Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Marzu 2005 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Is-Seba' EDF) għas-sena finanzjarja 2003
Official Journal L 077 , 23/03/2005 P. 0013 - 0013
Official Journal L 159 , 13/06/2006 P. 0275 - 0275
Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Marzu 2005 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Is-Seba' EDF) għas-sena finanzjarja 2003 (2005/255/KE) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra ir-Raba' Konvenzjoni ta' l-ACP-KE, iffirmata f'Lomé fil- 15 ta' Diċembru 1989, kif emendata bil-Ftehim iffirmat f'Mauritius fl- 4 ta' Novembru 1995, Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern 91/401/KEE dwar l-għajnuna finanzjarja u amministrattiva tal-Komunità taħt ir-raba' Konvenzjoni ta' l-ACP-KE [1], li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, is-Seba' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (Is-Seba' EDF) u partikolarment l-Artikolu 33(3) tiegħu, Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tad- 29 ta' Lulju 1991 applikabbli għall-koperazzjoni ta' żvilupp finanzjarju taħt ir-Raba' Konvenzjoni ta' l-ACP-KE [2], u partikolarment l-Artikoli 69 sa 77 tiegħu, Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta' l-infiq u l-balance sheet relatati ma' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF kif kienu fil- 31 ta' Diċembru 2003 u r-rapport tal-Qorti ta' l-Awdituri għas-sena finanzjarja 2003 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni [3], (1) Billi skond l-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għat-tmexxija finanzjarja tas-Seba' EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. (2) Billi l-implimentazzjoni totali mill-Kummissjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF matul is-sena finanzjarja 2003 kienet sodisfaċenti, B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta' l-implimentazzjoni ta' l-operazzjonijiet tas-Seba' EDF għas-sena finanzjarja 2003. Magħmula fi Brussel, nhar it- 8 ta’ Marzu 2005. Għall-Kunsill Il-President J.-C. Juncker [1] ĠU L 229, 17.8.1991, p. 288. [2] ĠU L 266, 21.9.1991, p. 1. [3] ĠU C 293, 30.11.2004, p. 315. --------------------------------------------------