10.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 427/14


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10041 — PAI/Addo/ComplEat)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 427/08)

1.   

Fit-3 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

PAI Partners SAS, (“PAI”, Franza),

—

Addo Food Group (Holdings) Ltd, (“Addo”, ir-renju Unit),

—

ComplEat Food Group Limited (“ComplEat”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Helsinki Topco Limited (“Helsinki Topco”, ir-Renju Unit).

PAI takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet il-kontroll tat-totalità ta’ Addo and ComplEat.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

PAI: attivitajiet ta’ ġestjoni u/jew konsulenza għal għadd ta’ fondi li huma sidien ta’ kumpaniji attivi f’varjetà ta’ setturi tan-negozju, bħas-servizzi tan-negozju, l-ikel u l-oġġetti tal-konsumatur, l-industriji ġenerali, il-kura tas-saħħa, u l-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni,

—

Addo: il-manifattura u l-provvista ta’ prodotti tal-ikel, li jiffukaw fuq prodotti tal-għaġina mkessħa li mhumiex ħelwin,

—

ComplEat: il-manifattura u l-provvista ta’ prodotti tal-ikel, b’enfasi fuq il-laħam ipproċessat, iż-żebbuġ u l-antipasti.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10041 — PAI/Addo/ComplEat

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.