|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2090 |
30.7.2024 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2090
tad-29 ta’ Lulju 2024
li jawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta’ taħlita ta’ Latto-N-fukopentaożju u 2’-Fukosillattożju prodotta bl-użu ta’ razza derivattiva tal-Escherichia coli K-12 DH1 bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jiġi introdott fis-suq fl-Unjoni. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid. |
|
(3) |
Fl-1 ta’ Marzu 2021, il-kumpanija Glycom A/S (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni għal awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tintroduċi bħala ikel ġdid fis-suq tal-Unjoni taħlita ta’ Latto-N-fukopentaożju u 2’-Fukosillattożju (“it-taħlita ta’ LNFP-I /2’-FL”) miksuba mill-fermentazzjoni bil-mikrobi, bl-użu ta’ razza modifikata ġenetikament tal-E. coli K-12 DH1. L-applikant talab li t-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL tintuża fil-formula tat-trabi u fil-formula tal-prosegwiment kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), fil-prodotti tal-ħalib pasturizzati mhux aromatizzati u f’dawk sterilizzati mhux aromatizzati (inkluż dawk UHT), fil-prodotti ffermentati mhux aromatizzati u aromatizzati magħmulin mill-ħalib inkluż prodotti ttrattati bis-sħana, bars taċ-ċereali, xorb magħmul mill-ħalib u prodotti simili, fl-ikel ipproċessat magħmul miċ-ċereali u fl-ikel tat-trabi maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, fix-xarbiet (xorb aromatizzat, għajr xorb b’pH ta’ inqas minn 5), fis-sostituti tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, u fis-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali. Sussegwentement, fis-16 ta’ Jannar 2024, l-applikant immodifika t-talba inizjali fl-applikazzjoni dwar l-użu tat-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL fis-supplimenti tal-ikel, biex jeskludi mill-ambitu lit-trabi u lit-tfal ta’ taħt it-3 snin. Fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-użu, l-applikant ippropona wkoll li s-supplimenti tal-ikel li fihom it-taħlita LNFP-I /2’-FL jenħtieġ li ma jintużawx jekk dakinhar stess ikun ġie kkunsmat ikel ieħor miżjud b’LNFP-I /2’-FL. |
|
(4) |
Fl-1 ta’ Marzu 2021, l-applikant għamel ukoll talba lill-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ studji xjentifiċi proprjetarji u data li ġew ippreżentati b’appoġġ għall-applikazzjoni, jiġifieri, studju tal-kromatografija likwida-spettrometrija tal-massa (“LC-MS/MS”), u studju tal-kromatografija likwida-spettrometrija tal-massa f’tandem (“LC-MS/MS”), studju ta’ Riżonanza Manjetika Nukleari (“NMR”), u studju u riżultati tal-validazzjoni tal-metodu tal-Kromatografija Likwida bi Pressjoni Għolja – Detezzjoni tal-Aerosol Iċċarġjat (“HPLC-CAD”), għad-determinazzjoni tal-identità tat-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL (5); deskrizzjoni dettaljata taċ-ċertifikati tar-razza tal-produzzjoni tat-taħlita ġenetikament modifikata ta’ LNFP-I/2’-FL (6) u taċ-ċertifikati tar-razza tal-produzzjoni (7); speċifikazzjonijiet tal-materja prima u tal-għajnuna għall-ipproċessar (8); deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni (9); analiżijiet dettaljati tal-kompożizzjoni (10); ir-riżultati tal-istudji dwar l-istabbiltà (11); l-analiżijiet kwantitattivi tal-livelli ta’ LNFP-I u ta’ 2’-FL fil-ħalib tal-bniedem (12); il-valutazzjoni tal-konsum tat-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL (13); test reversiv tal-mutazzjoni batterika bit-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL (14); test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL (15); u, studju ta’ 90 jum dwar it-tossiċità orali fil-firien bit-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL (16). |
|
(5) |
Fl-1 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex twettaq valutazzjoni tat-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL miksuba mill-fermentazzjoni bil-mikrobi, bl-użu ta’ razza tal-produzzjoni modifikata ġenetikament derivata mir-razza ospitanti E. coli K-12 DH1, bħala ikel ġdid, f’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(6) |
Fis-26 ta’ Ottubru 2023, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of Lacto-N-fucopentaose I /2’-Fucosyllactose (‘LNFP-I /2’-FL’) mixture as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (17) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(7) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li t-taħlita ta’ LNFP-I /2’-FL prodotta b’użu ta’ razza derivattiva tal-E. coli K-12 DH1 hija sikura skont il-kundizzjonijiet tal-użu għall-popolazzjonijiet fil-mira li ġew proposti. Għalhekk, dik l-opinjoni xjentifika tipprovdi raġunijiet biżżejjed biex jiġi stabbilit li t-taħlita ta’ LNFP-I /2’-FL prodotta bl-użu ta’ razza derivattiva tal-E. coli K-12 DH1, meta tintuża fil-formula tat-trabi u fil-formula tal-prosegwiment kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, fil-prodotti tal-ħalib pasturizzati mhux aromatizzati u f’dawk sterilizzati mhux aromatizzati (inkluż dawk UHT), fil-prodotti ffermentati mhux aromatizzati u aromatizzati magħmulin mill-ħalib inkluż prodotti ttrattati bis-sħana, bars taċ-ċereali, xorb magħmul mill-ħalib u prodotti simili, fl-ikel ipproċessat magħmul miċ-ċereali u fl-ikel tat-trabi maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, fix-xarbiet (xorb aromatizzat, għajr xorb b’pH ta’ inqas minn 5), fis-sostituti tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, u fis-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(8) |
F’dik l-opinjoni, l-Awtorità kkonkludiet ukoll li għalkemm l-applikant ma pproponiex livelli massimi tal-użu għall-użu tat-taħlita LNFP-I/2’-FL fl-ikel għal skopijiet mediċi speċjali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013, jenħtieġ li l-livelli massimi użati f’dan it-tip ta’ ikel ma jkunux ogħla mil-livelli massimi speċifikati għall-użi proposti jew mil-livelli massimi tal-użu proposti għas-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE. Fid-dawl tal-fatt li l-użi tal-ikel il-ġdid huma proposti għas-supplimenti tal-ikel maħsuba għall-popolazzjoni ġenerali minbarra t-trabi u t-tfal żgħar, il-kundizzjonijiet tal-użu ta’ dan l-ikel il-ġdid jenħtieġ li jiddistingwu bejn ikel għal skopijiet mediċi speċjali maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar u dak maħsub għall-popolazzjoni ġenerali ta’ aktar minn 3 snin. Għalhekk, il-livelli massimi xierqa tal-ikel il-ġdid li huma proposti għall-użu fis-supplimenti tal-ikel jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kundizzjonijiet tal-użu skont l-età tal-popolazzjoni. |
|
(9) |
Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità qieset li ma setgħetx tasal għall-konklużjonijiet tagħha dwar is-sikurezza tat-taħlita ta’ LNFP-I /2’-FL prodotta bl-użu ta’ razza derivattiva tal-E. coli K-12 DH1 mingħajr l-istudji xjentifiċi u d-data ppreżentati b’appoġġ għall-applikazzjoni, jiġifieri l-istudji tal-LC-MS u l-LC-MS/MS, l-istudju tan-NMR, u l-istudju u r-riżultati tal-validazzjoni tal-metodu tal-HPLC-CAD għad-determinazzjoni tal-identità tat-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL; deskrizzjoni dettaljata taċ-ċertifikati tar-razza tal-produzzjoni tat-taħlita ġenetikament modifikata ta’ LNFP-I/2’-FL u taċ-ċertifikati tar-razza tal-produzzjoni; speċifikazzjonijiet tal-materja prima u tal-għajnuna għall-ipproċessar; deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni; analiżijiet dettaljati tal-kompożizzjoni; ir-riżultati tal-istudji dwar l-istabbiltà; l-analiżijiet kwantitattivi tal-livelli ta’ LNFP-I u ta’ 2’-FL fil-ħalib tal-bniedem; il-valutazzjoni tal-konsum tat-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL; test reversiv tal-mutazzjoni batterika bit-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL; test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL; u, studju ta’ 90 jum dwar it-tossiċità orali fil-firien bit-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL. |
|
(10) |
Il-Kummissjoni talbet lill-applikant biex jiċċara aktar il-ġustifikazzjoni pprovduta fir-rigward tal-pretensjoni proprjetarja tiegħu fuq dawk l-istudji u d-data xjentifiċi u biex jiċċara t-talba tiegħu għal dritt esklużiv ta’ referenza għalihom f’konformità mal-Artikolu 26(2), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(11) |
L-applikant iddikjara li kellu drittijiet proprjetarji u esklużivi ta’ referenza għall-istudji xjentifiċi u d-data dwar l-istudji tal-LC-MS u l-LC-MS/MS, l-istudji tan-NMR u l-istudju u r-riżultati tal-validazzjoni tal-metodu tal-HPLC-CAD għad-determinazzjoni tal-identità tat-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL; id-deskrizzjoni dettaljata taċ-ċertifikati tar-razza tal-produzzjoni tat-taħlita ġenetikament modifikata ta’ LNFP-I/2’-FL u taċ-ċertifikati tar-razza tal-produzzjoni; l-ispeċifikazzjonijiet tal-materja prima u tal-għajnuna għall-ipproċessar; id-deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni; l-analiżijiet dettaljati tal-kompożizzjoni; ir-riżultati tal-istudji dwar l-istabbiltà; l-analiżijiet kwantitattivi tal-livelli ta’ LNFP-I u ta’ 2’-FL fil-ħalib tal-bniedem; il-valutazzjoni tal-konsum tat-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL; it-test reversiv tal-mutazzjoni batterika bit-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL; it-test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL; u l-istudju ta’ 90 jum tat-tossiċità orali fil-firien bit-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL, skont il-liġi nazzjonali fiż-żmien li ppreżenta l-applikazzjoni, u li l-partijiet terzi ma jistgħux jaċċessaw, jużaw jew jirreferu b’mod legali għal dawk id-data u l-istudji. |
|
(12) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-informazzjoni kollha provduta mill-applikant u qieset li l-applikant wera b’mod sostanzjali t-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għaldaqstant, l-istudji xjentifiċi u d-data dwar l-istudji tal-LC-MS u l-LC-MS/MS, l-istudju tan-NMR u l-istudju u r-riżultati tal-validazzjoni tal-metodu tal-HPLC-CAD għad-determinazzjoni tal-identità tat-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL; deskrizzjoni dettaljata taċ-ċertifikati tar-razza tal-produzzjoni tat-taħlita ġenetikament modifikata ta’ LNFP-I/2’-FL u taċ-ċertifikati tar-razza tal-produzzjoni; speċifikazzjonijiet tal-materja prima u tal-għajnuna għall-ipproċessar; deskrizzjoni dettaljata tal-proċess tal-produzzjoni; analiżijiet dettaljati tal-kompożizzjoni; ir-riżultati tal-istudji dwar l-istabbiltà; l-analiżijiet kwantitattivi tal-livelli ta’ LNFP-I u ta’ 2’-FL fil-ħalib tal-bniedem; il-valutazzjoni tal-konsum tat-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL; test reversiv tal-mutazzjoni batterika bit-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL; test in vitro tal-mikronukleu taċ-ċelloli tal-mammiferi bit-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL; u l-istudju ta’ 90 jum tat-tossiċità orali fil-firien bit-taħlita ta’ LNFP-I/2’-F, jenħtieġ li jiġu protetti f’konformità mal-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-applikant biss ikun awtorizzat jintroduċi t-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL prodotta bl-użu ta’ razza derivattiva tal-E. coli K-12 DH1 fis-suq fl-Unjoni matul perjodu ta’ 5 snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
(13) |
Madankollu, ir-restrizzjoni tal-awtorizzazzjoni tat-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL prodotta bl-użu ta’ razza derivattiva tal-E. coli K-12 DH1 u r-referenza għall-istudji xjentifiċi u d-data li jinsabu fil-fajl tal-applikant għall-użu uniku ta’ dan tal-aħħar ma twaqqafx lill-applikanti sussegwenti milli japplikaw għal awtorizzazzjoni biex jintroduċu fis-suq l-istess ikel ġdid, dment li l-applikazzjoni tagħhom tkun ibbażata fuq informazzjoni li tkun inkisbet b’mod legali biex issostni din l-awtorizzazzjoni. |
|
(14) |
F’konformità mal-kundizzjonijiet tal-użu tas-supplimenti tal-ikel li fihom it-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL prodotta b’razza derivattiva tal-E. coli K-12 DH1 kif propost mill-applikant u vvalutat mill-Awtorità, jeħtieġ li l-konsumaturi jiġu infurmati permezz ta’ tikketta xierqa li s-supplimenti tal-ikel li fihom dak l-ikel il-ġdid jenħtieġ li ma jiġux ikkunsmati mit-trabi u mit-tfal ta’ taħt it-3 snin u jenħtieġ li ma jintużawx jekk dakinhar stess ikun ġie kkunsmat ikel ieħor miżjud bil-LNFP-I/2’-FL. |
|
(15) |
Jixraq li l-inklużjoni tat-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL prodotta bl-użu ta’ razza derivattiva tal-E. coli K-12 DH1 bħala ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid ikun fiha wkoll l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
|
(16) |
It-taħlita ta’ LNFP-I/2’-FL prodotta bl-użu ta’ razza derivattiva tal-E. coli K-12 DH1 jenħtieġ li tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. Għalhekk, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
|
(17) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(1) It-taħlita ta’ Latto-N-fukopentaożju u 2’-Fukosillattożju prodotta bl-użu ta’ razza derivattiva tal-E. coli K-12 DH1 hija awtorizzata li tiġi introdotta fis-suq fl-Unjoni.
It-taħlita ta’ Latto-N-fukopentaożju u 2’-Fukosillattożju prodotta bl-użu ta’ razza derivattiva tal-E. coli K-12 DH1 għandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.
(2) L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-kumpanija Glycom A/S (18) biss hija awtorizzata li tintroduċi l-ikel il-ġdid, imsemmi fl-Artikolu 1, fis-suq fl-Unjoni għal perjodu ta’ 5 snin mid-19 ta’ Awwissu 2024, sakemm ma jkunx hemm xi applikant sussegwenti li jikseb awtorizzazzjoni għal dak l-ikel il-ġdid mingħajr referenza għad-data xjentifika protetta skont l-Artikolu 3 jew bi qbil ma’ Glycom A/S.
Artikolu 3
L-istudji xjentifiċi u d-data li jinsabu fil-fajl tal-applikazzjoni u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 26(2) tar-Regolament (UE) 2015/2283 ma għandhiex tintuża għall-benefiċċju ta’ applikant sussegwenti għal perjodu ta’ 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament mingħajr qbil ma’ “Glycom A/S”.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/2283/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/2470/oj).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/609/oj).
(4) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/46/oj).
(5) Glycom A/S 2020 u 2022 (mhux ippubblikat).
(6) Glycom A/S 2020 u 2022 (mhux ippubblikat).
(7) Glycom A/S 2020 (mhux ippubblikat).
(8) Glycom A/S 2019 (mhux ippubblikat).
(9) Glycom A/S 2020 u 2022 (mhux ippubblikat).
(10) Glycom A/S 2020 u 2022 (mhux ippubblikat).
(11) Glycom A/S 2020, 2022 u 2023 (mhux ippubblikat).
(12) Glycom A/S 2021 (mhux ippubblikat).
(13) Glycom A/S 2022 (mhux ippubblikat).
B. Gilby 2020a (mhux ippubblikat).
(14) B. Gilby 2020a (mhux ippubblikat).
(15) B. Gilby 2020b (mhux ippubblikat).
(16) D. Sannard 2020 (mhux ippubblikat)
(17) EFSA Journal 2023;21e8412; https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.8412.
(18) Indirizz: Kogle Allé 4, 2970 Hørsholm, id-Danimarka.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-Tabella 1 (Ikel ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja f’ordni alfabetika:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja f’ordni alfabetiku:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2090/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)