Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET - Kapitolu 1: L-istituzzjonijiet - Taqsima 5: Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu 277 (ex Artikolu 241 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0166 - 0166
Artikolu 277 (ex Artikolu 241 TKE) Minkejja l-iskadenza tal-perijodu stabbilit fis-sitt subparagrafu ta' l-Artikolu 263 kwalunkwe parti tista', fi proċedimenti li fihom ikun hemm involut att ta' applikazzjoni ġenerali adottat minn istituzzjoni, korp jew organu ta' l-Unjoni, tinvoka l-eċċezzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 263 sabiex tinvoka l-inapplikabbiltà ta' dak l-att quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea. --------------------------------------------------