|
14.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 226/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10288 — DH 13/RFR Immo4/Bürogebäude)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 226/06)
1.
Fit-3 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Demire Holding XIII GmbH (“DH 13”), ikkontrollata minn DEMIRE Deutschland Mittelstand Real Estate AG (“DEMIRE”, il-Ġermanja), |
|
— |
RFR Immobilien 4 GmbH (“RFR Immo4”, il-Ġermanja), ikkontrollata mill-grupp RFR Holding LLC (“RFR Group”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
JV Theodor-Heus-Allee GmbH (il-Ġermanja), ikkontrollata minn RFR Immo4. |
DH 13 u RFR Immo4 jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ JV Theodor-Heuss-Allee GmbH.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
DH 13: DH 13 u DEMIRE, it-tnejn bil-kwartieri ġenerali f’Langen, il-Ġermanja, huma attivi fis-suq tal-kiri, il-ġestjoni u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fil-Ġermanja, |
|
— |
RFR Immo4: RFR Immo 4, bil-kwartieri ġenerali fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja, hija attiva fis-suq tal-kiri, il-ġestjoni u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fil-Ġermanja. Il-grupp RFR, bil-kwartieri ġenerali fi New York, l-Istati Uniti tal-Amerka, huwa attiv fiż-Żona Ekonomika Ewropea u fl-Istati Uniti tal-Amerka fis-suq għall-kiri, il-ġestjoni u l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli kummerċjali fil-Ġermanja. |
|
— |
JV Theodor-Heuss-Allee GmbH: bil-kwartieri ġenerali fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja, hija attiva fl-akkwist, il-ġestjoni u l-kiri tal-bini ta’ uffiċċji f’Theodor-Heuss-Allee 100 fi Frankfurt am Main. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10288 — DH 13/RFR Immo4/Bürogebäude
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Europäische Kommission |
|
Generaldirektion Wettbewerb |
|
Registratur Fusionskontrolle |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).