32002D0940



Official Journal L 325 , 30/11/2002 P. 0040 - 0044


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta’ Novembru 2002

li temenda d-Deċiżjoni 98/371/KE għal dak li jirrigwarda l-importazzjoni tal-majjal frisk mir-Repubblika Slovakka

(notifikata bid-dokument numru C(2002) 4556)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2002/940/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 72/462/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1972 dwar il-problemi li jseħħu fl-ispezzjoni sanitarja u veterinarja ma’ l-importazzjoni ta’ annimali bovini, ovini u kaprini u tal-laħam tal-majjal, laħam frisk jew prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 1452/2001 [2], u partikolarment l-Artikoli 14, 15 u 16 tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/371/KE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2002/7/KE [4], tirregola l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni tal-laħam frisk minn ċerti pajjiżi Ewropej.

(2) Għal raġunijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali, u partikolarment sabiex jiġi ikkontrollat d-deni klassiku tal-ħnieżer, ma kienietx ġiet awtorizzata l-importazzjoni tal-majjal frisk għall-konsum uman mir-Repubblika Slovaka.

(3) L-Awtoritajiet Veterinarji Kompetenti Slovakki talbu l-awtorizzazzjoni sabiex jiġi esportat il-majjal lejn il-Komunità u sostnew it-talba tagħhom b’informazzjoni dwar il-kondizzjoni tas-saħħa tal-ħnieżer fir-Repubblika Slovaka u l-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer.

(4) F’Lulju tal-2002, missjoni veterinarja tal-Kummissjoni għamlet żjara fis-Slovakkja sabiex tevalwa s-sitwazzjoni tas-saħħa ta’ l-annimali, u partikolarment is-sitwazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer.

(5) A bażi tar-rapport tal-missjoni u minn informazzjoni ulterjuri ipprovduta mill-Awtoritajiet Kompetenti Slovakki, il-kondizzjoni tas-saħħa tal-ħnieżer fis-Slovakkja tidher li hija sodisfaċenti għal dak li jirrigwarda d-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer domestiċi; iżda, hemm numru ta’ żoni speċifiċi fejn l-infezzjoni hija preżenti fost il-ħnieżer selvaġġi.

(6) L-importazzjoni tal-majjal mir-Repubblika Slovakka lejn il-komunità għandha għalhekk tkun awtorizzata mid-Distretti li mhumiex soġġetti għal restrizzjoni minħabba l-infezzjoni fil-ħnieżer selvaġġi u minn barra dan ċerti kondizzjonijiet konnessi ma’ l-użu tal-fdal tar-restoranti li jingħata bħala ikel lill-ħnieżer għandhom ikun speċifikati.

(7) Għall-fini ta’ l-esporazzjoni tal-majjal lejn il-Komunità Ewropea, l-awtorità kompetenti veterinarja Slovakka ippreparat lista tal-postijiet fejn jinżammu l-ħnieżer soġġetti għal superviżjoni veterinarja regolari u l-kontrolli xierqa li jeskludu kwalunkwe użu ta’ fdal tar-restoranti sabiex jingħata bħala ikel lill-ħnieżer.

(8) Għalhekk id-Deċiżjoni 98/371/KE għandha tkun emendata skond kif meħtieġ.

(9) Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 98/371/KE hija emendata kif ser jingħad:

1. L-Anness I huwa mibdul bit-test fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

2. L-Anness 11 huwa mibdul bit-test fl-Anness 11 ta’ din id- Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tibda tapplika mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta’ Novembru 2002.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 302, tal-31.12.1972, p. 28.

[2] ĠU L 198, tal-21.7.2001, p. 11.

[3] ĠU L 170, tas-16.6.1998, p. 16.

[4] ĠU L 3, tal-5.1.2002, p. 50.

--------------------------------------------------

ANNESS I

"

ANNESS I

DESKRIZZJONI TAT-TERRITORJI TA' ĊERTI PAJJIŻI EWROPEJ STABBILITI GĦALL-FINI TAĊ-ĊERTFIKAZZJONI TAS-SAĦĦA TA' L-ANNIMALI

Pajjiż | Kodici tat-territorju | Verzjoni | Deskrizzjoni tat-territorju |

L-Albanija | AL | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

Il-Bosnia Herzegovina | BA | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

IL-Bulgarija | BG | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

BG-1 | 1/98 | Il-provinċi ta' Varna, Dobrich, Solistra, Choumen, Targovichte, Razgrad, Rousse, V.Tarnovo, Gabrovo, Pleven, Lovetch, Plovidv, Smolian, Pasardjik, id-distrett ta' Sofia, il-belt ta' Sofia, Pernik, Kustendil, Blogoevgrad, Vratza, Montana u VidinLovetch, Plovdiv, Smolian, Pasardjik, Sofia district, il-Belt ta' Sofia, Pernik, Kustendil, Blagoevgrad, Vratza, Montana uVidin |

BG-2 | 1/99 | Il-provinċi tal-Bourgas, Jambol, Sliven, Starazagora, Hasskovo u Kardjali, bl-esklużjoni tal-kuritur wiesa' għoxrin kilometru tal-konfini mat-Turkija |

BG-3 | 1/99 | Il-kuritur wiesa' għoxrin kilometru tal-konfini mat-Turkija |

Il-Belorussja | BY | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

Ir-Repubblika Ċeka | CZ | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

CZ-1 | 1/99 | Il-pajjiż kollu bl-esklużjoni tal-provinċi ta' Kromģriž, Vyskov, Hodonín, Uherské Hradište, Z1ín u Vsetín |

CZ-2 | 1/99 | Il-provinċi tal-Kromíž, Vyškov, Hodonín, Uherské Hradišt, Z1ín u Vsetín |

L-Estonja | EE | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

Ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja | YU | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

YU-1 | 1/98 | Ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja bl-esklużjoni tar-reġjun tal-Kosovo u tal-Metohija |

YU-2 | 1/98 | Ir-reġjun tal-Kosovo u Metohija |

Il-Kroazja | HR | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

L-Ungerija | HU | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

Il-Litwanja | LT | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

Il-Latvja | LV | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

Il-Polonja | PL | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

Ir-Rumanija | RO | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

Ir-Russja | RU | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

Is-Slovenja | SI | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

Ir-Repubblika Slovakka | SK | 1/98 | Il-pajjiż kollu |

SK-1 | 1/2002 | Il-pajjiż kollu bl-esklużjoni tad-Distrett Veterinarju u ta' l-Amministrazzjonijiet ta' l-Ikel ta' Trnava (li jinkludi d-distretti ta' Piestany u Hlohovec), Levice (li jinkludi d-distrett ta' Levice), Nitra (li jinkludi d-distretti ta' Nitra u Zlate Moravce), Topolčany (li jinkludi d-distrett ta' Topolčany), Nové Mesto nad Váhom (li jinkludi d-distrett ta' Nové Mesto nad Váhom), Trģncín (li jinkludi d-distretti ta' Trģncín u Banovce nad Bebravou), Prievidza (li jinkludi d-distretti ta' Prievidza u Partizanske), Puchov (li jinkludi d-distretti ta' Púchov u Ilava), Žiar nad Hronom (li jinkludi d-distretti ta' Žiar nad Hronom, Zarnovica, Banska Stiavnica, Zvolen (li jinkludi d-distretti ta' Zvolen u Detva), Banská Bystrica (li jinkludi d-distretti ta' Banská Bystrica u Brezno). |

"

--------------------------------------------------

ANNESS II

"

ANNESS II

GARANZIJA TAS-SAĦĦA TA' L-ANNIMALI LI GĦANDHA TKUN MITLUBA FUQ IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAL-LAĦAM FRISK

NB:

Importazzjoni tal-laħam frisk għall-kosnum uman mhix permessa sakemm ma tkunx ġiet approvata mill-Kummissjoni, skond il-programm tal-kontroll tar-residwi fl-esportazzjoni minn pajjiżi terzi.

Pajjiż | Kodiċi | Laħam frisk għall-konsum uman | Laħam frisk intiż għal skopijiet barra milli għall-konsum uman |

Bovini | Porċini | Ovini/Kaprini | Solipedi |

MC | SG | MC | SG | MC | SG | MC (1) | SG (2) |

L-Albanija | AL | - | | - | | - | | - | - | - |

Il-Bosnia Hersegovina | BA | - | | - | | - | | - | - | - |

IL-Bulgarija | BG | - | | - | | - | | D | - | E |

BG-1 | A | | - | | C | | D | - | E |

BG-2 | - | | - | | - | | D | - | E |

Il-Belorussja | BY | - | | - | | - | | - | - | E |

Ir-Reppublika Ċeka | CZ | A | | B | | C | | D | - | E |

CZ-1 | A | | B | | C | | D | - | E |

CZ-2 | A | | B | | C | | D | - | E |

L-Estonja | EE | - | | - | | - | | - | - | E |

Ir-Repubblika Federali tal-Jugoslavja | FY | - | | - | | - | | D | - | E |

FY-1 | A | | - | | C | | D | - | E |

FY-2 | - | | - | | - | | D | - | E |

Il-Kroazja | HR | A | | - | | C | | D | - | E |

L-Ungerija | HU | A | | B | | C | | D | - | E |

Il-Litwanja | LT | A | | - | | C | | D | - | E |

Il-Latvja | LV | - | | - | | - | | - | - | E |

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja | MK | - | | - | | C | | D | - | E |

Il-Polonja | PL | A | | B | A | C | | D | - | E |

Ir-Rumanija | RO | A | | - | | C | | D | - | E |

Ir-Russja | RU | - | | - | | - | | - | - | E |

Is-Slovenja | SI | A | | - | | C | | D | - | E |

Ir-Repubblika Slovakka | SK | A | | - | | C | | D | - | E |

SK-1 | A | | B | A | C | | D | - | E |

"

--------------------------------------------------