<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-144/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CO0144</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:757">EU:C:2021:757</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>4</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tas-<DATE ISO="20210917">17.9.2021</DATE> – Kawża C‑144/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Il-Parlament vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P><P><DATE ISO="20210917">17 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Intervent</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Talba mressqa minn aġenzija tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD><HT TYPE="ITALIC">Locus standi</HT> sabiex tintervjeni f’tilwima bejn istituzzjonijiet tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Interess fis-soluzzjoni tat-tilwima</KEYWORD><KEYWORD>Ammissjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C‑144/21,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE, ippreżentat fil-<DATE ISO="20210305">5 ta’ Marzu 2021</DATE>,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn L. Visaggio u M. Menegatti kif ukoll minn C. Ionescu Dima, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn R. Lindenthal u K. Mifsud‑Bonnici, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-PRESIDENT TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li ra l-proposta ta’ J.-C. Bonichot, Imħallef Relatur,</VISA><VISA>wara li nstemgħat l-Avukata Ġenerali, J. Kokott,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>jagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tiegħu, il-Parlament Ewropew jitlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8797 tat-<DATE ISO="20201218">18 ta’ Diċembru 2020</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) li tagħti awtorizzazzjoni parzjali għal ċertu użu tat-triossidu tal-kromu skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20061218">18 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament<?PAGE NO="2"?> (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="396" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 396, p. 1</REF.DOC.OJ>, u rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="136" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 136, p. 3</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 141, p. 22</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="036" PAGE.FIRST="84" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 36, p. 84</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Regolament REACH<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20210527">27 ta’ Mejju 2021</DATE>, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) talbet, abbażi tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tintervjeni f’din il-kawża insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha għal intervent, l-ECHA tafferma li għandha interess fis-soluzzjoni tat-tilwima għar-raġuni li hija pparteċipat fil-proċedura ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, peress li l-Kumitat għall-Istima tar-Riskji u l-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-Ekonomika tagħha abbozzaw, skont l-Artikolu 64(4) tar-Regolament REACH, opinjonijiet dwar it-talba għal awtorizzazzjoni li ttieħdu inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-ECHA, ir-rikorrent jikkontesta indirettament il-fondatezza ta’ dawn l-opinjonijiet billi jsostni li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-Artikolu 60(4) u (7) tar-Regolament REACH. Hija ssostni wkoll li din il-kawża jista’ jkollha konsegwenzi fuq il-mod kif iż-żewġ kumitati tagħha għandhom jevalwaw it-talbiet għal awtorizzazzjoni fil-futur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20210618">18 ta’ Ġunju 2021</DATE>, il-Parlament talab li din it-talba għal intervent tiġi miċħuda. Huwa jqis li t-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tipprekludi li l-ECHA tintervjeni f’kawża li tikkonċerna tilwima bejn żewġ istituzzjonijiet. Huwa jżid jgħid, sussidjarjament, li l-ECHA ma għandhiex interess fis-soluzzjoni tat-tilwima.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għal intervent</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jintervjenu fil-kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Skont l-ewwel sentenza tat-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu, l-istess dritt jappartjeni lill-korpi u lill-organi tal-Unjoni u lil kull persuna oħra, jekk dawn ikunu jistgħu juru li għandhom interess fis-soluzzjoni tat-tilwima mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>It-tieni sentenza tat-tieni paragrafu tal-imsemmi artikolu teskludi, madankollu, l-intervent ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi fil-kawżi bejn Stati Membri, bejn istituzzjonijiet tal-Unjoni jew bejn Stati Membri, minn naħa, u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-kliem u mill-istruttura tal-imsemmija dispożizzjoni jirriżulta li l-esklużjoni li hija tipprevedi ma tapplikax għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>korpi<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> u għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>organi tal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Konsegwentement, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-korpi jew l-organi tal-Unjoni, bħall-ECHA, jistgħu jintervjenu f’tilwima mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi bejn l-Istati Membri, bejn istituzzjonijiet tal-Unjoni jew bejn Stati Membri, minn naħa, u istituzzjonijiet tal-Unjoni, min-naħa l-oħra, bil-kundizzjoni li dawn jiġġustifikaw <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>interess fir-riżultat ta’ xi kawża [fis-soluzzjoni tat-tilwima]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>interess fir-riżultat ta’ xi kawża [fis-soluzzjoni tat-tilwima]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għandu jiġi ddefinit fid-dawl tas-suġġett innifsu tat-tilwima u għandu jinftiehem li jfisser interess dirett u attwali fl-eżitu tat-talbiet innifishom, u mhux interess fir-rigward tal-motivi jew tal-argumenti mqajma. Fil-fatt, il-kelmiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>riżultat ta’ xi kawża<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> jirreferu għad-deċiżjoni finali mitluba, hekk kif tkun stabbilita fid-dispożittiv tas-sentenza li jkollha tingħata (ara, b’mod partikolari, id-digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180705">5 ta’ Lulju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Uniwersytet Wrocławski u Il-Polonja vs REA</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑515/17 P u C‑561/17 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:553">EU:C:2018:553</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Bħala prinċipju, interess fis-soluzzjoni tat-tilwima jista’ jitqies li huwa suffiċjentement dirett biss sa fejn din is-soluzzjoni tkun ta’ natura li tbiddel il-pożizzjoni legali tal-persuna li tressaq talba għal intervent (digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200430">30 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs HSBC Holdings <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑806/19 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:364">EU:C:2020:364</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-korpi u l-organi tal-Unjoni, b’differenza mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi, jistgħu jitolbu li jintervjenu f’kawża mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mhux sabiex jiddefendu interessi privati jew, bħal fil-każ tal-assoċjazzjonijiet, interessi marbuta mal-għan soċjali tagħhom, bħad-difiża tal-ambjent, iżda pjuttost meta, bħal fil-każ ineżami, l-att li jkun wassal għall-kawża jkun ġie adottat fi tmiem proċedura li fiha l-korp jew l-organu inkwistjoni kellu rwol, sabiex jiddefendi l-opinjoni li jkun ta jew l-evalwazzjonijiet li jkun wettaq fil-kuntest ta’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għal dak li jirrigwarda t-talbiet għal intervent tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni, għandha tiġi applikata l-kundizzjoni dwar l-eżistenza ta’ interess dirett u attwali fis-soluzzjoni tat-tilwima b’mod li jirrifletti din l-ispeċifiċità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Għalhekk, għal dak li jirrigwarda t-talbiet għal intervent f’tilwima li jkollha bħala suġġett l-annullament ta’ att tal-Unjoni ppreżentati minn korpi u organi tal-Unjoni, hemm lok li jitqies li r-rekwiżit ta’ interess dirett u attwali għas-soluzzjoni ta’ tali tilwima min-naħa ta’ dan il-korp jew ta’ dan l-organu jkun issodisfatt, b’mod partikolari, jekk dan il-korp jew organu jkun f’pożizzjoni li jistabbilixxi li l-att tal-Unjoni inkwistjoni kien ġie adottat fi tmiem proċedura li fiha, konformement mad-dritt tal-Unjoni, kienet prevista l-parteċipazzjoni tiegħu, skont il-każ, permezz tal-adozzjoni ta’ opinjoni jew tat-twettiq ta’ evalwazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Issa, dan huwa l-każ f’din il-kawża. Fil-fatt, huwa paċifiku li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji u l-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-Ekonomika tal-ECHA abbozzaw, konformement mal-Artikolu 64(4) tar-Regolament REACH, opinjonijiet dwar it-talba għal awtorizzazzjoni għal ċertu użu tat-triossidu tal-kromu, li ttieħdu inkunsiderazzjoni mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li tiġi ammessa, konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 40 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 131(3) tar-Regoli tal-Proċedura, it-talba għal intervent tal-ECHA insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-drittijiet proċedurali tal-intervenjenti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li t-talba għal intervent hija ammessa, l-ECHA għandha tirċievi komunikazzjoni, b’applikazzjoni tal-Artikolu 131(3) tar-Regoli tal-Proċedura, tal-atti proċedurali kollha nnotifikati lill-partijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li din it-talba tressqet fit-terminu ta’ sitt ġimgħat previst fl-Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura, l-ECHA tista’, konformement mal-Artikolu 132(1) ta’ dawn ir-regoli, tippreżenta nota ta’ intervent f’terminu ta’ xahar wara l-komunikazzjoni msemmija fil-punt preċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-ECHA tista’ tippreżenta osservazzjonijiet orali jekk tiġi organizzata seduta għas-sottomissjonijiet orali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 137 tar-Regoli tal-Proċedura, deċiżjoni dwar l-ispejjeż għandha tingħata fis-sentenza jew fid-digriet li jagħlaq l-istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, peress li t-talba għal intervent tal-ECHA ntlaqgħet, hemm lok li l-ispejjeż marbuta mal-intervent tagħha jiġu rriżervati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jordna:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) hija ammessa tintervjeni fil-Kawża C‑144/21 insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Kopja tal-atti proċedurali kollha għandha tiġi nnotifikata lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) mir-Reġistratur.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Għandu jiġi stabbilit terminu għall-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) sabiex tippreżenta nota ta’ intervent.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż relatati mal-intervent tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>