30.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/26


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1622

tad-29 ta' Ottubru 2018

dwar in-nonapprovazzjoni ta' ċerti sustanzi attivi fi prodotti bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u partikolarment it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2), kif emendat permezz tar-Regolament Delegat (UE) 2017/698 (3), jistabbilixxi fl-Anness II lista ta' kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott inklużi fil-programm ta' rieżami tas-sustanzi attivi bijoċidali eżistenti fit-3 ta' Frar 2017.

(2)

Għal għadd ta' kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott inklużi f'dik il-lista, il-parteċipanti kollha rtiraw l-appoġġ tagħhom fil-ħin.

(3)

Fir-rigward ta' xi sustanzi attivi ġġenerati in situ, l-isem ta' dawk is-sustanzi attivi u tal-prekursuri tagħhom li huma appoġġjati fil-programm ta' rieżami ġie ċċarat b'mod aktar preċiż. Dan wassal f'ċerti każijiet għal definizzjoni mill-ġdid tas-sustanza attiva skont l-Artikolu 13 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014.

(4)

Ġiet ippubblikata notifika li tistieden persuni li jixtiequ jappoġġjaw dawk il-kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott li ġew definiti mill-ġdid u li bħalissa mhumiex appoġġati, inkluż il-ġenerazzjoni in situ tas-sustanzi attivi għat-tipi ta' prodott elenkati fl-Anness II tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014, sabiex ir-rwol tal-parteċipant ikun jista' jiġi assunt.

(5)

Għal xi kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott ma saret l-ebda notifika jew in-notifika tkun saret u tkun ġiet miċħuda skont il-paragrafi 4 jew 5 tal-Artikolu 17 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014.

(6)

Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, dawk il-kombinamenti ta' sustanzi/tipi ta' prodott ma għandhomx jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-sustanzi attivi elenkati fl-Anness ma għandhomx jiġu approvati għat-tipi ta' prodott indikati fih.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ottubru 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/698 tat-3 ta' Frar 2017 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 103, 19.4.2017, p. 1)


ANNESS

Kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott mhux approvati, inklużi l-forom nanomaterjali:

—

il-ġenerazzjoni in situ tas-sustanzi attivi għat-tipi ta' prodott elenkati fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014, ħlief meta s-sustanza attiva tkun iġġenerata mill-prekursur(i) imsemmi/imsemmijin fl-entrata tat-tabella ta' dak l-Anness għall-kombinamenti ta' sustanzi attivi/tipi ta' prodott ikkonċernati;

—

il-kombinamenti ta' sustanzi/tipi ta' prodott elenkati fit-tabella ta' hawn taħt, inkluża kwalunkwe ġenerazzjoni in situ ta' dawn is-sustanzi bl-użu ta' kwalunkwe prekursur li mhuwiex imsemmi fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014:

Numru tal-entrata fl-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014

Isem is-sustanza

Stat Membru Relatur

Numru KE

Numru tal-CAS

Tip(i) ta' prodott(i)

60

Aċidu ċitriku

BE

201-069-1

77-92-9

1

172

Klorur taċ-ċetilpiridinju

UK

204-593-9

123-03-5

2

195

2-Bifenilat tas-sodju

ES

205-055-6

132-27-4

1, 2, 3

288

N-(Diklorofluworometiltijo)-N′,N′-dimetil-N-fenilsulfammid (Diklofluwanid)

UK

214-118-7

1085-98-9

7

365

Piridina-2-tijol 1-ossidu, melħ tas-sodju (Piritijon tas-sodju)

SE

223-296-5

3811-73-2

3

401

Fidda

SE

231-131-3

7440-22-4

9

405

Diossidu tal-kubrit

DE

231-195-2

7446-09-5

4

424

Bromur tas-sodju

NL

231-599-9

7647-15-6

2, 11, 12

458

Sulfat tal-ammonju

UK

231-984-1

7783-20-2

11,12

1016

Klorur tal-fidda

SE

232-033-3

7783-90-6

10, 11

515

Bromur tal-ammonju

SE

235-183-8

12124-97-9

11, 12

526

2-Bifenilat tal-potassju

ES

237-243-9

13707-65-8

6, 9, 10, 13

529

Klorur tal-bromu

NL

237-601-4

13863-41-7

11

541

P-kloro-m-kresolat tas-sodju

FR

239-825-8

15733-22-9

1, 2, 3, 6, 9, 13

609

Taħlita ta' ċis- u trans-p-mentan-3,8 diol/Ċitriodiol

UK

Mhux disponibbli

Mhux disponibbli

19

620

Sulfat tat-tetrakis(idrossimetil)fosfonju (2:1) (THPS)

MT

259-709-0

55566-30-8

2

673

Klorur tad-dideċildimetilammonju (DDAC (C8-10))

IT

270-331-5

68424-95-3

5

785

Aċidu 6-(Falimido)perossieżanojku (PAP)

IT

410-850-8

128275-31-0

3, 4

792

Kumpless tat-tetraklorodekaossidu (TCDO)

DE

420-970-2

92047-76-2

1

952

Bacillus sphaericus għajr il-Bacillus sphaericus 2362, ir-razza ta' mikrobi ABTS-1743

IT

Mikroorganiżmu

143447-72-7

18

955

Bacillus thuringiensis subsp. israelensis Serotip H14, għajr ir-razza ta' mikrobi AM65-52 u r-razza ta' mikrobi SA3A

IT

Mikroorganiżmu

Mhux disponibbli

18

957

Bacillus subtilis

DE

Mikroorganiżmu

Mhux disponibbli

3

939

Kloru Attiv: immanifatturat mir-reazzjoni tal-aċidu ipokloruż u tal-ipoklorit tas-sodju prodotta in situ

SK

Taħlita

Mhux disponibbli

2, 3, 4, 5, 11, 12

824

Żeolit taż-żingu tal-fidda

SE

Mhux disponibbli

130328-20-0

5

1013

Żeolit tar-ram tal-fidda

SE

Mhux disponibbli

130328-19-7

5

835

Esfenvalerat/(S)-.alfa.-Ċjano-3-fenossibenżil (S)-2-(4-klorofenil)-3-metilbutirat (Esfenvalerat)

PT

Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti

66230-04-4

18