Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU L 270, p. 10)

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ ta’ insolvenza ta’ min iħaddimhom, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha skond din id-Direttiva.

2) Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.