28.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 47/2011

tal-20 ta’ Mejju 2011

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) mal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim” u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2010 tal-11 ta’ Ġunju 2010 (1).

(2)

Id-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2009/144/KE tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 89/173/KEE (3) li hija inkorporata fil-Ftehim u għalhekk għandha tiġi rrevokata skont il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test fil-punt 23 (Direttiva tal-Kunsill 89/173/KEE) tal-Kapitolu II tal-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi sostitwit bi:

“ 32009 L 0144: Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar ċerti komponenti u karatteristiċi tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 33).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għar-raġunijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Fin-nota ta’ qiegħ il-paġna għall-Punt 5.4.1 tal-Anness III A, fit-tieni paragrafu tal-ewwel inċiż tal-Appendiċi 4 għall-Anness IV u fil-Punt 2.1.3 tal-Anness V, għandu jiżdied dan li ġej:

‘IS għall-Islanda; FL għal-Liechtenstein; 16 għan-Norveġja.’ ”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2009/144/KE bl-ilsien Islandiż u dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

L-Aġent President

Gianluca GRIPPA


(1)   ĠU L 244, 16.9.2010, p. 10.

(2)   ĠU L 27, 30.1.2010, p. 33.

(3)   ĠU L 67, 10.3.1989, p. 1.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.