12004V306

Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - PARTI III - POLITIKA U FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI - TITOLU V - AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI - KAPITOLU II - POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI - Sezzjoni 1 - Disposizzjonijiet komuni - Artikolu III-306

Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0137 - 0138


Artikolu III-306

Il-missjonijiet diplomatiċi u konsulari ta' l-Istati Membri u d-delegazzjonijiet ta' l-Unjoni f'pajjiżi terzi u f'konferenzi internazzjonali, u r-rappreżentanzi tagħhom għal organizzazzjonijiet internazzjonali, għandhom jikkoperaw biex jiżguraw li jiġu rispettati u implimentati d-deċiżjonijiet Ewropej li jiddefinixxu l-posizzjonijiet u l-azzjonijiet ta' l-Unjoni adottati taħt dan il-Kapitolu. Għandhom isaħħu l-koperazzjoni billi jiskambjaw informazzjoni u jwettqu stimi konġunti.

Għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tad-dritt taċ-ċittadini Ewropej li jkollhom protezzjoni fit-territorju ta' pajjiżi terzi kif previst fl-Artikolu I-10(2)(ċ) u l-miżuri adottati skond l-Artikolu III-127.

--------------------------------------------------