IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 16.7.2021
COM(2021) 394 final
ANNESS
tal-
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE rigward emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet
(Linja baġitarja PA 13 17 01 - Azzjoni preparatorja fuq ir-Riċerka dwar id-Difiża)
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru […]
ta’ […]
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE,
dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1)Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE f’azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-Azzjoni Preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-difiża.
(2)Huwa xieraq li din il-kooperazzjoni tkompli wara l-31 ta’ Diċembru 2020, irrispettivament minn meta din id-Deċiżjoni tkun adottata jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, jekk ikun hemm, jiġix innotifikat wara l-10 ta’ Lulju 2021.
(3)Għalhekk, jenħtieġ li l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat biex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista’ tibda sseħħ mill-1 ta’ Jannar 2021,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:
“14.(a)L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 2021, jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Unjoni relatati mal-linja baġitarja li ġejja, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021:
-PA 13 17 01: “Azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-difiża”
(b)L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a) skont l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim.
(c)L-Iżlanda u l-Liechtenstein ma għandhomx jipparteċipaw f’din l-azzjoni preparatorja, u ma għandhomx jikkontribwixxu finanzjarjament għall-attivitajiet imsemmija fil-punt (a).”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.
Hija għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, […].
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
[…]
Is-Segretarji
Tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
[…]
Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA
għad-Deċiżjoni Nru [...] li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE biex titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fl-azzjoni preparatorja tal-Unjoni fuq ir-riċerka dwar id-difiża
[għall-adozzjoni mad-Deċiżjoni u għall-pubblikazzjoni fil-ĠU]
Din id-Deċiżjoni testendi l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti biex titkompla l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA tal-Unjoni għal azzjoni preparatorja fuq ir-riċerka dwar id-Difiża. L-Istati tal-EFTA jaħsbu li kwistjonijiet ta’ difiża jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE, u għalhekk li l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ma testendix il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim taż-ŻEE biex tinkludi kwistjonijiet ta’ difiża lil hinn mill-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA f’dik l-azzjoni preparatorja. L-Istati tal-EFTA jisħqu wkoll li l-Iżlanda u l-Liechtenstein ma għandhomx jipparteċipaw, jew jikkontribwixxu finanzjarjament, għal din l-azzjoni preparatorja.