<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-77/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0077</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:934">EU:C:2020:934</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20201118">18.11.2020</DATE> – Kawża C‑77/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Kaplan International Colleges UK</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20201118">18 ta’ Novembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 132(1)(f)</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni ta’ provvista ta’ servizzi pprovduti minn gruppi awtonomi ta’ persuni lill-membri tagħhom</KEYWORD><KEYWORD>Applikabbiltà għall-gruppi VAT</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 11</KEYWORD><KEYWORD>Grupp VAT</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑77/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (il-Qorti tal-Ewwel Istanza (Awla Fiskali), ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20190130">30 ta’ Jannar 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20190201">1 ta’ Frar 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Kaplan International Colleges UK Ltd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">The Commissioners for her Majesty’s Revenue and Customs,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala Mħallef tat-Tieni Awla, A. Kumin, T. von Danwitz u P. G. Xuereb (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20200123">23 ta’ Jannar 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Kaplan International Colleges UK Ltd, minn R. Woolich u M. Murcia, solicitors, kif ukoll minn R. Hill, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Brandon, J. Kraehling u Z. Lavery, bħala aġenti, assistiti minn O. Thomas, QC,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Armenia u R. Lyal, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tat-<DATE ISO="20200423">23 ta’ April 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="335" PAGE.FIRST="60" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 335, p. 60</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/UE tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 44, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva 2006/112<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Kaplan International Colleges UK Limited (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>KIC<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) u l-Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (l-Amministrazzjoni Fiskali u Doganali tar-Renju Unit, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Amministrazzjoni Fiskali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) dwar ir-rifjut ta’ din tal-aħħar li tagħtiha l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) prevista favur gruppi indipendenti ta’ persuni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 25 u 35 tad-Direttiva 2006/112 jipprovdu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(25)</NO.P><TXT>L-ammont taxxabbli għandu jkun armonizzat biex l-applikazzjoni tal-VAT għal transazzjonijiet taxxabbli twassal għal riżultati komparabbli fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(35)</NO.P><TXT>Għandha titfassal lista komuni ta’ eżenzjonijiet sabiex ir-riżorsi tal-Komunitajiet infushom ikunu jistgħu jinġabru b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1)(ċ) ta’ din id-direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1. It-transazzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu soġġetti għall-VAT:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ servizzi bi ħlas fit-territorju ta’ Stat Membru minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> għandha tfisser kull persuna li, b’mod indipendenti, twettaq fi kwalunkwe post kwalunkwe attività ekonomika, ikun x’ikun l-iskop jew ir-riżultati ta’ dik l-attività.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/112:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv tal-VAT, kull Stat Membru jista’ jikkunsidra bħala persuna taxxabbli waħedha kwalunkwe persuni stabbiliti fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru li, filwaqt li huma indipendenti legalment, ikollhom x’jaqsmu mill-qrib ma’ xulxin b’rabtiet finanzjarji, ekonomiċi u organizzattivi.</ALINEA><ALINEA>Stat Membru li jeżerċita l-għażla prevista fl-ewwel paragrafu, jista’ jadotta kwalunkwe miżura meħtieġa biex jimpedixxi l-evażjoni jew l-evitar tat-taxxa permezz ta’ l-użu ta’ din id-dispożizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 131 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-eżenzjonijiet ipprovduti fil-Kapitoli 2 sa 9 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijet oħrajn tal-Komunità skond kondizzjonijiet li l-Istati Membri għandhom jistabilixxu għall-finijiet li jiżguraw l-applikazzjoni korretta u ċara ta’ dawk l-eżenzjonijet u tal-prevenzjoni ta’ kawlunkwe evażjoni, evitar jew abbuż possibbli.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 132(1) tal-imsemmija direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ servizzi minn gruppi ta’ persuni indipendenti, li qed iwettqu attività li hi eżenti mill-VAT jew għaliha mhumiex persuni taxxabbli, għall–finijiet li jagħtu lill-membri tagħhom is-servizzi meħtieġa direttament għall-eżerċizzju ta’ dik l-attività, fejn dawk il-gruppi kemm jitolbu mill-membri tagħhom ħlas lura eżatt tas-sehem tagħhom ta’ l-ispejjeż konġunti, sakemm tali eżenzjoni mhux probabbli li tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>il-provvista ta’ edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ, edukazzjoni skolastika jew universitarja, taħriġ vokazzjonali jew taħriġ mill-ġdid, inkluża l-provvista ta’ servizzi u ta’ merkanzija li hija relatata mill-qrib magħhom, minn korpi [organi] regolati mid-dritt pubbliku li jkollhom dan bħala l-għan tagħhom jew minn organizzazzjonijiet [organi] oħrajn rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat bħala li għandhom [għanijiet] simili;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-Grupp 16 tal-Anness 9 tal-Value Added Tax Act 1994 (il-Liġi tal-1994 dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Liġi tal-1994<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), li permezz tagħha l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 ġie traspost fid-dritt intern, jipprovdi li huma eżentati:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[…]</P><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="132.001"><NO.PARAG>1</NO.PARAG><ALINEA><P>Is-servizzi pprovduti minn grupp awtonomu ta’ persuni meta tiġi ssodisfatta kull waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kull waħda minn dawn il-persuni hija persuna li teżerċita attività (l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>attività rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>) li hija eżentata mill-VAT jew li fir-rigward tagħha ma hijiex persuna taxxabbli skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva [2006/112],</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>is-servizzi huma pprovduti lill-membri tal-grupp għall-bżonnijiet diretti tal-eżerċizzju tal-attività rilevanti,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-grupp jillimita ruħu li jitlob mill-membri tiegħu r-rimbors eżatt tas-sehem rispettiv tagħhom fl-ispejjeż konġunti, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-eżenzjoni tal-provvista ma hijiex mistennija li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Grupp 6 tal-Anness 9 tal-Liġi tal-1994 jipprovdi għall-eżenzjoni tas-servizzi ta’ tagħlim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 7A ta’ din il-liġi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Post tal-provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Dan l-artikolu japplika sabiex jiġi ddeterminat, għall-finijiet ta’ din il-liġi, il-pajjiż li fih jiġu pprovduti s-servizzi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007A.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Provvista ta’ servizz għandha titqies li seħħet —</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fil-pajjiż fejn il-benefiċjarju tas-servizzi huwa stabbilit meta dan huwa professjonist rilevanti, u,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-każijiet l-oħra, fil-pajjiż fejn huwa stabbilit il-fornitur.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007A.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Il-post tal-provvista ta’ dritt għall-provvista ta’ servizzi għandu jitqies li huwa l-post fejn il-provvisti ta’ servizzi jkunu kkunsidrati bħala mwettqa jekk jiġu pprovduti mill-fornitur tad-dritt lill-benefiċjarju ta’ dan id-dritt (irrispettivament minn jekk dan id-dritt ikunx eżerċitat jew le), u, għal dan il-għan, dritt għal provvista ta’ servizzi jinkludi kull dritt, għażla jew prijorità li jikkonċerna l-provvista ta’ servizzi kif ukoll dritt li jirriżulta minn dritt għall-provvista ta’ servizzi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007A.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-finijiet ta’ din il-liġi, persuna hija professjonist rilevanti fir-rigward ta’ provvista ta’ servizzi jekk din il-persuna:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>hija persuna taxxabbli fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva [2006/112],</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>hija rreġistrata fir-reġistru skont id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>tkun identifikata għall-finijiet tal-VAT skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li ma huwiex ir-Renju Unit, […]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>u jekk is-servizzi ma humiex ipprovduti lil din il-persuna għal finijiet esklużivament privati.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-imsemmija liġi, li jipprevedi l-mekkaniżmu ta’ awtolikwidazzjoni, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta s-servizzi huma pprovduti minn persuna stabbilita f’pajjiż li ma huwiex ir-Renju Unit fil-każijiet fejn japplika dan il-paragrafu, din il-liġi tipproduċi l-effetti tagħha bħallikieku (minflok ma jkollha provvista ta’ servizzi pprovduta minn din il-persuna)</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>provvista ta’ servizzi kienet ipprovduta mill-benefiċjarju fir-Renju Unit matul jew għall-finijiet tal-attività ekonomika tiegħu, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>dik il-provvista kienet provvista taxxabbli.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.002"><NO.PARAG>(2)</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-paragrafu (1) iktar ’il fuq japplika jekk</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-benefiċjarju huwa professjonist rilevanti stabbilit fir-Renju Unit, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-post tal-provvista tas-servizzi jkun jinsab fit-territorju tar-Renju Unit u, meta l-provvista ta’ servizzi taqa’ taħt il-partijiet 1 jew 2 tal-Anness 4A, il-benefiċjarju jiġi rreġistrat fir-reġistru skont din il-liġi.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA>Is-servizzi li huma kkunsidrati bħala mwettqa mill-benefiċjarju skont il-paragrafu 1 iktar ’il fuq ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni bħala provvista mwettqa minn dan tal-aħħar sabiex jiġi ddeterminat id-dritt tiegħu għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa b’applikazzjoni tal-Artikolu 26(1).</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunċett ta’ grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda għall-VAT (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>grupp VAT<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), ir-Renju Unit, bl-eżerċizzju tal-possibbiltà prevista fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/112, adotta l-Artikolu 43 tal-Liġi tal-1994 li jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="043.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA><P>Jekk persuni ġuridiċi jitqiesu bħala membri ta’ grupp [skont l-Artikoli 43A sa 43D], kull attività kummerċjali ta’ membru tal-grupp għandha titqies li hija mwettqa mill-membru rappreżentattiv u</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>hija eskluża kull kunsinna ta’ merkanzija jew servizzi minn membru tal-grupp lil membru ieħor tal-grupp; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>kull kunsinna li għaliha ma japplikax il-punt (a) u li hija kunsinna ta’ merkanzija jew servizzi mwettqa minn jew għal membru tal-grupp għandha titqies bħala kunsinna mwettqa minn jew għall-membru rappreżentattiv; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>il-VAT imħallsa jew li għandha titħallas minn membru tal-grupp mal-akkwist ta’ merkanzija minn Stat Membru ieħor jew mal-importazzjoni ta’ merkanzija minn post li ma jinsabx fl-Istati Membri għandha titqies li tħallset jew li għandha titħallas mill-membru rappreżentattiv u l-merkanzija għandha,</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>fil-każ ta’ akkwist ta’ din il-merkanzija minn Stat Membru ieħor, għall-finijiet tal-Artikolu 73(7); u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>fil-każ tal-importazzjoni tagħha minn post li ma jinsabx fl-Istati Membri għal dawn il-finijiet u għall-finijiet tal-Artikolu 38,</TXT></NP></ITEM></LIST></P><?PAGE NO="6"?><P>titqies bħala akkwistata jew importata mill-membru rappreżentattiv, bil-kundizzjoni li l-membri kollha tal-grupp huma responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għall-VAT dovuta mill-membru rappreżentattiv.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 43(1AA) ta’ din il-liġi, meta:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>(a)</NO.P><TXT>għall-finijiet ta’ dispożizzjoni adottata f’din il-liġi jew bis-saħħa tagħha (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>dispożizzjoni rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/>), huwa rilevanti jekk il-persuna li tagħmel jew li tirċievi l-kunsinna jew il-persuna li takkwista jew li timporta l-merkanzija, hijiex persuna b’deskrizzjoni partikolari,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-punti (b) jew (c) tal-paragrafu 1 iktar ’il fuq ikunu japplikaw għal kunsinna, akkwist jew importazzjoni, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>jekk teżisti differenza li tkun rilevanti għall-finijiet tad-dispożizzjoni rilevanti, bejn</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>id-deskrizzjoni applikabbli għall-membru rappreżentattiv, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>id-deskrizzjoni applikabbli għall-persuna ġuridika li (minbarra dan l-artikolu) għandha titqies bħala l-persuna responsabbli għall-kunsinna, għall-akkwist jew għall-importazzjoni għall-finijiet ta’ din il-liġi, jew inkella bħala l-persuna li tirċievi l-kunsinna,</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST><P>id-dispożizzjoni rilevanti għandha tapplika għal din il-kunsinna, għal dan l-akkwist jew għal din l-importazzjoni, bħallikieku l-unika deskrizzjoni applikabbli għall-membru rappreżentattiv kienet id-deskrizzjoni effettivament applikabbli għal din il-persuna ġuridika.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 43(1AB) tal-imsemmija liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Il-paragrafu (1AA) ta’ dan l-artikolu ma huwiex intiż li japplika sa fejn, għall-finijiet tad-dispożizzjoni rilevanti, għandu jkun magħruf jekk persuna hijiex persuna taxxabbli<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>KIC hija l-kumpannija holding tal-grupp Kaplan, li tipprovdi servizzi ta’ tagħlim u ta’ żvilupp tal-karrieri. Dan il-grupp għandu disa’ sussidjarji, li huma kollha stabbiliti fir-Renju Unit (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>istabbilimenti Kaplan<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), fejn kull waħda minnhom tmexxi stabbiliment ta’ edukazzjoni ogħla fir-Renju Unit (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>istabbilimenti internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>), fil-kuntest ta’ kooperazzjoni ma’ università Brittanika waħda jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-istabbilimenti Kaplan jibbenefikaw, għas-servizzi ta’ tagħlim li huma jipprovdu lill-istudenti, mill-eżenzjoni mill-VAT prevista fl-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fost l-istabbilimenti internazzjonali, tmienja huma miżmuma 100 % minn KIC. L-aħħar stabbiliment, il-University of York International Pathway College (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>UYIPC<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>) huwa miżmum 55 % mill-Università ta’ York (ir-Renju Unit) u 45 % minn KIC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, KIC hija l-membru rappreżentattiv ta’ grupp VAT li kull stabbiliment Kaplan jagħmel parti minnu, bl-eċċezzjoni tal-University of York International Pathway College, sa fejn din tal-aħħar ma hijiex sussidjarja 100 % jew maġġoritarja ta’ KIC.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Kull stabbiliment internazzjonali għandu struttura amministrattiva u governanza proprja li hija magħmula minn rappreżentanti tal-istabbiliment Kaplan u l-università kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Qabel ix-xahar ta’ Ottubru 2014, ġew konklużi kuntratti bejn l-aġenti edukattivi ta’ reklutaġġ tal-istabbilimenti Kaplan u KIC fir-Renju Unit, u din il-kumpannija tal-aħħar kienet, b’hekk, direttament f’kuntatt ma’ dawn l-aġenti, sabiex tirrekluta barra mill-pajjiż studenti għall-istabbilimenti internazzjonali. L-imsemmija aġenti kienu jibbenefikaw mill-għajnuna ta’ uffiċċji ta’ rappreżentanza, li kienu jipprovdulhom sostenn operattiv u li kienu jinsabu fis-swieq prinċipali kkonċernati, jiġifieri ċ-Ċina, Hong Kong, l-Indja u n-Niġerja. Dawn l-uffiċċji ta’ rappreżentanza kienu membri tal-grupp Kaplan, bl-eċċezzjoni ta’ uffiċċju li jinsab fil-Vjetnam, u kienu jipprovdu servizzi lil KIC bi ħlas. KIC kienet, għall-provvista ta’ servizzi pprovduti mill-imsemmija uffiċċji ta’ rappreżentanza u mill-aġenti, suġġetta għall-VAT fir-Renju Unit, fil-kuntest tal-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’Ottubru 2014, il-grupp Kaplan ħoloq Kaplan Partner Services Hong Kong Limited (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>KPS<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), kumpannija b’responsabbiltà limitata stabbilita f’Hong Kong, miżmuma b’mod ugwali mid-disa’ stabbilimenti Kaplan bħala membri. Hija timpjega 20 impjegat u teżerċita l-attivitajiet tagħha fil-kuntest ta’ ftehim ta’ adeżjoni. Ħlief għal eċċezzjoni waħda, KPS ma tipprovdix servizzi lil dawk li ma humiex membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Sa mix-xahar ta’ Ottubru 2014, KPS qiegħda tassumi responsabbiltajiet li qabel kienu eżerċitati minn KIC u tiċċentralizza ċerti funzjonijiet li qabel kienu tal-uffiċċji ta’ rappreżentanza. KPS tamministra wkoll in-network tal-uffiċċji ta’ rappreżentanza fid-dinja kollha. Peress li dan in-network estenda ruħu u r-relazzjonijiet bejn KPS u dawn l-uffiċċji intensifikaw, dawn tal-aħħar minn issa ’l quddiem għandhom il-funzjoni li jiżguraw il-ġestjoni ta’ kuljum tal-aġenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, KPS hija responsabbli għall-ġestjoni ta’ aġenti fl-Asja tal-Lvant u tax-Xlokk, li jippermettilha tipprovdi servizz ta’ aġenti li jinsabu fl-istess żona ta’ ħin tas-swieq ta’ reklutaġġ ta’ stabbilimenti internazzjonali. Dawn l-aġenti ma għandhomx relazzjoni esklużiva ma’ KPS u huma awtorizzati jaħdmu, minn naħa, mal-kompetituri tal-istabbilimenti Kaplan u, min-naħa l-oħra, mal-universitajiet ikkonċernati. Sabiex jaqdu l-missjoni tagħhom, l-aġenti li jaħdmu għal KPS jibbenefikaw minn appoġġ intiż sabiex jinkoraġġihom jirrakkomandaw l-istabbilimenti internazzjonali amministrati mill-istabbilimenti Kaplan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-aġenti jiffatturaw il-provvista tas-servizzi tagħhom lil KPS, li tħallashom direttament. Il-provvista ta’ servizzi mill-aġenti lil KPS, mill-uffiċċji ta’ rappreżentanza lil KPS u minn KPS ma humiex suġġetti għall-VAT. KPS tistabbilixxi fattura separata fir-rigward tas-somom dovuti lill-aġenti għall-provvista ta’ servizzi pprovduti lil kull stabbiliment Kaplan ikkonċernat, minkejja li KIC hija l-membru rappreżentattiv tal-grupp VAT li tiegħu dawn l-istabbilimenti huma membri. Kull stabbiliment Kaplan iħallas għas-servizzi pprovduti minn KPS kif ukoll dawk mogħtija mill-uffiċċji ta’ rappreżentanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>It-tilwima fil-kawża prinċipali tirrigwarda tliet tipi ta’ servizzi, li huma kkunsidrati, abbażi tad-dritt nazzjonali, bħala li huma pprovduti minn KPS lil KIC inkwantu membru rappreżentattiv tal-grupp VAT: l-ewwel nett, is-servizzi pprovduti mill-aġenti lil KPS, it-tieni nett, is-servizzi pprovduti mill-uffiċċji ta’ rappreżentanza lil KPS u, it-tielet nett, attivitajiet bħal, b’mod partikolari, is-sostenn lill-aġenti pprovdut minn KPS.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat quddiem il-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (il-Qorti tal-Ewwel Istanza (Awla Fiskali), ir-Renju Unit), KIC tikkontesta żewġ deċiżjonijiet mogħtija mill-amministrazzjoni fiskali u doganali tar-Renju Unit, li skonthom is-servizzi li huma kkunsidrati bħala li ġew ipprovduti lilha minn KPS ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni mill-VAT prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 u huma, għaldaqstant, suġġetti għall-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>KIC issostni, fil-fatt, li dawn is-servizzi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni u li, konsegwentement, hija ma hijiex obbligata, bħala membru rappreżentattiv tal-grupp tal-VAT, tħallas il-VAT dovuta għal dawn il-provvisti fil-kuntest tal-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni. Il-provvisti ta’ servizzi li qabel kienu pprovduti mill-membri tal-persunal u mill-uffiċċji ta’ rappreżentanza lil KIC u li kienu suġġetti għall-VAT minn issa ’l quddiem huma, skont KIC, eżenti mill-VAT minħabba l-ħolqien ta’ KPS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (il-Qorti tal-Ewwel Istanza (Awla Fiskali), ir-Renju Unit) tippreċiża li jeżistu raġunijiet kummerċjali li jiġġustifikaw il-ħolqien ta’ KPS f’Hong Kong u li ma huwiex allegat li din l-entità hija artifiċjali jew tagħti lok għal abbuż ta’ dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Din il-qorti tirrileva wkoll li ma huwiex ikkontestat li KPS tipprovdi lill-membri tagħha, jiġifieri l-istabbilimenti Kaplan, is-servizzi direttament neċessarji għall-eżerċizzju tal-attivitajiet eżenti tagħhom u li KPS sempliċement titlob mingħand il-membri tagħha r-rimbors eżatt tal-parti tal-ispejjeż inkorsi flimkien li hija responsabbiltà tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, skont il-qorti tar-rinviju, il-kawża prinċipali tista’ tiġi riżolta biss permezz ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (il-Qorti tal-Ewwel Istanza (Awla Fiskali), ir-Renju Unit), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>1.</NO.P><TXT>X’inhu l-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112[…]? B’mod partikolari […] din l-eżenzjoni tapplika għal grupp li jaqsam l-ispejjeż (CSG) li jkun stabbilit fi Stat Membru ieħor għajr dak jew dawk fejn ikunu stabbiliti l-membri taċ-CSG? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, […] din l-eżenzjoni hija wkoll applikabbli għal CSG stabbilit barra mill-Unjoni Ewropea?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Jekk l-eżenzjoni favur iċ-CSG tapplika bħala prinċipju għal entità stabbilita fi Stat Membru ieħor għajr dak jew dawk fejn ikunu stabbiliti l-membri taċ-CSG kif ukoll għal CSG stabbilit barra mill-Unjoni [Ewropea], kif għandu jiġi applikat il-kriterju li jgħid li l-eżenzjoni ma għandhiex tkun tista’ tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni? B’mod partikolari,</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>dan il-kriterju japplika għal distorsjonijiet eventwali li jaffettwaw lil benefiċjarji oħra ta’ servizzi simili li ma humiex membri taċ-CSG jew japplika biss għad-distorsjonijiet eventwali li jaffettwaw lil fornituri eventwali oħra li jipprovdu servizzi lill-membri taċ-CSG?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>Fil-każ li dan il-kriterju japplika biss għal benefiċjarji oħra, tkun tista’ teżisti possibbiltà reali ta’ distorsjoni jekk benefiċjarji oħra li ma jkunux membri taċ-CSG ikunu jistgħu jitolbu li jingħaqdu maċ-CSG inkwistjoni jew joħolqu CSG tagħhom stess bil-għan li jinkisbu servizzi simili jew ekonomiji ekwivalenti tal-VAT permezz ta’ metodi oħra (bħall-ħolqien ta’ fergħa fl-Istat Membru jew fil-pajjiż terz inkwistjoni)?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="9"?><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>Fil-każ li dan il-kriterju japplika biss għal fornituri oħra, il-possibbiltà reali ta’ distorsjoni għandha tiġi evalwata billi jiġi ddeterminat jekk iċ-CSG huwiex żgur li ser iżomm il-klijentela tal-membri tiegħu, irrispettivament mill-applikazzjoni tal-eżenzjoni tal-VAT – u, konsegwentement, għandha tiġi evalwata fir-rigward tal-aċċess ta’ fornituri oħra għas-suq nazzjonali li fih ikunu stabbiliti l-membri taċ-CSG? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, il-kwistjoni dwar jekk iċ-CSG huwiex żgur li ser iżomm il-klijentela tal-membri tiegħu, għaliex dawn tal-aħħar huma parti mill-istess grupp ta’ kumpanniji, hija rilevanti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>Distorsjonijiet potenzjali għandhom jiġu evalwati fuq livell nazzjonali fir-rigward ta’ fornituri oħra li jeżerċitaw l-attività tagħhom fil-pajjiż terz li fih ikun stabbilit iċ-CSG?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>L-oneru tal-prova għal dak li jirrigwarda l-probabbiltà ta’ distorsjoni taqa’ fuq l-awtorità tat-taxxa tal-Unjoni li tamministra d-Direttiva [2006/112]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>Huwa neċessarju li l-awtorità tat-taxxa tal-Unjoni tikkummissjona perizja speċifika tas-suq tal-pajjiż terz li fih ikun stabbilit iċ-CSG?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ possibbiltà reali ta’ distorsjoni tista’ tiġi stabbilita permezz tal-identifikazzjoni ta’ suq kummerċjali fil-pajjiż terz?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-eżenzjoni favur iċ-CSG tista’ tapplika f’sitwazzjoni bħal dik f’dan il-każ, li fiha l-membri taċ-CSG ikunu marbuta flimkien b’rabtiet ekonomiċi, finanzjarji u organizzattivi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>L-eżenzjoni favur iċ-CSG tista’ tapplika meta l-membri jkunu ħolqu grupp VAT li jikkostitwixxi persuna taxxabbli waħda? Huwa rilevanti l-fatt li KIC, il-membru rappreżentattiv li (fid-dritt nazzjonali) huwa l-benefiċjarju tas-servizzi, ma hijiex membru taċ-CSG? Fil-każ ta’ risposta affermattiva, din ir-rilevanza hija eskluża mid-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jipprevedu li l-membru rappreżentattiv għandu l-karatteristiċi u l-istatus ta’ membri taċ-CSG għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni favur iċ-CSG?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u r-raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet u r-raba’ domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien u fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni tapplika għall-provvisti ta’ servizzi pprovduti minn grupp awtonomu ta’ persuni li l-membri tiegħu jifformaw grupp VAT, fis-sens tal-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva, meta dawn il-provvisti ta’ servizzi huma pprovduti lil dan il-grupp VAT. Fl-affermattiv, hija tistaqsi, minn naħa, jekk il-fatt li l-membru rappreżentattiv tal-imsemmi grupp VAT ma jkunx membru ta’ dan il-grupp awtonomu ta’ persuni għandux effett fuq l-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 u, min-naħa l-oħra, jekk dan l-effett jistax jiġi eskluż permezz ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi enfasizzat li mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 jirriżulta li l-grupp awtonomu ta’ persuni huwa persuna taxxabbli kompleta, distinta mill-membri tiegħu. Fil-fatt, mill-formulazzjoni stess ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-grupp awtonomu ta’ persuni huwa awtonomu, u li huwa għalhekk iwettaq il-provvisti ta’ servizzi tiegħu b’mod indipendenti, fis-sens tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/112. Barra minn hekk, li kieku l-provvisti ta’ servizzi magħmula mill-grupp awtonomu ta’ persuni ma kinux provvisti ta’ servizzi magħmula minn persuna taxxabbli li taġixxi bħala tali, dawn<?PAGE NO="10"?> is-servizzi ma kinux ikunu suġġetti għall-VAT, konformement mal-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112. Għaldaqstant, dawn is-servizzi ma jistgħux ikunu s-suġġett ta’ eżenzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 132(1)(f) ta’ din id-direttiva (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:333">EU:C:2017:333</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li, skont l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112, l-Istati Membri għandhom jeżentaw il-provvisti ta’ servizzi mwettqa minn gruppi awtonomi ta’ persuni li jeżerċitaw attività eżentata jew li fir-rigward tagħha ma għandhomx il-kwalità ta’ persuna taxxabbli, sabiex jagħtu lill-membri tagħhom is-servizzi direttament neċessarji għall-eżerċizzju ta’ din l-attività, meta dawn il-gruppi jillimitaw ruħhom li jitolbu mill-membri tagħhom ir-rimbors eżatt tas-sehem tagħhom fl-ispejjeż konġunti, bil-kundizzjoni li din l-eżenzjoni ma tkunx tista’ tikkawża distorsjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-disa’ u mill-ħdax‑il premessa tad-Direttiva 2006/112 jirriżulta li din tal-aħħar hija intiża li tarmonizza l-valur taxxabbli tal-VAT u li l-eżenzjonijiet minn din it-taxxa jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni li, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, għandhom jitqiegħdu fil-kuntest ġenerali tas-sistema komuni tal-VAT stabbilita mill-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191120">20 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Infohos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑400/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:992">EU:C:2019:992</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li t-termini użati sabiex jiġu stabbiliti l-eżenzjonijiet mill-VAT previsti fl-Artikolu 132 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati b’mod strett, peress li dawn l-eżenzjonijiet jikkostitwixxu eċċezzjonijiet għall-prinċipju ġenerali li kull servizz ipprovdut bi ħlas minn persuna taxxabbli huwa suġġett għal din it-taxxa. Madankollu, l-interpretazzjoni ta’ dawn it-termini għandha tkun konformi mal-għanijiet segwiti mill-imsemmija eżenzjonijiet u għandha tosserva r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali inerenti għas-sistema komuni tal-VAT. Għalhekk, din ir-regola ta’ interpretazzjoni stretta ma tfissirx li t-termini użati sabiex jiġu ddefiniti l-eżenzjonijiet previsti fl-imsemmi Artikolu 132 għandhom jiġu interpretati b’mod li jċaħħadhom mill-effetti tagħhom. L-għan tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma huwiex li tiġi imposta interpretazzjoni li tagħmel l-eżenzjonijiet previsti kważi inapplikabbli fil-prattika (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Lussemburgu</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑274/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:333">EU:C:2017:333</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-formulazzjoni tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112, hekk kif tfakkar fil-punt 35 ta’ din is-sentenza, l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni hija intiża għall-provvista ta’ servizzi magħmula mill-gruppi awtonomi ta’ persuni għall-benefiċċju tal-membri tagħhom. Issa, minn din il-formulazzjoni ma jirriżultax li l-provvisti ta’ servizzi li tali gruppi jipprovdu lill-membri tagħhom huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni meta dawn tal-aħħar jifformaw grupp VAT, fis-sens tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/112. Madankollu, fid-dawl tal-kliem stess tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112, il-formazzjoni ta’ tali grupp VAT ma jistax ikollha l-konsegwenza li testendi l-applikazzjoni tal-imsemmija eżenzjoni għal provvisti ta’ servizzi pprovduti lil entitajiet li ma humiex membri tal-grupp awtonomu ta’ persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, hemm lok, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss it‑termini tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191120">20 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Infohos</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑400/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:992">EU:C:2019:992</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi enfasizzat li din id-dispożizzjoni tinsab fil-Kapitolu 2, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Eżenzjonijet għal ċertu attivitajiet fl-interess pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, tat-Titolu IX ta’ din id-direttiva. Dan it-titolu jindika li l-eżenzjoni prevista fl-imsemmija dispożizzjoni tkopri biss il-gruppi awtonomi ta’ persuni li l-membri tagħhom jeżerċitaw attivitajiet ta’ interess ġenerali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑616/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:721">EU:C:2017:721</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Issa, dan il-kuntest ma jurix elementi li jeskludu minn din l-eżenzjoni l-gruppi awtonomi ta’ persuni li l-membri tagħhom jifformaw grupp VAT, fis-sens tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/112, bil-kundizzjoni, madankollu, li l-membri kollha ta’ dawn il-gruppi jeżerċitaw attivitajiet ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-għan tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112, għandu jitfakkar li l-finalità tad-dispożizzjonijiet kollha tal-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva hija l-eżenzjoni mill-VAT ta’ ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali, bil-għan li jiġu ffaċilitati l-aċċess għal ċerti prestazzjonijiet kif ukoll il-provvista ta’ ċerti oġġetti billi jiġu evitati l-ispejjeż addizzjonali marbuta mal-issuġġettar tagħhom għall-VAT (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Aviva</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑605/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:718">EU:C:2017:718</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-provvisti ta’ servizzi mwettqa minn grupp awtonomu ta’ persuni jaqgħu taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112, meta dawn il-provvisti ta’ servizzi jikkontribwixxu direttament għall-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ interess ġenerali previsti fl-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170921">21 ta’ Settembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Aviva</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑605/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:718">EU:C:2017:718</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li, bħala prinċipju, jaqgħu taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tal-imsemmija direttiva l-provvisti ta’ servizzi li grupp awtonomu ta’ persuni jipprovdi lill-membri tiegħu li jifformaw grupp VAT, meta dawn il-provvisti jikkontribwixxu direttament għall-eżerċizzju tal-attivitajiet ta’ interess ġenerali msemmija fl-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva. Min-naħa l-oħra, din l-eżenzjoni ma tistax tapplika għall-provvista ta’ servizzi li jibbenefikaw minnha l-membri ta’ grupp VAT li ma humiex, fl-istess ħin, membri tal-grupp awtonomu ta’ persuni li jeżerċitaw tali attivitajiet ta’ interess ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-implimentazzjoni tas-sistema prevista fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/112 timplika li l-leġiżlazzjoni nazzjonali meħuda abbażi tagħha tawtorizza lill-persuni, b’mod partikolari lill-kumpanniji, li għandhom rabtiet fuq il-livell finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv li ma jibqgħux ikkunsidrati bħala persuni taxxabbli distinti għall-VAT sabiex jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda. Għalhekk, meta Stat Membru japplika din id-dispożizzjoni, il-persuna jew il-persuni suġġetti fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala persuna jew persuni taxxabbli skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2006/112 (ara, f’dan is-sens is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Ampliscientifica u Amplifin</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑162/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:301">EU:C:2008:301</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-assimilazzjoni għal persuna taxxabbli waħda teskludi li l-membri tal-grupp VAT ikomplu jissottomettu separatament dikjarazzjonijiet tal-VAT u jibqgħu jiġu identifikati, fil-grupp jew barra l-grupp, bħala persuni taxxabbli, peress li hija l-persuna taxxabbli waħda li tista’ tissottometti l-imsemmija dikjarazzjonijiet. Minn dan isegwi li, f’tali sitwazzjoni, il-prestazzjoni ta’ servizzi magħmula minn terzi favur membru ta’ grupp VAT għandhom jiġu<?PAGE NO="12"?> kkunsidrati, għall-finijiet tal-VAT, li saru favur mhux ta’ dan il-membru iżda tal-grupp VAT stess li jagħmlu parti minnu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Skandia America (USA</NAME.CASE>), filial Sverige, <NO.CASE>C‑7/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2225">EU:C:2014:2225</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għall-finijiet tal-VAT, is-servizzi pprovduti minn grupp awtonomu ta’ persuni lill-membri ta’ grupp tal-VAT ma jistgħux jitqiesu li huma pprovduti individwalment lill-membri tiegħu, iżda għandhom jitqiesu li huma pprovduti lill-grupp VAT kollu kemm hu (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140917">17 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Skandia America (USA</NAME.CASE>), filial Sverige, <NO.CASE>C‑7/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2225">EU:C:2014:2225</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li tali servizzi jitqiesu li ġew ipprovduti favur il-grupp VAT ikkonċernat, kollu kemm hu, u għalhekk ukoll favur l-entità rappreżentattiva tal-grupp VAT. Għalhekk, fl-ipoteżi fejn din l-aħħar entità ma tkunx ukoll membru tal-grupp awtonomu ta’ persuni, l-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 tibbenefika lil persuni li ma humiex membri tal-grupp awtonomu ta’ persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Issa, din id-dispożizzjoni ssemmi espressament biss il-provvisti ta’ servizzi li gruppi indipendenti ta’ persuni jagħtu lill-membri tagħhom. Dan ma huwiex il-każ tal-provvista ta’ servizzi li grupp awtonomu ta’ persuni jipprovdi lil grupp VAT li l-membri tiegħu ma humiex kollha membri ta’ dan il-grupp awtonomu ta’ persuni. Fid-dawl tal-formulazzjoni preċiża tal-kundizzjonijiet ta’ eżenzjoni, kull interpretazzjoni li twessa’ l-portata tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 hija inkompatibbli mal-għan ta’ din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19890615">15 ta’ Ġunju 1989</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Uitvoering Financiële Acties</NAME.CASE>, <NO.CASE>348/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1989:246">EU:C:1989:246</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li din il-konklużjoni ma tistax, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 36 u 49 ta’ din is-sentenza, tiġi kkontestata permezz ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jipprevedu li l-membru rappreżentattiv tal-grupp VAT għandu l-karatteristiċi u l-istatus tal-membri tal-grupp awtonomu ta’ persuni kkonċernat għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112. Fil-fatt, peress li din l-eżenzjoni tikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni, l-applikazzjoni tagħha hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-membri kollha tal-grupp tal-VAT ikunu effettivament membri tal-imsemmi grupp awtonomu ta’ persuni. Fin-nuqqas li tiġi ssodisfatta din il-kundizzjoni, l-imsemmija dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali ma jistgħux iwasslu għall-applikazzjoni tal-imsemmija eżenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Konsegwentement, sa fejn mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-grupp awtonomu ta’ persuni inkwistjoni fil-kawża prinċipali pprovda servizzi bi ħlas lil grupp VAT li wieħed mill-membri tiegħu ma kienx membru ta’ dan il-grupp awtonomu ta’ persuni, dan l-aħħar grupp ma jistax jibbenefika mill-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 u l-provvista ta’ tali servizzi tikkostitwixxi tranżazzjoni taxxabbli, skont l-Artikolu 2(1)(ċ) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex ikkontestata permezz tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191120">20 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Infohos</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑400/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:992">EU:C:2019:992</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, essenzjalment, fil-punti 42 sa 44 tagħha, li l-eżenzjoni mill-VAT prevista fl-Artikolu 13A(f) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), li tikkorrispondi għall-Artikolu 131 u għall-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112, ma hijiex suġġetta għall-kundizzjoni li l-provvista ta’ servizzi kkonċernati tkun offruta esklużivament lill-membri tal-grupp awtonomu ta’ persuni kkonċernati. Dan jimplika, minn naħa, li huma eżentati, skont din id-dispożizzjoni, biss<?PAGE NO="13"?> il-provvisti ta’ servizzi pprovduti lill-membri ta’ dan il-grupp awtonomu ta’ persuni, sa fejn dawn is-servizzi jibqgħu pprovduti fil-kuntest tal-għanijiet li għalihom ġie stabbilit tali grupp u għalhekk huma offruti konformement mal-għan tiegħu. Min-naħa l-oħra, il-provvisti ta’ servizzi pprovduti lil persuni li ma humiex membri tal-imsemmi grupp awtonomu ta’ persuni ma jistgħux jibbenefikaw minn din l-eżenzjoni, peress li tali provvisti ta’ servizzi ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija eżenzjoni u jibqgħu suġġetti għall-VAT, konformement mal-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-kawża li tat lok għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20191120">20 ta’ Novembru 2019</DATE>, <NAME.CASE>Infohos</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑400/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:992">EU:C:2019:992</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-provvisti ta’ servizzi inkwistjoni kienu pprovduti, minn naħa, lill-membri tal-grupp awtonomu ta’ persuni kkonċernat u, min-naħa l-oħra, lil persuni li la kienu membri tiegħu, u lanqas ma kienu jifformaw, mal-membri ta’ dan il-grupp awtonomu ta’ persuni, grupp VAT, fis-sens tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/112. F’dik il-kawża, ma kien hemm ebda riskju li l-portata tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 13A(1)(f) tas-Sitt Direttiva 77/388 tiġi estiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Issa, fil-kawża preżenti, peress li l-provvisti ta’ servizzi mwettqa minn grupp indipendenti ta’ persuni favur membru ta’ tali grupp VAT għandhom jitqiesu, għall-finijiet tal-VAT, bħala li twettqu favur mhux dan il-membru, iżda favur il-grupp VAT li huwa jifforma parti minnu, il-portata tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 tirriskja li tiġi estiża sakemm il-membri kollha ta’ dan il-grupp VAT ma jkunux ukoll membri tal-grupp awtonomu ta’ persuni kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tielet u għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għall-provvisti ta’ servizzi pprovduti minn grupp awtonomu ta’ persuni lil grupp tal-VAT, fis-sens tal-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva, peress li l-membri kollha ta’ dan l-aħħar grupp ma humiex membri tal-imsemmi grupp awtonomu ta’ persuni. L-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jipprevedu li l-membru rappreżentattiv ta’ tali grupp VAT għandu l-karatteristiċi u l-istatus tal-membri tal-grupp awtonomu ta’ persuni kkonċernat, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista favur gruppi indipendenti ta’ persuni, ma għandha l-ebda effett f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta li ngħatat għat-tielet u għar-raba’ domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel u għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni<?PAGE NO="14"?> prevista f’din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għall-provvisti ta’ servizzi pprovduti minn grupp awtonomu ta’ persuni lil grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħda, fis-sens tal-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva, peress li l-membri kollha ta’ dan l-aħħar grupp ma humiex membri tal-imsemmi grupp awtonomu ta’ persuni. L-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jipprevedu li l-membru rappreżentattiv ta’ tali grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħda għandu l-karatteristiċi u l-istatus tal-membri tal-grupp awtonomu ta’ persuni kkonċernat, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista favur gruppi indipendenti ta’ persuni, ma għandha l-ebda effett f’dan ir-rigward.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>