|
8.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 424/33 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10089 — Phillips 66/Fortress Investment Group/Pester Marketing)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 424/07)
1.
Fl-1 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Phillips 66 Company (“Phillips 66”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Fortress Investment Group LLC (“Fortress”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn SoftBank Group Corp. (“Softbank”, il-Ġappun), |
|
— |
in-negozju ta’ pompa tal-petrol u ħanut tal-merċa ta’ Pester Marketing (“Pester Marketing”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Phillips 66 u Fortress jakkwistaw indirettament, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Pester Marketing.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Phillips 66: jipproċessaw, jittrasportaw, jaħżnu u jikkummerċjalizzaw il-fuels u l-prodotti globalment permezz ta’ portafoll ta’ negozji integrati midstream, tal-kimika, tar-raffinar u tal-kummerċjalizzazzjoni, |
|
— |
Fortress: investiment globali u ġestjoni tal-assi, |
|
— |
Pester Marketing: il-pussess u t-tħaddim ta’ stazzjonijiet tas-servizz li jbigħu fuel tal-magni u oġġetti tal-konsum ta’ kuljum fir-reġjuni Rocky Mountain, fil-Lbiċ u l-Mid-West tal-Istati Uniti tal-Amerka. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10089 — Phillips 66/Fortress Investment Group/Pester Marketing
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).