|
11.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/20 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/38/UE
tal-10 ta’ Marzu 2014
li temenda l-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill safejn huwa kkonċernat it-tniġġis akustiku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 30(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Rekwiżiti nazzjonali iktar stretti rigward l-istorbju li joħolqu vetturi ferrovjarji ġodda u aġġornati għandhom jiġu evitati minħabba li jistgħu jaffettwaw l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja b’mod negattiv. Għalhekk, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/232/KE (2) u 2011/229/UE (3) li ġew adottati skont id-Direttiva 2008/57/KE jistabbilixxu livelli massimi ta’ storbju għal vetturi ferrovjarji ġodda ta’ veloċità għolja u għal vetturi konvenzjonali. |
|
(2) |
Il-punt 1.4.4. tal-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE jistipula li t-tħaddim tas-sistema ferrovjarja għandu jirrispetta r-regolamenti eżistenti dwar it-tniġġis akustiku. Dan ir-rekwiżit essenzjali hu meħtieġ biex jiġu speċifikati l-parametri bażiċi dwar l-istorbju skont kif stabbilit fil-punti 4.2.1, 4.2.2 u 4.2.3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/229/UE u fil-punti 4.2.6.5.2., 4.2.6.5.3., 4.2.6.5.4. u 4.2.7.6. tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/232/KE. |
|
(3) |
Il-punt 1.4.4 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE jagħmel referenza għal regolamenti eżistenti li ma tingħatax aktar informazzjoni speċifika dwarhom. Għalhekk, sabiex tiġi evitata kwalunkwe ambigwità u biex jiġi stipulat l-għan ġenerali maħsub ta’ din id-Direttiva rigward l-istorbju, dak il-punt għandu jiġi emendat. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat li ġiet stabbilita skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Il-punt 1.4.4 tal-Anness III tad-Direttiva 2008/57/KE jiġi mibdul b’dan li ġej:
|
“1.4.4. |
Id-disinn u t-tħaddim tas-sistema ferrovjarja m’għandhomx iwasslu għal livell inammissibbli ta’ storbju maħluq minnha stess:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jiġu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2015. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-dritt nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
3. L-obbligi għat-traspożizzjoni u l-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għar-Repubblika ta’ Ċipru u għar-Repubblika ta’ Malta sakemm ma tiġix stabbilita sistema ferrovjarja fit-territorji tagħhom.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/232/KE tal-21 ta’ Frar 2008 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà (STI) rigward is-subsistema vetturi ferrovjarji tas-sistema ferrovjarja tranżEwropea ta’ veloċità għolja (ĠU L 84, 26.3.2008, p. 132)
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/229/UE tal-4 ta’ April 2011 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistema “vetturi ferrovjarji – storbju” tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (ĠU L 99, 13.4.2011, p. 1)