31987R3998



Official Journal L 377 , 31/12/1987 P. 0040 - 0040
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0216
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 25 P. 0216


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3998/87

tat-23 ta' Diċembru 1987

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1696/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-hops

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali[1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3985/87[2], u partikolarment Artikolu 15 tieghu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 jistabbilixxi, b'effett mill-1 ta' Jannar 1988, nomenklatura magħquda ta' ħwejjeġ imsejsa fuq is-Sistema Armonizzata li trid tilħaq il-ħtiġijiet kemm tat-Tariffa Komuni Doganali u kemm in-nomenklatura tal-ħwejjeġ għall-istatistika tal-kummerċ barrani tal-Komunità;

Billi, għaldaqstant, huwa meħtieġ illi d-deskrizzjonijiet ta' l-oġġetti u n-numri ta' l-intestaturi tat-tariffa li jidhru fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1696/71[3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3800/85[4], jiġu espressi skond it-termini tan-nomenklatura magħquda; billi dawn l-adattamenti ma jeħtieġu l-ebda emenda ta' sustanza,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafi (1) u (2) ta' Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 jibidlu b'dan li ġej:

1. Għandha titwaqqaf organizzazzjoni komuni tas-suq fil-hops, li tkopri l-prodotti li ġejjin:

Kodiċi NM Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

1210 Koni tal-hop, friski jew imnixxfa, sewwa jekk mitħuna u sewwa jekk le, jew fil-forma ta' pellets; lupulin

2. Ir-regoli li jirrigwardaw il-marketing u l-kummerċ ma' pajjiżi terzi għandhom japplikaw ukoll għall-prodotti li ġejjin:

Kodiċi NM Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

1302 13 00 Ħlieleb veġetali u estratti tal-hops

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1988.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans ANDRIESSEN

Viċi-President

CORRIGENDUM GĦAL:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3998/87

tat-23 ta' Diċembru 1987

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1696/71 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-hops

(Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej Nru L 377 tal-31 ta'Diċembru 1987)

Fil-paġna 40, fl-ewwel reċitazzjoni:

1.2 minflok:

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunitajiet Ewropej',

aqra:

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea'.

Proofread by Stephen Zammit

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1.

[2] ĠU L 376, tal-31.12.1987, p. 1

[3] ĠU L 175, ta' l-4.8.1971, p. 1.

[4] ĠU L 367, tal-31.12.1985, p. 32.