01995R1238 — MT — 01.04.2020 — 011.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1238/95 tal-31 ta’ Mejju 1995 (ĠU L 121 1.6.1995, p. 31) |
Emendat bi:
Ikkoreġut bi:
|
NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1). |
IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1238/95
tal-31 ta’ Mejju 1995
li jistabbilixxi r-regoli ta’ l-implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-piżijiet pagabbli lill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti
Artikolu 1
Skop
1. Il-piżijiet mistħoqqa lill-Uffiċċju, kif ipprovvdut fir-Regolament Bażiku u fir-Regolament tal-Proċeduri, għandhom ikunu imposti skond dan ir-Regolament.
2. Il-piżijiet dovuti lill-Uffiċċju għandhom ikunu stabbiliti, imposti u mħallsa ►M5 ewro ◄ .
3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal kull impost miżjud, mistħoqq lill-Uffiċċju.
4. Id-dettalji tal-piżijiet li jistgħu jiġu imposti mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Bażiku jew ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu regolati bir-regoli nazzjonali rilevanti ta’ l-Istati Membri interessati.
5. Meta l-President ta’ l-Uffiċċju jingħata l-poter u l-manjiera li fihom iridu jiħallsu, dawn id-deċiżjonijiet għandhom jiġu ppublikati fuq il-Gazzetta Uffiċjali ta’ l-Uffiċċju.
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Għal kull materja individwali, parti għall-proċedimenti kif speċifikat fir-Regolament tal-Proċedimenti għandha tkun obbligata li tħallas il-piżijiet jew l-imposti miżjuda. Fil-kaz ta’ numru ta’ partijiet għall-proċedimenti li jaġixxu flimkien jew f’isimhom jiġi segwit kors komuni ta’ azzjoni, kull parti għandha tkun disponibbli għal dan il-ħlas bħala debitur konġunt.
2. Għajr jekk ipprovvdut xorta oħra f’dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju, inkluz dispożizzjonijiet rigward l-ilsna, kif stabbiliti fir-Regolament Bażiku u r-Regolament tal-Proċedimenti.
Artikolu 3
Il-metodu tal-ħlas
1. Il-piżijiet u l-impost miżjuda mistħoqqa lill-Uffiċċju għandhom jitħallsu bit-trasferiment fil-kont tal-bank miżmum mill-Uffiċċju.
2. Il-President tal-Uffiċċju jista jippermetti għamliet alternattivi ta’ ħlas f’konformità mar-regoli dwar il-metodi ta’ tħaddim li għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 36(1)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94.
Artikolu 4
Id-data trid tiġi meqjusa bħala d-data li fiha jiġi rċevut il-ħlas
1. Id-data li fiha l-ħlas ta’ tariffi u ta’ imposti miżjuda għandhom jitqiesu li ġew rċevuti mill-Uffiċċju, għandha tkun id-data li fiha l-ammont sħiħ tat-trasferiment imsemmi fl-Artikolu 3(1) jiddaħħal f’kont bankarju miżmum mill-Uffiċċju.
2. Meta l-President ta’ l-Uffiċċju jippermetti għamliet oħra ta’ ħlas skond l-Artikolu 3(2), għandu fl-istess waqt jinkludi wkoll fil-kundizzjonijiet id-data li trid tiġi meqjusa bħala d-data li fiha l-ħlas ikun ġie rċevut.
3. Fejn jitqies li l-ħlas ma jkunx ġie riċevut mill-Uffiċju fil-limitu ta’ żmien meħtieġ, dak il-limitu ta’ żmien għandu jitqies li jkun ġie osservat vis-à-vis l-Uffiċju fejn tiġi prodotta xhieda dokumentata suffiċjenti f’dak il-limitu ta’ żmien li turi li l-persuna li tagħmel il-ħlas tkun debitament tat ordni lill-stabbiliment bankarju jew uffiċju postali biex jittrasferixxi l-ammont tal-ħlas f’ewro għall-kont bankarju miżmum mill-Uffiċju f’dak il-limitu ta’ żmien.
▼M2 —————
5. Xhieda dokumentata għndha titqies bħala suffiċjenti skond it-tifsira tal-punt 3 fejn konferma tal-provvista ta’ l-ordni tat-trasferiment, maħruġa minn stabbiliment bankarju jew uffiċju tal-posta tiġi prodotta. Iżda, fejn it-trasferiment ordnat kien trasferiment li juża l-metodu ekettroniku ta’ ħlas bankarju SWIFT, il-konferma tal-provvista ta’ l-ordni tat-trasferiment għandha tieħu l-forma ta’ kopja tar-rapport SWIFT, ittimbrat u ffirmat minn uffiċjal debitament awtorizzat tal-bank jew uffiċju tal-posta.
Artikolu 5
L-isem tal-persuna li tagħmel il-ħlas u l-iskop tal-ħlas
1. Persuna li tagħmel ħlas tal-piżijiet jew ta’ l-imposti miżjuda għanda tindika bil-kitba isimha u l-iskop ta’ dan il-ħlas.
2. Jekk l-Uffiċċju ma jistax jistabilixxi l-iskop tal-ħlas, għandu jeżiġi li l-persuna li tkun għamlet il-ħlas tinformah b’dan bil-miktub fi żmien xahar. Jekk l-iskop ma jiġix indikat f’dak il-perjodu taż-żmien, il-ħlas għandu jitqies li ma jkunx sar u għandha ssir rifużjoni tiegħu lill-persuna li tkun għamlitu.
3. Jekk wara li tintalab l-informazzjoni mill-bank ikkonċernat, l-identità tal-persuna li tagħmel il-ħlas ma tkunx tista' tiġi kkonfermata u ma tkunx tista' ssir rifużjoni tal-ammont lil xi persuna partikolari, l-ammont għandu jitqies bħala dħul ieħor fl-iskadenzi mniżżla fid-dispożizzjonijiet finanzjarji interni tal-Uffiċċju msemmi fl-Artikolu 112 tar-Regolament Bażiku u adottat mill-Kunsill Amministrattiv tal-Uffiċċju.
Artikolu 6
Il-ħlas mhux biżżejjed
Limitu ta’ żmien għall-ħlas tal-piżijiet jew ta’ l-imposti miżjuda għandu, fil-prinċipju, jittieħed li jkun ġie osservat biss jekk l-ammont sħiħ tal-piż jew ta’ l-imposta miżjuda jkunu ġew imħallsa fiż-żmien stabbilit. Jekk il-piżijiet jew l-imposti miżjuda ma’ jitħallsux fl-intier tagħhom, l-ammont li jkun ġie mħallas għandu jiġi rifjutat wara li jkun skada kull limitu taż-żmien tal-ħlas. L-Uffiċċju jista ’, madankollu, meta jiġi kunsidrat bħala ġustifikat, jagħlaq għajnejh dwar kull nuqqas żgħir, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-persuna li tagħmel il-ħlas.
Artikolu 7
Il-piż ta’ l-applikazzjoni
1. L-applikant għal Dritt ta’ Varjetajiet ta’ Pjanti fil-Komunità (l-applikant) għandu jħallas tariffa ta’ EUR 450 għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni ppreżentata u sottomessa b’mezzi elettoniċi mill-formola fuq il-web, li ssir mis-sistema ta’ applikazzjoni online tal-Uffiċċju.
L-applikant għandu jaċċetta t-Termini u l-Kundizzjonijiet ta’ użu tal-pjattaforma ta’ komunikazzjoni elettronika sikura miżmuma mill-Uffiċċju u għandu juża dik il-pjattaforma biex jissottometti l-applikazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu u dokumenti oħra, biex jirċievi n-notifiki u d-dokumenti mibgħuta mill-Uffiċċju, biex iwieġeb għat-tali notifiki u biex iwettaq azzjonijiet oħra.
L-applikant għandu jħallas tariffa ta’ EUR 800 għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni sottomessa b’mezzi oħra li ma jinkludux is-sistema ta’ applikazzjoni online tal-Uffiċċju.
2. L-applikant għandu jieħu l-passi meħieġa għall-ħlasijiet tat-tariffa fuq l-applikazzjoni, skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, qabel jew fid-data li l-applikazzjoni tkun ġiet ippreżentata direttament fl-Uffiċċju jew f'wieħed mill-Uffiċċji sekondarji stabbiliti jew fl-aġenziji nazzjonali responsabbli skont l-Artikolu 30(4) tar-Regolament Bażiku.
3. Jekk il-ħlas tal-piż ta’ l-applikazzjoni ikun kkunsidrat li ma giex irċevut fl-istess żmien li tkun ġiet rċevuta l-applikazzjoni mill-Uffiċċju, l-Uffiċċju għandu jispeċifika, skond l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku, perjodu taż-żmien ta’ ġimagħtejn li fih id-data formali ta’ l-applikazzjoni, assenjata skond l-Artikolu 51 imsemmi hawn fuq, ma għandhiex tkun affettwata; talba ġdida għall-ħlas kif iprovvdut fl-Artikolu 83(2) tar-Regolament Bażiku ma tkunx maħruġa lill-applikant qabel l-egħluq tal-perjodu taż-żmien.
4. Jekk il-ħlas tal-piż ta’ applikazzjoni ikun kunsidrat li ma ġiex irċevut fiż-żmien speċifikat skond il-paragrafu 3, id-data tal-irċevuta tal-ħlas għamdha tiġi ttrattata bħala d-data ta’ l-applikazzjoni għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku.
5. Il-paragrafu 4 m’għandux japplika meta l-applikazzjoni tkun akkumpanjata minn xhieda suffiċjenti dokumentata li turi li l-persuna li tkun għamlet il-ħlas tkun debitament tat ordni lil stabbiliment bankarju jew uffiċju postali biex jittrasferixxi l-ammont ta’ ħlas f’ewro f’kont bankarju miżmum mill-Uffiċju; l-Artikolu 4(5) għandu japplika mutatis mutandis.
6. Sakemm il-ħlas tal-piż ta’ l-applikazzjoni jkun kunsidrat li ma ġiex irċevut mill-Uffiċċju, dan m’ għandux jippubblika l-applikazzjoni interessata u għandu jiddiferixxi l-eżami tekniku.
7. Meta titħallas it-tariffa fuq l-applikazzjoni iżda l-applikazzjoni ma tkunx valida skont l-Artikolu 50 tar-Regolament Bażiku, l-Uffiċċju għandu jagħti rifużjoni tat-tariffa fuq l-applikazzjoni meta javża lill-applikant bin-nuqqasijiet li jkunu nstabu fl-applikazzjoni.
Artikolu 8
Il-ħlasijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ l-eżami tekniku
1. It-tariffi fuq l-arranġament u t-twettiq tal-eżami tekniku ta' varjetà li tkun is-suġġett ta' applikazzjoni għal (tariffa fuq l-eżami) għad-dritt ta' varjetà tal-pjanti fil-Komunità, għandhom jitħallsu skont l-Anness I għal kull perjodu ta' tkabbir li jinbeda. Fil-kaz tal-varjetajiet li għalihom irid jintuża ripetutament materjal b'komponenti speċifiċi għall-produzzjoni tal-materjal, għandha titħallas it-tariffa fuq l-eżami stabbilita fl-Anness I rigward din il-varjetà u għal kull komponent li dwaru ma jkunx hemm deskrizzjoni uffiċjali u li jrid jiġi eżaminat ukoll.
2. Il-piż ta’ l-eżami għall-ewwel perjodu taż-żmien tat-tkabbir għandu jkun mistħoqq u mħallas mhux aktar tard ►M1 ————— ◄ mid-data tal-egħluq ta’ meta jkun ġie rċevut il-materja ta’ l-eżami tekniku.
3. Il-piż ta’ l-eżamin għal kull perjodu sussegwenti taż-żmien tat-tkabbir għandu jkun mistħoqq u mħallas sa mhux aktar tard minn xahar qabel id-data ta’ dan il-perjodu taż-żmien sakemm l-Uffiċċju ma jiddeċedix xorta oħra.
4. Il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jippubblika d-dati għall-ħlas għall-piżijiet ta’ l-eżami fil-Gazzetta Uffiċjali ta’ l-Uffiċċju.
5. Fil-kaz ta’ rapport ta’ eżami dwar ir-riżultati ta’ eżami tekniku li jkun diġà twettaq, skond l-Artikolu 27 tar- ►M1 Regolament tal-Proċedimenti ◄ , qabel id-data ta’ l-applikazzjoni skond l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku, għandu jkun mistħoqq piż amministrattiv f’dak il-limitu taż-żmien kif l-Uffiċċju jispeċifika.
L-ammont ta' dik it-tariffa għandu jkun determinat mill-President tal-Uffiċċju wara konsultazzjoni mal-Kunsill Amministrattiv u għandu jiġi ppubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Uffiċċju.
Artikolu 9
Il-piż annwali
1. L-Uffiċċju se jitlob tariffa ta' EUR 330 lid-detentur ta' dritt fuq varjetà ta' pjanta fil-Komunità (“id-detentur”) għal kull sena tad-durata ta' dritt fuq varjetà ta' pjanta fil-Komunità (“tariffa annwali”), kif imsemmi fl-Artikolu 113(2)(d) tar-Regolament Bażiku.
2. Il-ħlas tat-tariffa annwali għandu jkun dovut:
b’relazzjoni ma’ l-ewwel sena tat-terminu ta’ dritt tal-Komunità ta’ varjetà ta’ pjanti, fi żmien 60 jum mid-data ta’ l-għoti tad-dritt; u
b’relazzjoni tas-snin sussegwenti tat-terminu tad-dritt tal-Komunità ta’ varjetà ta’ pjanti, fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar kalendarju li jiġi qabel ix-xahar li fih jiġi l-anniversarju tad-data mogħtija.
3. L-Uffiċċju għandu joħroġ lill-pussessur talba li jkun fiha s-suġġett tal-ħlas, l-ammont mistħoqq, id-data tal-ħlas, u tagħrif dwar il-possibbiltà ta’ impost miżjud skond l-Artikolu 13(2)(a).
4. L-Uffiċċju ma għandux jagħti rifużjoni ta’ pagamenti fir-rigward tat-tariffa annwali li jkunu ġew effettwati sabiex iżomm fis-seħħ id-dritt ta' varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità, sakemm l-Uffiċċju ma jkunx irċieva rinunzja tad-dritt ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità bejn id-data tal-ħlas u l-anniversarju tad-data mogħtija kif speċifikata taħt il-punt (b) tal-paragrafu 2. Ir-rinunzji li jaslu wara l-anniversarju tad-data mogħtija ma għandhomx jitqiesu għal dawn il-ħlasijiet.
Artikolu 10
Il-piżijiet għall-proċessar ta’ talbiet speċifiċi
1. Il-piżijiet għall-proċessar ta’ talba, li jitħallsu mill-persuna li tagħmel din it-talba, għandhom ikunu kif ġej:
għal applikazzjoni għal dritt obbligatorju ta’ l-isfruttament, inkluz kull dħul fir-Reġistri, applikazzjoni għad-dritt ta’ l-isfruttament li jrid jingħata mill-Uffiċċju skond l-Artikolu 100(2) tar-Regolament Bażiku, jew talba li temenda dawn id-drittijiet ta’ l-isfruttament, ġaladarba mgħotijin (piż obbligatorju ta’ liċenzja), għajr għall-Kummissjoni jew għal Stat Membru fiċ-ċirkostanzi referiti fl-Artikolu 29(2) tiegħu: 1 500 ►M5 EUR ◄ ;
għal talba għad-dħul li ġej fir-Reġistru Komunitarju għad-drittijiet għal varjetajiet tal-pjanti (piż ta-Reġistru):
għal talba għad-dħul fir-Reġistru ta’ l-Applikazzjonijiet għad-drittijiet Komunitarji għall-varjetajiet tal-pjanti jew ir-Reġistru tad-drittijiet Komunitarji għall-varjetajiet tal-pjanti, għajr dawk diġà referiti fil-(a) u fil-(b) hawn fuq: 100 ►M5 EUR ◄ ;
għal talba sabiex jiġi stabbiliti l-ammont ta’ l-ispejjez skond l-Artikolu (5) tar-Regolament: 100 ►M5 EUR ◄ ;
2. Il-piżijiet referiti fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mistħoqqa u mħallsa fid-data ta’ meta tkun irċevuta t-talba li għalihom tkun saret. Meta l-ħlas ma jkunx ġie rċevut fiż-żmien stabbilit, għandu japplika l-Artikolu 83(2) tar-Regolament Bażiku.
3. Fejn talba għad-dħul imsemmi fil-punt (b) jew (c) tal-paragrafu 1 tikkonċerna katar minn applikazzjoni jew dritt reġistrat wieħed, li dwarhom issir applikazzjoni jew ikunu miżmuma mill-istess persuna, għandha tintalab tariffa waħda biss.
Artikolu 11
Il-piż għal Appell
1. L-appellant għandu jħallas piż ta’ Appell ta’ 1 500 ►M5 EUR ◄ għall-proċessar ta’ Appell, kif ipprovvdut fl-Artikolu 113(2)(ċ) tar-Regolament Bażiku.
2. Terz mill-piż ta’ l-appell għandu jkun mistħoqq fid-data li l-appell jiġi rċevut fl-Uffiċċju; l-Artikolu 83(2) tar-Regolament Bażiku għandu japplika għal dan it-terz. Il-bqija taż-żewġ terzi tal-piż ta’ l-appell għandha tkun mistħoqqa, fuq it-talba ta’ l-Uffiċċju, fi żmien xahar wara l-bgħit tal-każ mill-korp rilevanti ta’ l-Uffiċċju tal-Bord ta’ l-Appell.
3. Għandha tiġi ordnata rifużjoni tal-piż ta’ l-appell diġà mħallsa, fil-kaz ta’ reviżjoni interlokutorja, taħt l-awtorità tal-President ta’ l-Uffiċċju u f’kazijiet oħra mill-Bord ta’ l-Appelli, sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 83(4) tar-Regolament Bażiku.
4. Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għall-Kummissjoni jew għal Stat Membru, meta l-appellant ikun kontra d-deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 29(2) tar-Regolament Bażiku.
Artikolu 12
Il-piżijiet stabbiliti mill-President ta’ l-Uffiċċju
1. Il-President ta’ l-Uffiċċju għandu jistabilixxi l-piżijiet fuq il-materji li ġejjin:
il-piż amministrattiv referit fl-Artikolu 8(5);
Ħlasijiet għall-ħruġ ta' kopji ċċertifikati ta' dokumenti; u
▼M9 —————
il-miżata amministrattiva li ssir riferenza għaliha fl-Artikolu 82(2) tar-Regolament tal-Proċedimenti.
2. Il-President ta’ l-Uffiċċju jista’ jiddeċċiedi li jagħmel is-servizzi imsemmija taħt il- ►M1 paragrafu 1(b), (ċ) u (d) ◄ dipendenti fuq ħlas bil-quddiem.
▼M9 —————
Artikolu 14
Id-derogi
1. Minkejja l-Artikolu 7, id-data formali ta’ l-applikazzjoni assenjata taħt l-Artikolu 51 tar-Regolament Bażiku għandha tibqa’ valida rigward l-applikazzjonijiet kollha inkartati skond l-Artikolu 116(1) jew (2) tiegħu jekk tiġi prodotta xhieda biżżejjed l-iktar sat-30 ta’ Settembru 1995 illi l-applikant għad-dritt Komunitarju għal varjetà ta’ pjanta jkun wettaq l-atti meħtieġa għall-ħlas tal-piż ta’ l-applikazzjoni.
2. Minkejja l-Artikolu 8(5), għandu jitħallas piż amministrattiv ta’ 100 ►M5 EUR ◄ meta jitwettaq eżami tekniku tal-varjetà fuq il-bażi tas-sejbiet disponibbli minn kull proċediment għall-konċessjoni ta’ dritt nazzjonali għall-varjetà tal-pjanta skond l-Artikolu 116(3) tar-Regolament Bażiku. Dan il-piż amministrattiv għandu jkun mistħoqq l-aktar tard sat-30 ta’ Novembru 1995.
▼M9 —————
Artikolu 15
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
It-tariffi fuq l-eżami tekniku kif imsemmi fl-Artikolu 8
It-tariffa li trid titħallas fuq l-eżami tekniku ta’ varjetà skont l-Artikolu 8 għandha tiġi determinata f’konformità mat-tabella:
|
(f’EUR) |
||
|
|
Grupp ta’ spiża |
Tariffa |
|
Grupp agrikolu |
||
|
1 |
Patata |
2 050 |
|
2 |
Żrieragħ tal-kolza |
2 150 |
|
3 |
Ħaxix |
2 920 |
|
4 |
Speċijiet agrikoli oħrajn |
1 900 |
|
Grupp tal-frott |
||
|
5 |
Tuffieħ |
3 665 |
|
6 |
Frawli |
3 400 |
|
7 |
Speċijiet ta’ frott oħrajn |
3 460 |
|
Grupp ornamentali |
||
|
8 |
Pjanti ornamentali b’kollezzjoni ta’ referenza ħajja, test fis-serra |
2 425 |
|
9 |
Pjanti ornamentali b’kollezzjoni ta’ referenza ħajja, test fil-beraħ |
2 420 |
|
10 |
Pjanti ornamentali mingħajr kollezzjoni ta’ referenza ħajja, test fis-serra |
2 400 |
|
11 |
Pjanti ornamentali mingħajr kollezzjoni ta’ referenza ħajja, test fil-beraħ |
2 200 |
|
12 |
Pjanti ornamentali, kundizzjonijiet fitosanitarji speċjali |
3 900 |
|
Grupp tal-ħxejjex agrikoli |
||
|
13 |
Ħxejjex agrikoli, test fis-serra |
2 920 |
|
14 |
Ħxejjex agrikoli, test fil-beraħ |
2 660 |
▼M2 —————