Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2005, tal-10 ta’ Marzu 2005, li jimponi dazju definittiv ta’ antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ fibri ta’ qisien ta’ qosor predeterminat tal-poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Arabja Sawdita, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2852/2000, li jimponi dazju definittiv ta’ antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ fibri ta’ qisien ta’ qosor predeterminat li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u li jagħlaq il-proċedura antidumping fir-rigward tat-Tajwan (ĠU L 71, p. 1), u min-naħa l-oħra, talba taħt l-Artikolu 241 KE intiża sabiex jiġu ddikjarati bħala mhux applikabbli d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU 1996, L 56, p. 1), sa fejn dawn isostnu l-konklużjonijiet ikkontestati li jinsabu fir-Regolament Nru 428/2005.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2005, tal-10 ta’ Marzu 2005, li jimponi dazju definittiv ta’ antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ fibri ta’ qisien ta’ qosor predeterminat tal-poliesteri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mill-Arabja Sawdita, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2852/2000, li jimponi dazju definittiv ta’ antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ fibri ta’ qisien ta’ qosor predeterminat li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u li jagħlaq il-proċedura antidumping fir-rigward tat-Tajwan, huwa annullat, peress li d-dazju antidumping stabbilit għall-esportazzjonijiet fil-Komunità Ewropea tal-prodotti manifatturati u esportati minn Huvis Corp. jeċċedi dak li kien ikun applikabbli li kieku sar aġġustament tal-valur normali abbażi tat-taxxi fuq l-importazzjoni u tat-taxxi indiretti b’applikazzjoni tal-metodu “input” użat waqt l-investigazzjoni inizjali.

2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u 70 % ta’ dawk ta’ Huvis Corp.

4) Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.