|
7.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/659
tas-6 ta' April 2017
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/141 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma' tarf ta' tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/141 (2) dazji antidumping definittivi ġew imposti fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma' tarf ta' tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/141 jiddikjara fil-premessa (285) li l-kumpaniji b'dazji antidumping individwali jridu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Madankollu, dan ir-rekwiżit ma kienx magħmul obbligatorju skont ir-Regolament adottat. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036. |
|
(4) |
Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq u b'konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036, l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/141 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/141 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 1
1. Qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tagħmir ta' tubi u ta'pajpijiet, iwweldjati tarf ma' tarf, ta' gradi ta' azzar li ma jsaddadx awstenitiku, li jikkorrispondu għat-tipi AISI 304, 304L, 316, 316L, 316Ti, 321 u 321H u l-ekwivalenti tagħhom fin-normi l-oħra, bl-ikbar dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm u ħxuna tal-ħitan ta' 16-il mm jew anqas, bi ħruxija medja (Ra) tal-finitura tal-wiċċ ta' mhux anqas minn 0,8 mikrometru, bit-truf mhux forma ta' flanġijiet, lesti jew le, li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajwan. Il-prodott jaqa' taħt il-kodiċijiet NM ex 7307 23 10 u ex 7307 23 90 (Kodiċijiet Taric 7307231015, 7307231025, 7307239015, 7307239025).
2. Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:
|
Kumpanija |
Rata ta' dazju antidumping definittiv (%) |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
|
It-Tajwan |
||
|
King Lai Hygienic Materials Co., Ltd |
0,0 |
C175 |
|
Ta Chen Stainless Pipes Co., Ltd |
5,1 |
C176 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
12,1 |
C999 |
|
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina |
||
|
Zhejiang Good Fittings Co., Ltd |
55,3 |
C177 |
|
Zhejiang Jndia Pipeline Industry Co., Ltd |
48,9 |
C178 |
|
Suzhou Yuli Pipeline Industry Co., Ltd |
30,7 |
C179 |
|
Jiangsu Judd Pipeline Industry Co., Ltd |
30,7 |
C180 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha li kkooperaw: |
||
|
Alfa Laval Flow Equipment (Kunshan) Co., Ltd |
41,9 |
C182 |
|
Kunshan Kinglai Hygienic Materials Co., Ltd |
41,9 |
C184 |
|
Wifang Huoda Pipe Fittings Manufacture Co., Ltd |
41,9 |
C186 |
|
Yada Piping Solutions Co., Ltd |
41,9 |
C187 |
|
Jiangsu Huayang Metal Pipes Co., Ltd |
41,9 |
C188 |
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
64,9 |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rata individwali tad-dazju speċifikata gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha jidhru dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' (prodott ikkonċernat) mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fi (pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta”. Jekk ma tkun ippreżentata l-ebda fattura bħal din, tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.
4. Meta kull produttur esportatur fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:
|
(a) |
ma jkunx esporta lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta' Ottubru 2014 sat-30 ta' Settembru 2015); |
|
(b) |
ma jkun relatat mal-ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, kif ukoll |
|
(c) |
effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu ta' investigazzjoni jew li jkun daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni, it-Tabella fl-Artikolu 1(2) tista' tiġi emendata billi jiżdied il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun u għalhekk soġġetti għar-rata tad-dazju medja ponderata tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun. |
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/141 tas-26 ta' Jannar 2017 li jimponi dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu tagħmir iwweldjat tarf ma' tarf ta' tubi u pajpijiet tal-azzar li ma jsaddadx, imlestija jew le, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u t-Tajwan (ĠU L 22, 27.1.2017, p. 14).