|
9.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1490
tal-1 ta’ Marzu 2022
dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur, tal-frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi magħsur distillat, taż-żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili), u taż-żejt essenzjali tal-ixkomp distillat bħala addittivi tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Iż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur, il-frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi magħsur distillat, iż-żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili), u ż-żejt essenzjali tal-ixkomp distillat ġew awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dawn l-addittivi mbagħad ġew reġistrati fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid taż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur, tal-frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi magħsur distillat, taż-żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili), u taż-żejt essenzjali tal-ixkomp distillat għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. |
|
(4) |
L-applikant talab li ż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur, il-frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi magħsur distillat, iż-żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili), u ż-żejt essenzjali tal-ixkomp distillat jiġu awtorizzati wkoll għall-użu fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni tal-“komposti li jagħtu t-togħma” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu taż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur, tal-frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi magħsur distillat, taż-żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili), u taż-żejt essenzjali tal-ixkomp distillat fl-ilma tax-xorb ma jkunx permess. |
|
(5) |
L-applikant talab biex l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti tat-togħma”. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Fl-opinjoni tagħha tat-18 ta’ Marzu 2021 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet proposti tal-użu taż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur, tal-frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi magħsur distillat, taż-żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili), u taż-żejt essenzjali tal-ixkomp distillat ma għandhomx effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-konsumatur, jew l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li l-annimali domestiċi (annimali tal-kumpanija u ħut ornamentali) normalment ma jkunux esposti għaż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur, għall-frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi magħsur distillat, u għaż-żejt essenzjali tal-ixkomp distillat, għalhekk, ma tista’ ssir l-ebda konklużjoni għal dawk l-ispeċijiet. Konsegwentement, dawk l-addittivi ma jistgħux jiġu awtorizzati għal dawk l-ispeċijiet. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur, il-frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi magħsur distillat, iż-żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili), u ż-żejt essenzjali tal-ixkomp distillat jenħtieġ li jitqiesu bħala sensitizzaturi tal-ġilda u bħala irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn u għas-sistema respiratorja, kif ukoll li ż-żejt tal-lumi magħsur u l-frazzjoni residwa tiegħu fihom il-furokumarini li jistgħu jikkawżaw il-fototossiċità. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
L-Awtorità kkonkludiet li ż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur, il-frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi magħsur distillat, iż-żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili), u ż-żejt essenzjali tal-ixkomp distillat huma rikonoxxuti li jagħtu togħma lill-ikel u l-funzjoni tagħhom fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, u għalhekk, ma titqies meħtieġa l-ebda dimostrazzjoni ulterjuri tal-effikaċja. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(8) |
Il-valutazzjoni taż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur, tal-frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi magħsur distillat, taż-żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili), u taż-żejt essenzjali tal-ixkomp distillat turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dawn is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Il-fatt li ż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur, il-frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi magħsur distillat, iż-żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili), u ż-żejt essenzjali tal-ixkomp distillat mhumiex awtorizzati għall-użu bħala aromatizzanti fl-ilma tax-xorb, ma jipprekludix l-użu tagħhom f’għalf kompost li jingħata permezz tal-ilma. |
|
(10) |
Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanza kkonċernata mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti tat-togħma”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel id-29 ta’ Marzu 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel id-29 ta’ Settembru 2022 jistgħu jibqgħu jiġu mqegħdin fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-29 ta’ Settembru 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel id-29 ta’ Settembru 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel id-29 ta’ Settembru 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel id-29 ta’ Settembru 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2021;19(4):6548.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
|||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ addittiv/kg tal-għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti tat-togħma. |
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b139-eo |
— |
Iż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali tal-lumi magħsur mill-qoxra tal-frott ta’ Citrus limon (L.) Osbeck Forma likwida |
Tiġieġ tas-simna |
— |
— |
35 |
|
id-29 ta’ Settembru 2032 |
|||||||||||||||||||||||
|
Dundjani tas-simna Salmonidi |
40 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali tal-lumi magħsur miksub bl-għasir kiesaħ mill-qoxra tal-frott ta’ Citrus limon (L.) Osbeck kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1)
|
Tiġieġ tal-bajd |
52 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ħnieżer tas-simna |
74 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Qżieqeż |
62 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ħnieżer nisa |
92 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Għoġġiela (sostituti tal-ħalib) Bhejjem tal-ifrat għas-simna Baqar tal-ħalib |
90 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-markatur fitokimiku d-limonen fl-addittiv tal-għalf jew f’taħlita ta’ komposti tat-togħma:
|
Żwiemel |
137 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Nagħaġ/mogħoż Fniek |
30 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b139- rf |
— |
Frazzjoni residwa taż-żejt tal-lumi magħsur distillat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Frazzjoni residwa ta-żejt tal-lumi magħsur distillat mill-qoxra tal-frott ta’ Citrus limon (L.) Osbeck Forma likwida |
Tiġieġ tas-simna |
— |
— |
11 |
|
id-29 ta’ Settembru 2032 |
|||||||||||||||||||||||
|
Tiġieġ tal-bajd Dundjani tas-simna Fniek Salmonidi |
12 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Frazzjoni residwa ta-żejt tal-lumi magħsur distillat miksub bid-distillazzjoni ta-żejt essenzjali tal-lumi magħsur mill-qoxra tal-frott ta’ Citrus limon (L.) Osbeck L-ispeċifikazzjonijiet tas-sustanza attiva huma:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ruminanti |
20 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Qżieqeż |
20 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ħnieżer tas-simna |
24 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ħnieżer nisa |
30 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żwiemel |
35 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-markatur fitokimikud-limonen fl-addittiv tal-għalf jew f’taħlita ta’ komposti tat-togħma:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b139-di |
— |
Żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili) miksub miż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur, mill-qoxra tal-frott ta’ Citrus limon (L.) Osbeck Forma likwida |
Tiġieġ tas-simna |
— |
— |
36 |
|
id-29 ta’ Settembru 2032 |
|||||||||||||||||||||||
|
Tiġieġ tal-bajd |
53 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Fniek |
56 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Dundjani tas-simna |
48 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali tal-lumi distillat (frazzjoni volatili) miksub miż-żejt essenzjali tal-lumi magħsur, mill-qoxra tal-frott ta’ Citrus limon (L.) Osbeck kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1) L-ispeċifikazzjonijiet tas-sustanza attiva huma:
|
Qżieqeż |
64 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ħnieżer tas-simna |
76 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ħnieżer nisa |
94 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Għoġġiela (sostituti tal-ħalib) Bhejjem tal-ifrat għas-simna Nagħaġ/mogħoż |
95 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Żwiemel |
141 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-markatur fitokimikud-limonen fl-addittiv tal-għalf jew f’taħlita ta’ komposti tat-togħma:
|
Baqar tal-ħalib |
91 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Salmonidi Ħut ornamentali Klieb |
60 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Qtates |
30 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b141-eo |
— |
Żejt essenzjali ddistillat tal-ixkomp |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali ddistillat tal-ixkomp miksub minn frott mhux imqaxxar tal-ispeċi tal-pjanti Citrus aurantiifolia (Christm.) Swingle Forma likwida |
Tiġieġ tas-simna |
— |
— |
8,5 |
|
id-29 ta’ Settembru 2032 |
|||||||||||||||||||||||
|
Tiġieġ tal-bajd |
12,5 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Dundjani tas-simna |
11 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Qżieqeż |
15 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali ddistillat tal-ixkomp miksub mid-distillazzjoni bil-fwar minn frott mhux imqaxxar tal-ispeċi tal-pjanti Citrus aurantiifolia (Christm.) Swingle kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1) L-ispeċifikazzjonijiet tas-sustanza attiva huma:
|
Ħnieżer tas-simna |
18 |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ħnieżer li jreddgħu |
22 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Bhejjem tal-ifrat għas-simna |
33,5 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Għoġġiela (sostituti tal-ħalib) |
35,5 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Baqar tal-ħalib |
21,5 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Nagħaġ/mogħoż Żwiemel |
33,5 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Fniek |
13,5 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Salmonidi Ħut ornamentali |
30 |
|||||||||||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-markatur fitokimiku d-limonen fl-addittiv tal-għalf jew f’taħlita ta’ komposti tat-togħma:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Natural sources of flavourings — Report No 2 (2007).
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports