mill-għadd totali ta' intrapriżi.

—

Għadd totali ta' persuni impjegati f'intrapriżi li pprovdew TVS, għadd totali ta' parteċipanti f'korsijiet TVS, proporzjon tal-għadd totali ta' parteċipanti f'korsijiet TVS mill-għadd totali ta' persuni impjegati, proporzjon tal-għadd totali ta' parteċipanti fil-korsijiet TVS mill-għadd totali ta' persuni impjegati f'intrapriżi li pprovdew TVS.

—

Spejjeż totali tal-korsijiet TVS.

—

Għadd totali ta' intrapriżi li jipprovdu TVS, għadd totali ta' parteċipanti f'TVS, proporzjon tal-għadd totali ta' intrapriżi li jipprovdu TVS mill-għadd totali ta' intrapriżi.

2.2.   Żbalji mhux fit-teħid ta' kampjuni

2.2.1.   Żbalji fil-kopertura

Dan l-aspett ikopri:

—

Deskrizzjoni tar-reġistru użat għat-teħid ta' kampjuni u l-kwalità ġenerali tiegħu, tagħrif inkluż fir-reġistru, u kull kemm żmien jiġi aġġornat.

—

Żbalji minħabba d-diskrepanzi bejn il-qafas tat-teħid ta' kampjuni u l-popolazzjoni u t-taqsimiet tagħha li jkunu fil-mira (kopertura żejda, kopertura nieqsa, klassifikazzjonijiet ħżiena).

—

Metodi użati biex jinkiseb dan it-tagħrif u kummenti dwar l-ipproċessar tal-klassifikazzjonijiet ħżiena.

Skedi li jridu jkunu pprovduti (skont il-kategoriji NACE Rev.2 u l-klassi ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid ta' kampjuni, iżda allokazzjoni skont il-karatteristiċi tal-intrapriża osservati):

—

Għadd ta’ intrapriżi.

—

Proporzjon tal-għadd ta’ intrapriżi li l-istrati osservati tagħhom huma daqs l-istrati tat-teħid ta' kampjuni.

2.2.2.   Żbalji ta' qies

Fejn xieraq issir valutazzjoni tal-iżbalji li seħħew fl-istadju tal-ġbir tad-dejta minħabba, pereżempju:

—

Il-format tal-kwestjonarju (ir-riżultati tat-testijiet ta’ qabel jew il-metodi tal-laboratorju; strateġiji ta' tqegħid ta' mistoqsiji).

—

Unità li tirrapporta/persuna li twieġeb skont il-mod ta' ġbir ta' dejta użat (eż. problemi u strateġiji biex tinstab/jinstabu persuna/i li twieġeb/jwieġbu fl-intrapriża, problemi ta' memorja, żbalji fil-mili tal-formoli, għajnuna lill-persuna li tirrispondi). Dan jinkludi deskrizzjoni u valutazzjoni tal-miżuri meħuda biex tkun żgurata l-kwalità għolja tad-dejta dwar il-parteċipanti u li tqieset darba biss kien kemm kien l-għadd ta' korsijiet.

—

Eżistenza/użu ta' sistemi ta' informazzjoni rilevanti u reġistri amministrattivi fl-intrapriża, pereżempju korrispondenza bejn il-kunċett amministrattiv u dak tal-istħarriġ (perjodu ta' referenza, disponibbiltà ta' dejta).

—

Metodi użati biex jonqos dan it-tip ta' żbalji, problemi minħabba l-kwestjonarju kollu kemm hu jew minħabba mistoqsijiet individwali.

2.2.3.   Żbalji ta' pproċessar

Dan l-aspett ikopri deskrizzjoni tal-proċess ta' editjar tad-dejta bħas-sistema ta' pproċessar u strumenti użati, żbalji minnħabba kodifikazzjoni, editjar, differenzjazzjoni jew tabulazzjoni, kontrolli tal-kwalità fil-livell makro/mikro u korrezzjonijiet/editjar li falla.

2.2.4.   Żbalji minħabba nuqqas ta’ tweġib

Dan l-aspett ikopri valutazzjoni ta' nuqqas ta' tweġib ta' unità u nuqqas ta' tweġib ta' parti u deskrizzjoni tal-miżuri meħuda dwar “kuntatti mill-ġdid” kif ukoll:

—

Rapport sħiħ dwar il-proċeduri ta' attribuzzjoni inklużi l-metodi użati għall-attribuzzjoni u/jew differenzjazzjoni mill-ġdid.

—

Noti ta’ metodoloġija u riżultati tal-analiżi tan-nuqqas ta’ tweġib jew metodi oħra biex ikunu vvalutati l-effetti tan-nuqqas ta’ tweġib.

Skedi li jridu jkunu pprovduti (skont il-kategoriji NACE Rev.2 u l-klassi ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid tal-kampjuni, iżda allokazzjoni skont il-karatteristiċi tal-intrapriża osservati):

—

Rati ta’ tweġib ta' unità (3).

—

Rati ta’ tweġib ta' parti (4), b’referenza għal dawk kollha li wieġbu, għal li ġej: għadd totali ta' sigħat ta' xogħol bħala funzjoni ta' dawk kollha li jwieġbu u l-kost totali tax-xogħol bħala funzjoni ta' dawk kollha li jwieġbu.

—

Rati ta’ tweġib ta' parti b’referenza għal dawk l-intrapriżi li joffru korsijiet TVS, għal dan li ġej:

—

Għadd totali ta’ parteċipanti fil-korsijiet, irġiel, nisa, bħala funzjoni tal-intrapriżi li joffru korsijiet TVS.

—

Għadd totali ta' sigħat fuq korsijiet TVS bħala funzjoni ta' intrapriżi li joffru korsijiet TVS, għadd ta' sigħat fuq korsijiet TVS ġestiti internament u esternament bħala funzjoni tal-intrapriżi li joffru korsijiet TVS.

—

Spejjeż totali tal-korsijiet TVS bħala funzjoni tal-intrapriżi li joffru korsijiet TVS.

—

Rati ta’ tweġib ta' parti b’referenza għall-intrapriżi li joffru korsijiet TVS, għal dan li ġej: Għadd totali ta' parteċipanti TVI bħala funzjoni tal-intrapriżi li joffru TVI.

3.   ŻMIEN OPPORTUN U PUNTWALITÀ

Dan l-aspett ikopri skeda ta' dati ta' meta bdiet u waslet fit-tmiem kull waħda mill-fażijiet li ġejjin tal-proġett bħal ħidma diretta fuq il-post (meqjusa l-modi differenti ta' ġbir ta' dejta), it-tfakkirijiet u s-segwitu, l-iċċekkjar u l-editjar ta' dejta, aktar validazzjoni u attribuzzjoni, stħarriġ dwar nuqqas ta' tweġib (skont il-każ) u stimi kif ukoll trażmissjoni ta' dejta lill-Eurostat u xandir ta' riżultati nazzjonali.

4.   AĊĊESSIBILITÀ U ĊAREZZA

Dan l-aspett ikopri t-tip ta' riżultati mibgħuta lill-intrapriżi, skema ta' xandir ta' riżultati u kopja ta' kwalunkwe dokument metodoloġiku marbut mal-istatistika pprovduta.

5.   KOMPARABILITÀ

Dan l-aspett ikopri d-devjazzjonijiet mill-kwestjonarju standard Ewropew u definizzjonijiet pprovduti fil-manwal imsemmi fl-Artikolu 8 u deskrizzjoni ta' rbit ma' għejjun statistiċi oħrajn (użu ta' ċerta dejta disponibbli fir-reġistri, stħarriġ marbut ma' stħarriġ nazzjonali ieħor).

6.   KOERENZA

Dan l-aspett ikopri tqabbil tal-istatistika għall-istess fenomenu jew parti minn stħarriġ jew sorsi oħrajn u valutazzjoni ta' koerenza mal-istatistika dwar l-istruttura tal-impriżi għall-għadd ta' persuni impjegati bħala funzjoni tal-kategorija NACE Rev.2 u klassi ta' daqs.

Skedi li jipprovdu (maqsuma skont il-kategoriji tan-NACE Rev. 2 u l-klassijiet ta' daqs skont il-pjan nazzjonali għat-teħid ta' kampjuni, iżda l-allokazzjoni ssir skont il-karatteristiċi tal-intrapriża osservati):

—

Għadd ta' persuni impjegati skont l-istatistika dwar l-istruttura tal-intrapriżi u għadd ta' persuni impjegati skont it-TVSI.

—

Perċentwali ta’ differenzi (SSI – TVSI)/SSI.

7.   SPEJJEŻ U PIŻ

Dan l-aspett ikopri analiżi tal-piż u l-benefiċċju fil-livell nazzjonali pereżempju permezz ta' konsiderazzjoni tal-ħin medju għat-tweġib ta' kull kwestjonarju, mistoqsijiet u varjabbli problematiċi, l-aktar/l-anqas varjabbli utli fid-deskrizzjoni tat-TVS fil-livell nazzjonali, stima tal-livell jew il-livell attwali ta' sodisfazzjon tal-utenti tad-dejta fil-livell nazzjonali, differenza ta' piż bejn l-intrapriżi żgħar u kbar u sforzi magħmula biex jonqos il-piż.

(2)  Il-koeffiċjent ta' varjazzjoni huwa l-proporzjon tar-radiċi kwadrata tal-varjanza tal-istimatur mal-valur mistenni. L-istima tiegħu tinħadem permezz tal-proporzjon tar-radiċi kwadrata tal-istima tal-varjanza tal-kampjun mal-istima tal-valur. L-istima tal-varjanza tal-kampjun trid tqis il-pjan tal-kampjun u l-bidliet fl-istrati."

(3)  Ir-rata ta’ tweġib ta' unità hija l-proporzjon tal-għadd ta’ dawk li wieġbu li jinsabu fl-ambitu tal-istħarriġ mill-għadd ta' kwestjonarji mibgħuta lil dawk magħżula."

(4)  Ir-rata ta’ tweġib ta' parti għal varjabbli partikolari hija l-proporzjon tal-għadd ta' dejta disponibbli mal-għadd ta' dejta disponibbli u nieqsa (ugwali għall-għadd ta’ dawk li ntalbu jwieġbu fl-ambitu tal-istħarriġ)” "


(1)   ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6.”

(2)  Il-koeffiċjent ta' varjazzjoni huwa l-proporzjon tar-radiċi kwadrata tal-varjanza tal-istimatur mal-valur mistenni. L-istima tiegħu tinħadem permezz tal-proporzjon tar-radiċi kwadrata tal-istima tal-varjanza tal-kampjun mal-istima tal-valur. L-istima tal-varjanza tal-kampjun trid tqis il-pjan tal-kampjun u l-bidliet fl-istrati.

(3)  Ir-rata ta’ tweġib ta' unità hija l-proporzjon tal-għadd ta’ dawk li wieġbu li jinsabu fl-ambitu tal-istħarriġ mill-għadd ta' kwestjonarji mibgħuta lil dawk magħżula.

(4)  Ir-rata ta’ tweġib ta' parti għal varjabbli partikolari hija l-proporzjon tal-għadd ta' dejta disponibbli mal-għadd ta' dejta disponibbli u nieqsa (ugwali għall-għadd ta’ dawk li ntalbu jwieġbu fl-ambitu tal-istħarriġ)” ’