21.1.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 18/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2010

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim ta’ Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni

(2011/33/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 114, 168, 169, 172, 173(3), 188 u 192, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (1), dwar Ftehim ta’ Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina fir-rigward tal-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fit-22 ta’ Novembru 2010.

(2)

Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll dwar il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jsitabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim ta’ Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni (2) (minn issa “il-Protokoll”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 10 tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni ser tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)   ĠU L 49, 19.2.1998, p. 3.

(2)  Ara paġna 3 ta’ dan Il-Ġurnal Uffiċjali.