|
13.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
275 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-8 ta’ Marzu 2005
dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Is-Seba' EDF) għas-sena finanzjarja 2003
(2005/255/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra ir-Raba' Konvenzjoni ta' l-ACP-KE, iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989, kif emendata bil-Ftehim iffirmat f'Mauritius fl-4 ta' Novembru 1995,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern 91/401/KEE dwar l-għajnuna finanzjarja u amministrattiva tal-Komunità taħt ir-raba' Konvenzjoni ta' l-ACP-KE (1), li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, is-Seba' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Is-Seba' EDF) u partikolarment l-Artikolu 33(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tad-29 ta' Lulju 1991 applikabbli għall-koperazzjoni ta' żvilupp finanzjarju taħt ir-Raba' Konvenzjoni ta' l-ACP-KE (2), u partikolarment l-Artikoli 69 sa 77 tiegħu,
Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta' l-infiq u l-balance sheet relatati ma' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2003 u r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (3),
|
(1) |
Billi skond l-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għat-tmexxija finanzjarja tas-Seba' EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
|
(2) |
Billi l-implimentazzjoni totali mill-Kummissjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF matul is-sena finanzjarja 2003 kienet sodisfaċenti, |
B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF għas-sena finanzjarja 2003.
Magħmula fi Brussel, nhar it-8 ta’ Marzu 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-C. JUNCKER
(1) ĠU L 229, 17.8.1991, p. 288.