European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/2812

20.5.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11879 — XEROX / LEXMARK)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/2812)

1.   

Fis-7 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Xerox Holdings Corporation (“Xerox”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

Lexmark International II, LLC (“Lexmark”, l-Istati Uniti tal-Amerika), ikkontrollata minn Ninestar Holdings Company Limited (l-Istati Uniti tal-Amerika).

Xerox se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-intier ta’ Lexmark.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Xerox tforni globalment (minbarra l-Asja u l-Awstralja) teknoloġija tal-istampar diġitali u servizzi relatati, software, u soluzzjonijiet, inkluż il-forniment (iżda mhux il-manifattura) ta’ printers tal-uffiċċju, soluzzjonijiet ta’ produzzjoni, u servizzi ta’ stampar fuq il-post u bbażati fuq il-cloud,

—

Lexmark timmanifattura u tbigħ globalment prodotti tal-istampar u tal-immaġni, soluzzjonijiet ta’ software u servizzi relatati, inklużi printers u servizzi ta’ stampar immaniġġjati bbażati fuq il-cloud.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11879 — XEROX / LEXMARK

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2812/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)