21.12.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 460/43


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9174 — Aunde/Brose/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 460/25)

1.   

Fit-12 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AUNDE Group SE (“Aunde”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Aunde,

—

Brose Fahrzeugteile GmbH & Co. KG, Coburg (“Brose”, il-Ġermanja), li tappartjeni għall-grupp Brose,

—

impriża konġunta (joint venture, JV) li għadha kif inħolqot (“il-JV”, il-Ġermanja).

Aunde u Brose jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-JV.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’joint venture.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Aunde: tiżviluppa u tipproduċi tapizzerija u tessuti tekniċi, kif ukoll covers tas-seats għall-manifatturi tal-karozzi permezz tal-marki tad-ditta Aunde, Isringhausen u Fehrer,

—   Brose: tipproduċi l-istrutturi tas-seats għall-karozzi tal-passiġġieri,

—   il-JV: se tkun attiva fl-assemblaġġ u fil-provvista ta’ seats kompluti tal-karozzi għall-karozzi tal-passiġġieri.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9174 — Aunde/Brose/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.