Official Journal L 023 , 27/01/1989 P. 0019 - 0020
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0003
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 184/89 tal-25 ta' Jannar 1989 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat permezz tar-Regolament (KEE) Nru 20/89 [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu, Billi sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/8, hu meħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament; Billi Regolament (KEE) Nru 2658/87 niżżel ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura maqgħuda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li tkun kollha kemm hi jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjonijiet addizzjonali għaliha u li tkun stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra li jirreferu għall-kummerċ f'oġġetti; Billi, bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa mar-Regolament presenti għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċi NM xieraq indikat fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3; Billi l-miżuri li jinsabu f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar in-Nomenklatura, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa klassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċi Nm xieraq indikat fil-kolonna 2 ta' l-imsemmija tabella. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-21 jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, fil-25 ta' Jannar 1989. Għall-Kummissjoni Christiane Scrivener Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU nru L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU nru L 4, tas-6.1.1989, p. 19. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti | Klassifikazzjoni Kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Preparazzjoni likwida li jkun fiha s-sodju u l-kaseina tal-kalċjum, proteina tas-soya,, il-leċitina tas-soja, iż-żejt tal-qamħirrum, iż-żejt tas-soja, medium-chain triglycerides, maltodextrins, minerali, vitamini u ilma li tkun tista’ wkoll tkun amministrata permezz ta’ enteral tube | 22029010 | Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenkaltura maqgħuda, Nota 1 (a) tal-Kapitolu 30, u t-testi tal-kodiċi NM 2202, 220290 u 22029010 Tmiem tad-dokument | --------------------------------------------------