2011R0204 — MT — 24.03.2011 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 204/2010 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 058, 3.3.2011, p.1) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 233/2011 tal-10 ta’ Marzu 2011 |
L 64 |
13 |
11.3.2011 |
|
|
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 272/2011 tal-21 ta’ Marzu 2011 |
L 76 |
32 |
22.3.2011 |
|
|
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 288/2011 tat-23 ta’ Marzu 2011 |
L 78 |
13 |
24.3.2011 |
|
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 204/2010
tat-2 ta' Marzu 2011
dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja ( 1 ), adottata b’konformità mal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:|
(1) |
B’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1970 (2011) tas-26 ta' Frar 2011, id-Deċiżjoni 2011/137/PESK tipprovdi għal embargo fuq l-armi, projbizzjoni fuq l-esportazzjonijiet ta' tagħmir ta' repressjoni interna, kif ukoll restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni u l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni u entitajiet involuti f'abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż l-involviment f'attakki li jiksru d-dritt internazzjonali, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili. Dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi u entitajiet huma elenkati fl-Annessi għad-Deċiżjoni. |
|
(2) |
Uħud minn dawk il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
|
(3) |
Dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u notevolment id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u d-dritt għall-protezzjoni ta' data personali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat b’konformità ma’ dawk id-drittijiet. |
|
(4) |
Dan ir-Regolament jirrispetta wkoll bis-sħiħ l-obbligi tal-Istati Membri taħt il-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u n-natura legalment vinkolanti tar-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
(5) |
Is-setgħa biex jiġu emendati l-listi fl-Annessi II u III għal dan ir-Regolament għandha tiġi eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali ppreżentata mil-Libja, u sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-proċess għall-emendament u r-reviżjoni tal-Annessi III u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK. |
|
(6) |
Il-proċedura għall-emendament tal-listi fl-Annessi II u III għal dan ir-Regolament għandha tinkludi l-għoti tar-raġunijiet għall-elenkar lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi nominati, sabiex jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet u jinforma lill-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat kif ikun meħtieġ. |
|
(7) |
Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u sabiex tinħoloq ċertezza legali massima fi ħdan l-Unjoni, l-ismijiet u data oħra rilevanti li tikkonċerna persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom jeħtieġ li jiġu ffriżati b’konformità ma’ dan ir-Regolament, iridu jiġu ppubblikati. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali għandu jikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data ( 2 ) u mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data ( 3 ). |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) “fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull tip, li jinkludi iżda li mhumiex limitati għal:
(i) flus, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' pagament;
(ii) depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;
(iii) titoli nnegozjati pubblikament u privatament u strumenti ta' dejn, inklużi ishma u azzjonijiet, ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, nota, garanziji, ċedoli ta’ obbligazzjoni u kuntratti tad-derivati;
(iv) imgħax, dividends jew introjtu ieħor fuq jew valur dovut minn jew iġġenerat minn assi;
(v) kreditu, dritt għal kalkolazzjoni tal-valur nett, garanziji, garanziji fuq xogħol b'kuntratt jew impenji finanzjarji oħra;
(vi) ittri ta' kreditu, poloz ta' kargu, poloz ta' bejgħ;
(vii) dokumenti ta' prova ta' interess f'fondi jew riżorsi finanzjarji;
(b) “iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kwalunkwe moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', jew negozjar ta' fondi fi kwalunkwe mod li jirriżulta fi kwalunkwe bidla fil-volum, l-ammont, il-post, is-sjieda, il-pussess, in-natura, id-destinazzjoni tagħhom jew bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluż l-immaniġġjar ta' portafolli;
(c) “riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kwalunkwe tip, kemm dawk tanġibbli kemm dawk intanġibbli, mobbli u immobbli, li mhumiex fondi iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, oġġetti u servizzi;
(d) “iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu tagħhom biex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, li jinkludi, iżda li mhux limitat għal, il-bejgħ, il-kiri jew l-ipotekar;
(e) “għajnuna teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet, żvilupp, manifattura, immuntar, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista’ tkun f'forma ta' struzzjoni, parir, taħriġ, it-trażmissjoni ta’ għarfien operazzjonali jew ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza, inklużi forom verbali ta’ għajnuna;
(f) “Kumitat tas-Sanzjonijiet” tfisser il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li ġie stabbilit b’konformità mal-paragrafu 24 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“RKSNU”) 1970 (2011);
(g) “territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, b’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.
Artikolu 2
1. Huma pprojbiti:
(a) il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, b'mod dirett jew indirett, ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk joriġina fl-Unjoni kif ukoll jekk le, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Libja, jew għall-użu fil-Libja;
(b) il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punt (a).
2. Huma pprojbiti x-xiri, l-importazzjoni jew it-trasport ta’ tagħmir mil-Libja li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, kemm jekk it-tagħmir joriġina mil-Libja kif ukoll jekk le.
3. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-ħwejjeġ protettivi, inklużi sdieri rinfurzati bil-metall u elmi, esportati b'mod temporanju fil-Libja mill-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal tal-Unjoni Ewropea jew l-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-media u ħaddiema umanitarji u ta' żvilupp u persunal assoċjat għall-użu tagħhom personali biss.
4. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kif elenkati fl-Anness IV jistgħu jawtorizzaw il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, taħt tali kundizzjonijiet li jqisu xierqa, jekk jiddeterminaw li tali tagħmir huwa maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv.
Artikolu 3
1. Huma pprojbiti:
(a) il-provvediment, b'mod dirett jew indirett, ta' għajnuna teknika relatata mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 4 ) (Lista Militari Komuni), jew relatata mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu ta’ oġġetti inklużi f’dik il-lista, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;
(b) il-provvediment, b'mod dirett jew indirett, ta' għajnuna teknika jew servizzi ta’ senserija relatati ma’ tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;
(c) il-provvediment, b'mod dirett jew indirett, ta' finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatat(a) mal-oġġetti u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni jew fl-Anness I, inklużi b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta’ tali oġġetti, jew għal kwalunkwe provvediment ta’ għajnuna teknika relatata lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fil-Libja jew għal użu fil-Libja;
(d) il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom ikun li jaħarbu mill-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (c).
2. B'deroga mill-paragrafu 1, il-projbizzjonijiet imsemmija fih ma għandhomx japplikaw għall-provvediment ta' għajnuna teknika, finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati ma' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal finijiet umanitarji jew użu protettiv, jew għal bejgħ jew forniment ieħor ta' armi u materjal relatat, kif approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
3. B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw il-forniment ta’ għajnuna teknika, finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati mat-tagħmir li jista’ jintuża għal repressjoni interna, taħt tali kondizzjonijiet li jqisu xierqa, jekk jiddeterminaw li tali tagħmir huwa maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv.
Artikolu 4
Sabiex jiġi evitat it-trasferiment ta' oġġetti u teknoloġija li huma koperti mil-Lista Militari Komuni jew il-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment, l-esportazzjoni jew l-importazzjoni tagħhom li huwa pprojbit b'dan ir-Regolament, għall-oġġetti kollha li jiddaħħlu jew joħorġu mit-territorju doganali tal-Unjoni mil-Libja jew lejha, flimkien mar-regoli li jirregolaw l-obbligu li jiġi pprovdut tagħrif ta' qabel il-wasla u ta' qabel it-tluq kif iddeterminati fid-dispożizzjonijiet rilevanti rigward id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u tal-ħruġ kif ukoll id-dikjarazzjonijiet doganali fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità ( 5 ) u fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tiegħu ( 6 ), il-persuna li tipprovdi dak it-tagħrif għandha tiddikjara jekk l-oġġetti humiex koperti mil-Lista Militari Komuni jew minn dan ir-Regolament u, fejn l-esportazzjoni tagħhom tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni, tispeċifika l-partikolaritajiet tal-liċenzja ta' esportazzjoni mogħtija. Dawn l-elementi addizzjonali għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jew bil-miktub jew bl-użu ta' dikjarazzjoni doganali skont il-każ.
Artikolu 5
1. Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, li huma l-proprjetà ta’, li huma miżmuma jew ikkontrollati mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi elenkati fl-Annessi II u III għandhom jiġu ffriżati.
2. L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma għandhom isiru disponibbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Annessi II u III.
3. Il-parteċipazzjoni, b'mod konxju u intenzjonat, f’attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom tkun, b’mod dirett jew indirett, l-evażjoni mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 hija pprojbita.
Artikolu 6
1. L-Anness II għandu jinkludi l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi nnominati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b’konformità mal-paragrafu 22 tal-RKSNU 1970 (2011).
2. Anness III għandu jikkonsisti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi mhux koperti mill-Anness II li, f'konformità mal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK ġew identifikati mill-Kunsill bħala persuni u entitajiet involuti jew kompliċi fil-kmand, il-kontroll, jew inkella d-direzzjoni, il-kummissjoni ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż billi huma involuti fi jew kompliċi fl-ippjanar, il-kmand, l-ordni jew it-tmexxija ta' attakki, bi ksur tad-dritt internazzjonali, inkluż il-bombardamenti mill-ajru, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili, jew individwi jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom.
3. L-Annessi II u III għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar ta' persuni, entitajiet u korpi elenkati, kif previst mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-Anness II.
4. L-Annessi II u III għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati, kif previst mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-Anness II. Fir-rigward tal-persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet inkluż il-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness II għandu jinkludi wkoll id-data tan-nomina mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.
Artikolu 7
1. B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif identifikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, taħt il-kundizzjonijiet li jqisu bħala xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi jkunu:
(a) meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta’ persuni elenkati fl-Anness II jew III, u l-membri tal-familja dipendenti tagħhom, inklużi pagamenti għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, poloz tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta’ servizzi pubbliċi;
(b) maħsuba esklussivament għall-pagament ta' imposti professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li huma assoċjati mal-provvediment ta' servizzi legali;
(c) maħsuba esklussivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati;
1. bil-kundizzjoni li, fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II, l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet b'dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni, u l-Kumitat tas-Sanzjonijiet ma jkunx oġġezzjona għal dak il-perkors ta’ azzjoni fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol min-notifika.
2. B’deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikati fuq il-websajts elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew id-disponibbiltà ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ffriżati jkunu meħtieġa għal spejjeż straordinarji sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat dwar dik id-determinazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat u li d-determinazzjoni tkun ġiet approvata minn dak il-Kumitat; u
(b) fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness III, l-awtorità kompetenti nnotifikat ir-raġunijiet għala tikkunsidra li awtorizzazzjoni speċifika għandha tingħata lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni tal-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.
Artikolu 8
B'deroga mill-Artikolu 5, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni huma s-suġġett ta' garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp imsemmi(ja) fl-Artikolu 5 jkun/tkun ġie/ġiet inkluż(a) fl-Anness II jew III, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali mogħtija qabel dik id-data;
(b) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi inkwistjoni se jintużaw esklussivament sabiex jissodisfaw it-talbiet assigurati b'tali garanzija jew rikonoxxuti bħala validi f'tali sentenza, fi żmien il-limiti stabbiliti bil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet tal-persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;
(c) il-garanzija jew is-sentenza ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna, entità jew korp elenkat(a) fl-Anness II jew III;
(d) ir-rikonoxximent li l-garanzija jew is-sentenza ma tmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat;
(e) fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru dwar il-garanzija jew is-sentenza, u
(f) fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness III, l-Istat Membru rilevanti għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija.
Artikolu 9
1. L-Artikolu 5(2) ma għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':
(a) imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew
(b) pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li okkorrew qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmi(ja) fl-Artikolu 5 jkun/tkun ġie/ġiet innominat(a) mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kunsill,
1. bil-kundizzjoni li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u pagamenti oħra jkunu ffriżati b’konformità mal-Artikolu 5(1).
2. L-Artikolu 5(2) ma għandux jipprevjeni lill-istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu fl-Unjoni milli jikkreditaw kontijiet iffriżati fejn jirċievu fondi ttrasferiti fil-kont ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat(a), bil-kundizzjoni li kwalunkwe żieda għal tali kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu għandha tgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti dwar kwalunkwe tali tranżazzjoni mingħajr dewmien.
Artikolu 10
B'deroga mill-Artikolu 5, u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna, entità jew korp elenkat(a) fl-Anness II jew III jkun dovut taħt kuntratt jew ftehim li ġie konkluż minn, jew obbligu li okkorra għall-persuna, l-entità jew il-korp ikkonċernat(a), qabel id-data li fiha dik il-persuna, l-entità jew il-korp kien/kienet innominat/innominata, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, kif indikat fuq il-websajts elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw, taħt il-kundizzjonijiet li huma jqisu xierqa, ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) l-awtorità kompetenti kkonċernata ddeterminat li:
(i) il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi għandhom jintużaw għal pagament minn persuna, entità jew korp elenkat(a) fl-Anness II jew III;
(ii) il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 5(2);
(b) fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkati fl-Anness II, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet ikun ġie nnotifikat mill-Istat Membru dwar l-intenzjoni li jagħti awtorizzazzjoni għaxart ijiem qabel;
(c) fejn l-awtorizzazzjoni tikkonċerna persuna, entità jew korp elenkat fl-Anness III, l-Istat Membru kkonċernat għandu, mill-anqas ġimgħatejn qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni, jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b'dik id-determinazzjoni u bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.
Artikolu 11
1. L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq bona fede abbażi li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandux joħloq responsabbiltà ta' kwalunkwe tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkun/tkun qed jimplimentah/timplimentah, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza.
2. Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(2) ma għandhiex tagħti lok għal responsabbiltà ta' kwalunkwe tip min-naħa tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi li għamlu disponibbli fondi jew riżorsi ekonomiċi, jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu ser jiksru l-projbizzjoni inkwistjoni.
Artikolu 12
L-ebda pretensjoni, inklużi dawk għal kumpens, jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni ta' tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, f'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kienet affettwata, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi b’konformità mal-UNSCR 1970 (2011), inklużi miżuri tal-Unjoni jew ta’ kwalunkwe Stat Membru f'konformità, kif rekwiżit mill-implimentazzjoni jew b'konnessjoni mal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà jew miżuri koperti b'dan ir-Regolament, ma għandhom jiġu sodisfatti favur il-Gvern tal-Libja, jew favur kwalunkwe persuna jew entità li tressaqhom permezz tiegħu jew għall-benefiċċju tiegħu.
Artikolu 13
1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi għandhom:
(a) jipprovdu minnufih kwalunkwe tagħrif li jista’ jiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal kontijiet u ammonti ffriżati b’konformità mal-Artikolu 4, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, kif indikat fuq il-websajts elenkati fl-Anness IV, u għandhom jittrażmettu dan it-tagħrif, b’mod dirett jew permezz tal-Istati Membri, lill-Kummissjoni; u
(b) jikkooperaw ma' dik l-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta' dan it-tagħrif.
2. Kwalunkwe tagħrif li jingħata jew li jiġi riċevut b’konformità ma’ dan l-Artikolu għandu jintuża biss għall-finijiet li għalihom ikun ġie pprovdut jew riċevut.
Artikolu 14
L-Istati Membri ul-Kummissjoni għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih dwar il-miżuri meħuda b’konformità ma’ dan ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe tagħrif ieħor rilevanti, b'rabta ma' dan ir-Regolament, li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, b'mod partikolari tagħrif dwar problemi ta' ksur u ta' infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.
Artikolu 15
Il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li temenda l-Anness IV abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri.
Artikolu 16
1. Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fl-Anness II.
2. Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissuġġetta persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 5(1), huwa għandu jemenda l-Anness III kif meħtieġ.
3. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.
4. Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jeżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp ikkonċernat kif meħtieġ.
5. F'każ li n-Nazzjonjiet Uniti jiddeċiedu li jneħħu persuna fiżika jew ġuridika, entità, jew korp, mil-lista jew li temenda d-data ta' indentifikazzjoni ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat, il-Kunsill għandu jemenda l-Anness II kif meħtieġ.
6. Il-lista fl-Anness III għandha tiġi eżaminata mill-ġdid f’intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.
Artikolu 17
1. L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet ipprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti.
Artikolu 18
F'dan ir-Regolament, fejn ikun hemm rekwiżit li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata, infurmata jew li jsir xi tip ieħor ta' komunikazzjoni magħha, l-indirizz u d-dettalji l-oħra ta' kuntatt li għandhom jintużaw għal tali komunikazzjoni għandhom ikunu dawk indikati fl-Anness IV.
Artikolu 19
Dan ir-Regolament għandu japplika:
(a) fi ħdan it-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;
(b) abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment taħt il-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;
(c) għal kwalunkwe persuna fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru;
(d) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru;
(e) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta' kwalunkwe negozju mwettaq, b'mod sħiħ jew parzjali, fi ħdan l-Unjoni.
Artikolu 20
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Lista ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna kif imsemmi fl-Artikoli 2, 3 u 4
1. Armi tan-nar, munizzjon u aċċessorji relatati magħhom, kif ġej:
1.1 Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea ( 7 ) (il-Lista Militari Komuni);
1.2 Munizzjon iddisinjat speċifikament għall-armi tan-nar elenkati fil-punt 1.1 u komponenti ddisinjati apposta għalihom;
1.3 Miri tal-armi mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.
2. Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.
3. Vetturi kif ġej:
3.1 Vetturi mgħammra b'kanun tal-ilma, speċifikament iddisinjati jew immodifikati għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet;
3.2 Vetturi ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ikunu elettrifikati biex jimbuttaw lill-attakkanti;
3.3 Vetturi ddisinjati jew immodifikati speċifikament biex ineħħu barrikati, inkluż tagħmir ta' kostruzzjoni bi protezzjoni ballistika;
3.4 Vetturi ddisinjati speċifikament għat-trasport jew it-trasferiment ta' priġunieri u/jew detenuti;
3.5 Vetturi ddisinjati speċifikament għall-iskjerament tal-barrikati mobbli;
3.6 Komponenti għall-vetturi speċifikati fil-punti 3.1 sa 3.5 ddisinjati speċifikament għall-finijiet ta' kontroll tal-irvellijiet.
Nota 1 Dan l-oġġett ma jikkontrollax il-vetturi speċifikament iddisinjati għall-finijiet ta' tifi tan-nar.
Nota 2 Għall-finijiet tal-oġġett 3.5 t-terminu “vetturi” jinkludi l-karrijiet.
4. Sustanzi splussivi u tagħmir relatat kif ġej:
4.1 Tagħmir u apparat iddisinjat speċifikament biex iqabbad splużjonijiet b'mezzi elettriċi jew mhux elettriċi, inklużi settijiet tat-tqabbid, detonaturi, apparati li jqabbdu, busters u fil detonatur, u komponenti ddisinjati speċifikament għalihom; minbarra dawk iddisinjati speċifikament għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operar b'mezzi splussivi ta' tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom mhijiex il-ħolqien ta' splużjonijiet (pereżempju, neffieħa tal-airbags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f'daqqa tal-elettriku ta' attwaturi ta' bexxiexa għat-tifi tan-nar);
4.2 Kargi splussivi ta' qtugħ lineari mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni;
4.3 Splussivi oħra mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni u sustanzi relatati kif ġej:
a. amatol;
b. nitroċelluloża (li fiha aktar minn 12,5 % nitroġenu);
c. nitroglikol;
d. tetranitrat tal-pentaeritritol (PETN);
e. klorur tal-pikril;
f. 2,4,6-trinitrotoluwen (TNT).
5. Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat mill-ML 13 tal-Lista Militari Komuni kif ġej:
5.1 Korazzi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew kontra ferimenti b'arma bil-ponta jew sikkina;
5.2 Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew mill-frammenti, elmi għal kontra l-irvellijiet, tarki għal kontra l-irvellijiet u tarki ballistiċi.
Nota: Dan il-punt ma jikkontrollax:
— tagħmir iddisinjat speċifikament għal attivitajiet sportivi;
— tagħmir iddisinjat speċifikament sabiex jissodisfa rekwiżiti ta' sikurezza okkupazzjonali.
6. Simulaturi, minbarra dawk ikkontrollati mill-ML 14 tal-Lista Militari Komuni, għal taħriġ fl-użu ta' armi tan-nar, u softwer imfassal speċifikament għalihom.
7. Tagħmir ta' viżjoni fid-dlam, termografiku u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni.
8. Fildiferru mxewwek (barbed wire) li jaqta'.
9. Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b'xafra itwal minn 10 cm.
10. Tagħmir ta' produzzjoni ddisinjat speċifikament għall-oġġetti speċifikati f'din il-lista.
11. Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-oġġetti speċifikati f'din il-lista.
ANNESS II
Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(1)
1. QADHAFI, Aisha Muammar
Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.
Bint Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.
2. QADHAFI, Hannibal Muammar
Numru tal-passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20.9.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.
Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.
3. QADHAFI, Khamis Muammar
Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.
Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.
4. QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar
Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.
Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbiltà li ordna r-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.
5. QADHAFI, Mutassim
Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.
Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.
6. QADHAFI, Saif al-Islam
Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Numru tal-passaport: B014995. Data tat-twelid: 25.6.1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jħeġġu l-vjolenza kontra d-dimostranti.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.
7. DORDA, Abu Zayd Umar
Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-Intelligence Esterna.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)
8. JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis
Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja.
Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)
9. MATUQ, Matuq Mohammed
Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms.
Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f’soppressjoni tad-dissens u l-vjolenza.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)
10. QADHAFI, Mohammed Muammar
Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.
Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)
11. QADHAFI, Saadi
Numru tal-passaport: 014797. Data tat-twelid: 25/05/1973. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.
Kmandat tal-Forzi Speċjali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)
12. QADHAFI, Saif al-Arab
Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.
Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)
13. AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah
Data tat-twelid: 1949. Post tat-twelid: is-Sudan.
Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta’ involviment fil-massakru tal-ħabs ta’ Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta’ titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011)
Entitajiet
1. Bank Ċentrali tal-Libja
Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011)
2. Awtorità tal-Investiment Libjan
Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu.
magħruf ukoll bħala: Libyan Arab Foreign Investment Company (LAFICO) 1 Fateh Tower Office No. 99, 22nd Floor, Borgaida Street, Tripli, 1103 il-Libja
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011)
3. Bank Barrani Libjan
Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu.
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoi tal-UE: 10.3.2011)
4. Portafoll ta’ Investiment Libja Afrika
Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu.
Jamahiriya Street, LAP Building, PO Box 91330, Tripli, il-Libja
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011)
5. Korporazzjoni taż-Żejt Nazzjonali Libjana
Taħt il-kontroll ta’ Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta’ finanzjament għar-reġim tiegħu.
Bashir Saadwi Street, Tripli, Tarabulus, il-Libja
Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011
ANNESS III
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni fil-lista |
|
|
1. |
ABDULHAFIZ, Kurunell Mas'ud |
Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati |
it-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl- Intelligence Militari. |
28.2.2011 |
|
2. |
ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed |
Pożizzjoni: Kap ta' Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna Data tat-twelid: 1952 Post tat-twelid: Tripli, il-Libja |
Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju. Sieħeb qrib ta' Muammar GADDAFI. |
28.2.2011 |
|
3. |
ABU SHAARIYA |
Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna |
Membru prominenti tar-reġim. Ħaten Muammar GADDAFI. |
28.2.2011 |
|
4. |
ASHKAL, Al-Barrani |
Pożizzjoni: Viċi Direttur, Intelligence Militari |
Membru anzjan tar-reġim. |
28.2.2011 |
|
5. |
ASHKAL, Omar |
Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji Post tat-twelid: Sirte, il-Libja |
Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
28.2.2011 |
|
6. |
AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed |
Pożizzjoni: Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji B010574 Data tat-twelid: 01.07.1950 |
Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
28.2.2011 |
|
7. |
DIBRI, Abdulqader Yusef |
Pożizzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar GADDAFI. Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Houn, il-Libja |
Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Storja ta' vjolenza kontra dissidenti. |
28.2.2011 |
|
8. |
QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed |
Data tat-twelid: 1952 Post tat-twelid: L-Eġittu |
Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Huwa mifhum li ilu mill-1995 jikkmanda battaljun elitista tal-armata responsabbli għas-sigurtà personali ta' Gaddafi u li għandu rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. Huwa kien involut fl-ippjanar ta' operazzjonijiet kontra dissidenti Libjani barra mill-pajjiż u kien direttament involut f'attivitajiet terroristiċi. |
28.2.2011 |
|
9. |
QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed |
Data tat-twelid: 1948 Post tat-twelid: Sirte, il-Libja |
Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Fit-tmeninijiet, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament Huwa mifhum ukoll li kien involut fl-akkwist ta' armi. |
28.2.2011 |
|
10. |
AL-BARASSI, Safia Farkash |
Data tat-twelid: 1952 Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja |
Mart Muammar GADDAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
|
11. |
SALEH, Bachir |
Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Traghen |
Kap tal-Kabinett tal-Mexxej. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
|
12. |
TOHAMI, Ġeneral, Khaled |
Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Genzur |
Direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
|
13. |
FARKASH, Mohammed Boucharaya |
Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949 Post tat-twelid: Al-Bayda |
Direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
|
14. |
ZARTI, Mustafa |
imwieled fid-29 ta' Marzu 1970, ċittadin Awstrijakk (nru tal-passaport P1362998, validu mis-6 ta' Novembru 2006 sal-5 ta' Novembru 2016) |
Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim u viċi kap eżekuttiv tal-“Libyan Investment Authority”, membru tal-bord tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt u viċi president tal-First Energy Bank f'Bahrain. |
10.3.2011 |
|
15. |
EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou |
Segretarju Ġenerali tal-Kungress ġenerali tal-poplu; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|
|
16. |
AL-MAHMOUDI, Baghdadi |
Prim Ministru tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|
|
17. |
HIJAZI, Mohamad Mahmoud |
Ministru tas-Saħħa u l-Ambjent tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|
|
18. |
ZLITNI, Abdelhaziz |
Data tat-twelid: 1935 |
Ministru tal-Ippjanar u l-Finanzi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|
19. |
HOUEJ, Mohamad Ali |
Data tat-twelid: 1949 Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli) |
Ministru tal-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|
20. |
AL-GAOUD, Abdelmajid |
Ministru tal-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Annimali u dawk Marittimi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi. |
21.3.2011 |
|
|
21. |
AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug |
Ministru tal-Affarijiet Soċjali tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|
|
22. |
FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad |
Ministru tal-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|
|
23. |
ZIDANE, Mohamad Ali |
Ministru tat-Trasport tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|
|
24. |
KOUSSA, Moussa Mohamad |
Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|
|
25. |
MANSOUR, Abdallah |
Kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Gaddafi, rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u ex-direttur tar-Radju-Televiżjoni; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
|
1. |
Libyan Housing and Infrastructure Board (HIB) |
Tajora, Tripli, Libja Numru ta' leġislazzjoni: 60/2006 mil-Libyan General People's Committee Telefon: +218 21 369 1840 Fax: +218 21 369 6447 http://www.hib.org.ly |
Taħt il-kontroll ta' Mouammar Gaddafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
10.3.2011 |
|
2. |
Fonds de développement économique et social (FDES) |
Qaser Bin Ghasher road Salaheddine Cross - BP: 93599 Libya-TripoliTelefon: +218 21 490 8893 –Fax: +218 21 491 8893 –email: info@esdf.ly |
Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih. |
21.3.2011 |
|
3. |
Libyan Arab African Investment Company - LAAICO |
Sit: http://www.laaico.com Soċjetà maħluqa fl-1981 76351 Janzour-Libya. 81370 Tripoli-LibyaTel:Fax: 00 218 (21) 4893800 - 4891867email: info@laaico.com |
Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih. |
21.3.2011 |
|
4. |
Fondation Qadhafi pour les associations caritatives et le développement |
Dettalji tal-amministrazzjoni: Hay Alandalus – Jian St. – Tripoli – PoBox: 1101 – LIBYE Telefon: +218 214778301 – Fax: (+218) 214778766; email: info@gicdf.org |
Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih. |
21.3.2011 |
|
5. |
Fondation Waatassimou |
Ibbażata fi Tripli |
Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih. |
21.3.2011 |
|
6. |
Office général de la radio et de la télévision libyenne |
Dettalji: tel: 00 218 21 444 59 26; 00 21 444 59 00; fax: 00 218 21 340 21 07 http://www.ljbc.net; email: info@ljbc.net |
Tixwix pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza bil-parteċipazzjoni f'kampanji ta' misinformazzjoni dwar il-vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|
7. |
Corps des gardes révolutionnaires |
Involuta fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|
|
8. |
National Commercial Bank |
Orouba StreetAlBayda,LibyaTel: +218 21-361-2429Fax: +218 21-446-705www.ncb.ly |
In-National Commercial Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Il-bank ġie stabbilit fl-1970 u hu bbażat f'AlBayda, il-Libja. Għandu lokazzjonijiet fi Tripli u AlBayda, u jopera wkoll fergħat fil-Libja. Huwa 100% proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim. |
21.3.2011 |
|
9. |
Gumhouria Bank |
Gumhouria Bank BuildingOmar Al Mukhtar AvenueGiaddal Omer Al MoukhtarP.O. Box 685TarabulusTripoliLibyaTel: +218 21-333-4035 +218 21-444-2541 +218 21-444-2544 +218 21-333-4031Fax: +218 21-444-2476 +218 21-333-2505email: info@gumhouria-bank.com.lySit elettroniku: www.gumhouria-bank.com.ly |
Il-Gumhouria Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Il-bank inħoloq fl-2008 permezz tal-inkorporazzjoni tal-banek Ummah u Gumhouria. Huwa 100 % proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim. |
21.3.2011 |
|
10. |
Sahara Bank |
Sahara bank BuildingFirst of September StreetP.O. Box 270TarabulusTripoliLibyaTel: +218 21-379-0022Fax: +218 21-333-7922email: info@saharabank.com.lySit elettroniku: www.saharabank.com.ly |
Is-Sahara Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Huwa 81% proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim. |
21.3.2011 |
|
11. |
Azzawia (Azawiya) Raffinar |
P.O. Box 6451TripoliLibyaTel: +218 023 7976 26778http://www.arc.com.ly |
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011 |
|
12. |
Ras Lanuf Oil and Gas Processing Company (RASCO) |
Ras Lanuf Oil and Gas Processing Company BuildingRas Lanuf CityP.O. Box 2323LibyaTel: +218 21-360-5171 +218 21-360-5177 +218 21-360-5182Fax: +218 21-360-5174Email: info@raslanuf.lySit web: www.raslanuf.ly |
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011 |
|
13. |
Brega |
Uffiċċju Prinċipali: Azzawia / Coast roadP.O. Box Azzawia 16649Tel: 2 - 625021 - 023 / 3611222Fax: 3610818Telex: 30460 / 30461 / 30462 |
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011 |
|
14. |
Sirte Oil Company |
Sirte Oil Company BuildingMarsa Al Brega AreaP.O. Box 385TarabulusTripoliLibyaTel: +218 21-361-0376 +218 21-361-0390Fax: +218 21-361-0604 +218 21-360-5118Email: info@soc.com.lySit web: www.soc.com.ly |
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011 |
|
15. |
Waha Oil Company |
Post tal-Uffiċċju:Airport RoadTripoliTarabulusLibyaIndirizz Postali: P.O. Box 395TripoliLibyaTel: +218 21-333-1116Fax: +218 21-333-7169Telex: 21058 |
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011 |
ANNESS IV
Lista ta' awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri msemmija fl-Artikoli 7(1), 8(1), 10 u 13(1) u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea
A. Awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru:
IL-BELĠJU
http://www.diplomatie.be/eusanctions
IL-BULGARIJA
http://www.mfa.government.bg
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce
ID-DANIMARKA
http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/
IL-ĠERMANJA
http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html
L-ESTONJA
http://www.vm.ee/est/kat_622/
L-IRLANDA
http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519
IL-GREĊJA
http://www.mfa.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/Global+Issues/International+Sanctions/
SPANJA
http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx
FRANZA
http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/
L-ITALJA
http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm
ĊIPRU
http://www.mfa.gov.cy/sanctions
IL-LATVJA
http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539
IL-LITWANJA
http://www.urm.lt
IL-LUSSEMBURGU
http://www.mae.lu/sanctions
L-UNGERIJA
http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/
MALTA
http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp
IL-PAJJIŻI L-BAXXI
http://www.minbuza.nl/sancties
L-AWSTRIJA
http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=
IL-POLONJA
http://www.msz.gov.pl
IL-PORTUGALL
http://www.min-nestrangeiros.pt
IR-RUMANIJA
http://www.mae.ro/node/1548
IS-SLOVENJA
http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
IS-SLOVAKKJA
http://www.foreign.gov.sk
IL-FINLANDJA
http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet
L-ISVEZJA
http://www.ud.se/sanktioner
IR-RENJU UNIT
www.fco.gov.uk/competentauthorities
B. Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea jew għal xi komunikazzjoni oħra magħha:
European Commission
Foreign Policy Instruments Service
CHAR 12/106
B-1049 Bruxelles/Brussel
Belgium
Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu
Tel.: (32 2) 295 55 85
Fax: (32 2) 299 08 73
( 1 ) Ara paġna 53 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
( 2 ) ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
( 3 ) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
( 4 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.
( 5 ) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
( 6 ) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
( 7 ) ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.