8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 69/102


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 221/2014

tas-7 ta’ Marzu 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 288/2009 f'dak li għandu x'jaqsam mal-iffissar tal-allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna mill-Iskema tal-Frott u l-Ħxejjex fl-Iskejjel

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta’ Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013 jistabbilixxi l-ammont totali tal-għajnuna tal-Unjoni għall-għoti ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (minn hawn ’il quddiem “l-iskema tal-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel”). Barra minn hekk, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 1370/2013 jiffissa r-rati massimi ta’ kofinanzjament u l-ammont minimu ta’ dik l-għajnuna għal kull Stat Membru.

(2)

Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna mill-iskema tal-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel lil kull Stat Membru fuq il-bażi tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa perjodikament jekk l-allokazzjoni indikattiva tkunx għadha konsistenti ma’ dawk il-kriterji.

(3)

L-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 (3) jistabbilixxi l-ammont tal-allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna mill-Unjoni għal kull Stat Membru, ibbażat fuq il-baġit totali tal-Unjoni ta’ EUR 90 miljun. Billi r-Regolament (UE) Nru 1370/2013 iżid il-baġit totali għall-iskema tal-frott u l-ħxejjex fl-iskejjel għal EUR 150 miljun u jiffissa rati ġodda ta’ kofinanzjament, għandha tiġi ffissata allokazzjoni indikattiva ġdida.

(4)

L-allokazzjoni indikattiva l-ġdida għandha tqis ukoll il-kriterji msemmija fl-Artikolu 23(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ibbażati fuq l-aktar dejta reċenti disponibbli mill-2012 fir-rigward tan-numru ta' tfal ta’ bejn is-sitta u l-għaxar snin bħala proporzjon tal-popolazzjoni fir-reġjuni tal-Istat Membru.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 288/2009 għandu jiġi emendat skont dan. Minħabba l-istruttura perjodika tas-sena skolastika, l-allokazzjoni indikattiva l-ġdida għandha tibda tapplika mill-1 ta' Awwissu 2014.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda lir-Regolament (KE) Nru 288/2009

L-Anness II jinbidel bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2014.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 288/2009 tas-7 ta’ April 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-għajnuna Komunitarja għall-forniment ta’ frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat u prodotti tal-banana lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi, fil-qafas tal-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel (ĠU L 94, 8.4.2009, p. 38).


ANNESS

“ANNESS II

Allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna mill-Unjoni lil kull Stat Membru

Stat Membru

Ir-rata tal-kofinanzjament (f' %)

Tfal bejn is-6 u l-10 snin - numri assoluti

(EUR)

L-Awstrija

75  %

406 322

2 239 273

Il-Belġju

75  %

611 450

3 369 750

Il-Bulgarija

90  %

316 744

2 094 722

Il-Kroazja

90  %

205 774

1 360 845

Ċipru

75  %

44 823

290 000

Ir-Repubblika Ċeka

88  %

480 495

3 124 660

Id-Danimarka

75  %

328 182

1 808 638

L-Estonja

90  %

66 436

439 361

Il-Finlandja

75  %

290 308

1 599 911

Franza

76  %

4 051 279

22 500 145

Il-Ġermanja

75  %

3 575 991

19 707 575

Il-Greċja

81  %

529 648

3 143 600

L-Ungerija

86  %

482 160

3 031 022

L-Irlanda

75  %

319 126

1 758 729

L-Italja

80  %

2 853 098

16 719 794

Il-Latvja

90  %

95 861

633 957

Il-Litwanja

90  %

136 285

901 293

Il-Lussemburgu

75  %

29 473

290 000

Malta

75  %

19 511

290 000

Il-Pajjiżi l-Baxxi

75  %

986 118

5 434 576

Il-Polonja

88  %

1 802 733

11 645 350

Il-Portugall

85  %

527 379

3 284 967

Ir-Rumanija

89  %

1 054 185

6 869 985

Is-Slovakkja

89  %

262 703

1 709 502

Is-Slovenja

83  %

91 095

554 291

Spanja

75  %

2 337 457

12 939 604

L-Isvezja

75  %

518 322

2 856 514

Ir-Renju Unit

76  %

3 494 635

19 401 935

UE 28

79  %

25 917 593

150 000 000 ”