9.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9688 — Cinven/Astorg/LGC Science Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 5/03)

1.   

Fid-19 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Cinven Capital Management (VII) Gerenal Partner Limited (“Cinven”, ir-Renju Unit),

—

Astorg Asset Management S.à r.l. (“Astorg”, il-Lussemburg), u

—

LGC Science Group Holdings Limited (“LGC”, ir-Renju Unit).

Cinven u Astorg jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ LGC kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Cinven hija negozju Ewropew ta’ ekwità privata impenjata fil-provvista ta’ ġestjoni tal-investiment u servizzi ta’ konsulenza dwar l-investiment lil għadd ta’ fondi tal-investiment,

—

Astorg hija ditta Ewropea indipendenti ta’ ekwità privata b’aktar minn EUR 8 biljun ta’ assi ġestiti, u

—

LGC hija impriża prinċipali ta’ grupp ta’ kumpaniji impenjati fil-provvista ta’ għodda tal-kejl, skemi ta’ ittestjar tal-profiċjenza, standards tal-assigurazzjoni tal-katina tal-provvista, reaġenti ġenomiċi u strumentalizzazzjoni u servizzi ta’ riċerka u kejl.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9688 — Cinven/Astorg/LGC Science Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.