6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 62/2011

tal-1 ta’ Lulju 2011

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/684/UE tal-10 ta’ Novembru 2010 li temenda Parti 1 tal-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE dwar il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-annimali minn azjendi (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/695/UE tas-17 ta’ Novembru 2010 li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent li l-Estonja, il-Latvja u l-Komunità Awtonoma tal-Gżejjer Baleariċi fi Spanja huma uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) u li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li l-Estonja hija uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi fir-rigward tal-merħliet tal-bovini (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għall-Iżlanda u għal-Liechtenstein,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punti 9 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 4.1 u l-punt 15 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE) fil-Parti 8.1:

“—

32010 D 0684: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/684/UE tal-10 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 62).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punti 14 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE) u 70 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE) fil-Parti 4.2:

“—

32010 D 0695: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/695/UE tas-17 ta’ Novembru 2010 (ĠU L 303, 19.11.2010, p. 14).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2010/684/UE u 2010/695/UE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 58, 3.3.2011, p. 69.

(2)   ĠU L 293, 11.11.2010, p. 62.

(3)   ĠU L 303, 19.11.2010, p. 14.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.