|
9.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 347/231 |
P9_TA(2022)0060
Ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinsabu fit-terminal Franċiż tal-mina taħt il-Kanal Ingliż *
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Marzu 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/118/KE u d-Direttiva (UE) 2020/262 (riformulazzjoni) fir-rigward tal-ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinsabu fit-terminal Franċiż tal-mina taħt il-Kanal Ingliż (COM(2021)0817 – C9-0016/2022 – 2021/0418(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
(2022/C 347/24)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2021)0817), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0016/2022), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0035/2022), |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |