European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C

C/2026/5127

7.10.2026

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2026/5127)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Marsala”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-IT-A0785-AM03 — 13.8.2026

1.   Isem il-prodott

Marsala

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☑

DOP

☐

IĠP

3.   Settur

☐

Prodotti agrikoli

☑

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

L-Italja

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Isem

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sovranità tal-Ikel u l-Forestrija — Dipartiment tas-Sovranità tal-Ikel u l-Isport Ekwestri — Direttorat Ġenerali għall-Promozzjoni tal-Kwalità Agroalimentari — PQA I

6.   Kwalifika bħala emenda standard

Hu ddikjarat li din l-emenda taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “emenda standard” kif previst fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143, billi:

—

ma tinkludix tibdil fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti deżinjati mill-indikazzjoni ġeografika;

—

ma tirriskjax li xxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika msemmija fid-dokument uniku;

—

ma tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

Titolu

Emenda tal-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum

Deskrizzjoni

Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-għeneb fil-ħsad żdiedet minn 12 % vol għal 13 % vol.

L-emenda msemmija hawn fuq tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Referenzi għall-korp ta’ kontroll

Deskrizzjoni

L-artikolu fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott li jipprevedi r-referenzi għall-korp ta’ kontroll ġie emendat, u ssostitwixxa din l-informazzjoni b’referenza għall-pubblikazzjoni fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont l-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143.

L-emenda msemmija hawn fuq tikkonċerna l-Artikolu 11 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Rettifika tad-dokument uniku dwar l-imballaġġ fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni

L-ispeċifikazzjoni tal-prodott tad-DOP Marsala diġà kienet tipprevedi l-obbligu ta’ imballaġġ, inkluż l-ibbottiljar, fiż-żona ġeografika definita.

Għalhekk, din il-kundizzjoni hija inkluża wkoll fid-dokument uniku, li qed jiġi kkoreġut kif xieraq.

L-emenda ta’ hawn fuq ma tikkonċernax l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, iżda tinvolvi esklużivament emenda tat-taqsima 11 tad-dokument uniku bit-titolu “Rekwiżiti oħra applikabbli”.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Rettifika — Korrezzjonijiet formali oħra tad-dokument uniku — deskrizzjoni tal-inbejjed

Deskrizzjoni

Id-deskrizzjonijiet tal-inbejjed issa huma distinti skont il-kulur tagħhom, u jiddistingwu bejn it-tipi “oro” (deheb) u “ambra” minn naħa waħda u t-tipi li huma “rubino” (rubin) min-naħa l-oħra.

Barra minn hekk, ġie kkoreġut il-valur tal-aċidità volatili massima (30 milliekwivalent għal kull litru) għat-tipi “Superiore Riserva”.

L-emenda ta’ hawn fuq ma tikkonċernax l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, iżda tinvolvi esklużivament emenda tat-taqsima 6 tad-dokument uniku bit-titolu “Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed”.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Rettifika — Korrezzjonijiet formali oħra tad-dokument uniku — rendimenti

Deskrizzjoni

Id-deskrizzjoni tar-rendimenti għall-inbejjed magħmula minn għeneb abjad (10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru) issa hi stabbilita f’paragrafu wieħed minflok tnejn.

L-emenda ta’ hawn fuq ma tikkonċernax l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, iżda tinvolvi esklużivament emenda tat-taqsima 7.2 tad-dokument uniku bit-titolu “Rendimenti”.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Rettifika — Korrezzjonijiet formali oħra tad-dokument uniku — żona ġeografika definita

Deskrizzjoni

Il-kliem “fir-reġjun ta’ Sqallija u” tħassar sabiex id-deskrizzjoni taż-żona ġeografika definita fid-dokument uniku ssir konformi ma’ dik prevista fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott.

L-emenda ta’ hawn fuq ma tikkonċernax l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, iżda tinvolvi esklużivament emenda tat-taqsima 9 tad-dokument uniku bit-titolu “Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita”.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Rettifika — Korrezzjonijiet formali oħra tad-dokument uniku — rabta maż-żona ġeografika

Deskrizzjoni

Id-deskrizzjoni tar-rabta maż-żona ġeografika fid-dokument uniku ġiet kemxejn estiża biex tinkludi informazzjoni li diġà tinsab fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott (l-Artikolu 10(c) — Deskrizzjoni tal-interazzjoni kawżali), sabiex tkun konsistenti mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott innifisha.

B’mod partikolari, żdiedu l-kliem li ġejjin: “Il-mikroklima — li madankollu hija speċifika għall-parti tal-Punent kollha ta’ Sqallija — tippermetti li l-għeneb, inkluż l-għeneb gobelet, isir billi jikkonċentra kontenut għoli ta’ zokkor u polifenoli, li jippermetti li l-inbejjed jiġu mmaturati b’estratti għoljin. Fl-inħawi taż-żoni abitati, wieħed għadu jista’ jara l-farms karatteristiċi magħrufa bħala ‘bagli’, li fil-biċċa l-kbira jmorru lura għall-aħħar 250 sena, u li fihom oriġinarjament l-għeneb mill-artijiet fertili tal-madwar kien jinġieb biex isir inbid”.

L-emenda ta’ hawn fuq ma tikkonċernax l-ispeċifikazzjoni tal-prodott, iżda tinvolvi esklużivament emenda tat-taqsima 10 tad-dokument uniku bit-titolu “Rabta maż-żona ġeografika”.

☑

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Titolu

Korrezzjonijiet formali fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Ġew aġġornati t-titoli tal-artikoli fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott, tħassru xi referenzi għal atti legali li ma għadhomx fis-seħħ u ġew ikkoreġuti l-iżbalji fit-test.

L-emenda msemmija hawn fuq tikkonċerna esklużivament l-ispeċifikazzjoni tal-prodott u ma tinvolvix emenda tad-dokument uniku.

☐

L-emenda taffettwa d-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid

“Marsala”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-IT-A0785-AM03 — 13.8.2026

1.   Isem/Ismijiet

Marsala

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☑

DOP

☐

IĠP

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

L-Italja

4.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

2204 – Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009

5.   Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

3.

Inbid likur

6.   Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed

Prodott tad-dwieli

Marsala Fine Oro u Fine Ambra

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Kulur dehbi ftit jew wisq intens jew isfar fl-ambra ftit jew wisq intens.

Aroma

Riħa karatteristika.

Togħma

Togħma karatteristika.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

3,5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

15

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 17,50 % vol.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Marsala Fine Rubino

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Kulur aħmar lewn ir-rubin, li, mat-tqaddim, jiżviluppa sfumaturi ta’ lewn ambra.

Marsala Superiore Oro u Superiore Ambra

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Kulur dehbi ftit jew wisq intens jew isfar fl-ambra ftit jew wisq intens.

Aroma

Riħa karatteristika.

Togħma

Togħma karatteristika.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

3,5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

17

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 18,00 % vol.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Marsala Superiore Rubino

Marsala Superiore Riserva Oro u Superiore Riserva Ambra

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Kulur dehbi ftit jew wisq intens jew isfar fl-ambra ftit jew wisq intens.

Aroma

Riħa karatteristika.

Togħma

Togħma karatteristika.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

3,5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

30

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 18,00 % vol.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Marsala Superiore Riserva Rubino

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Kulur aħmar lewn ir-rubin, li, mat-tqaddim, jiżviluppa sfumaturi ta’ lewn ambra.

Aroma

Riħa karatteristika.

Togħma

Togħma karatteristika.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

3,5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

30

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 18,00 % vol.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 17,0 g/l.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Marsala Vergine (jew Soleras) Oro u Vergine (jew Soleras) Stravecchio jew Riserva Oro

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Kulur dehbi ftit jew wisq intens.

Aroma

Riħa karatteristika.

Togħma

Togħma karatteristika.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

3,5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

30

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 18,00 % vol.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 21,0 g/l.

Kontenut ta’ zokkor naturali ta’ inqas minn 4,0 %.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

Prodott tad-dwieli

Marsala Vergine (jew Soleras) Rubino u Vergine (jew Soleras) Stravecchio jew Riserva Rubino

Karatteristiċi organolettiċi

Apparenza viżiva

Kulur aħmar lewn ir-rubin, li, mat-tqaddim, jiżviluppa sfumaturi ta’ lewn ambra.

Aroma

Riħa karatteristika.

Togħma

Togħma karatteristika.

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi

—

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

—

Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum):

—

Aċidità totali minima:

3,5

Unità ta’ aċidità totali minima:

fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

30

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

—

Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 18,00 % vol.

Estratt minimu mingħajr zokkor: 21,0 g/l.

Kontenut ta’ zokkor naturali ta’ inqas minn 4,0 %.

☑

Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE.

7.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

7.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom

Prattika tal-produzzjoni tal-inbid

Marsala

Tip ta’ prattika enoloġika

Prattika enoloġika speċifika

Deskrizzjoni

Il-most imsajjar, il-most ikkonċentrat u s-sifun, li jridu jintużaw fil-preparazzjoni tal-Marsala, fejn ikunu permessi, iridu jiġu prodotti huma wkoll minn għeneb imkabbar fil-vinji li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni definita.

Fil-preparazzjoni tal-Marsala Fine tat-tipi oro u rubino u tal-Marsala Superiore tat-tipi oro u rubino, ma jistax jiżdied il-most imsajjar.

Iż-żieda tal-most imsajjar, skont id-dispożizzjonijiet legali rilevanti, fil-preparazzjoni tal-Marsala Fine Ambra u tal-Marsala Superiore Ambra ma tridx tkun inqas minn 1 %.

Matul il-preparazzjoni tal-Marsala Vergine, ma jistgħux jintużaw il-most imsajjar, il-most ikkonċentrat u s-sifun.

7.2.   Rendimenti massimi

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Marsala Fine oro, Fine ambra, Superiore oro, Superiore ambra, Superiore Riserva oro, Superiore Riserva ambra, Vergine (jew Soleras) oro, Vergine (jew Soleras) Stravecchio jew Riserva oro

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

10 000

Unità ta’ rendiment massimu:

kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

L-inbejjed/kategoriji/varjetajiet/tipi kollha

Marsala Fine rubino, Superiore rubino, Superiore Riserva rubino, Vergine (jew Soleras) rubino, Vergine (jew Soleras) Stravecchio jew Riserva rubino

Rendiment massimu

Rendiment massimu:

9 000

Unità ta’ rendiment massimu:

kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

8.   Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed

—

Ansonica B. — Inzolia

—

Calabrese N. — Nero d’Avola N.

—

Catarratto bianco comune B. — Catarratto

—

Catarratto bianco lucido B. — Catarratto

—

Damaschino B.

—

Grillo B.

—

Nerello mascalese N.

—

Perricone N. — Pignatello

9.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita

Iż-żona tal-produzzjoni tinkludi t-territorju kollu tal-provinċja ta’ Trapani, minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Pantelleria, Favignana u Alcamo.

10.   Rabta maż-żona ġeografika

Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli

3.

Inbid likur

Sommarju tar-rabta

Il-kwalità tal-inbid Marsala hija r-riżultat organolettiku tal-elementi klimatiċi, ġeoloġiċi, tal-kultivazzjoni u kulturali li huma speċifiċi għal din iż-żona ġeografika, iżda jirriżultaw ukoll mid-drawwiet li ilhom hemmhekk minn dejjem. “Il-mikroklima — li madankollu hija speċifika għall-parti tal-Punent kollha ta’ Sqallija — tippermetti li l-għeneb, inkluż l-għeneb gobelet, isir billi jikkonċentra kontenut għoli ta’ zokkor u polifenoli, li jippermetti li l-inbejjed jiġu mmaturati b’estratti għoljin. Fl-inħawi taż-żoni abitati, wieħed għadu jista’ jara l-farms karatteristiċi magħrufa bħala “bagli”, li fil-biċċa l-kbira jmorru lura għall-aħħar 250 sena, u li fihom oriġinarjament l-għeneb mill-artijiet fertili tal-madwar kien jinġieb biex isir inbid. Il-fattur uman jagħmel din iż-żona unika, benniena awtentika taċ-ċivilizzazzjoni Mediterranja tad-dwieli u tal-inbid. Huwa proprju hawnhekk fejn l-għarfien mifrux tal-bdiewa jimxi id f’id mal-kapaċità intraprenditorjali rikonoxxuta. Fil-fatt, it-taħlita feliċi tas-sistema enoloġika deskritta u t-tradizzjonijiet agrikoli u tal-produzzjoni tal-inbid wasslet għall-ħolqien ta’ kantini tal-inbid industrijali (wara tekniki tradizzjonali ta’ pproċessar u tqaddim) li huma l-uniċi produtturi ta’ dan l-inbid likur ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta.

11.   Rekwiżiti oħra applikabbli

Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga

L-imballaġġ, inkluż l-ibbottiljar, fiż-żona ġeografika definita

Qafas legali

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika definita

Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga

F’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-imballaġġ, inkluż l-ibbottiljar, irid isir fiż-żona ġeografika definita biex jiġu salvagwardjati l-kwalità u r-reputazzjoni, kif ukoll biex tiġi garantita u żgurata l-effikaċja tal-kontrolli.

Referenza elettronika (url) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.masaf.gov.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/23293

(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5127/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)