European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2024/1596

15.2.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11247 — INEOS / CERTAIN ASSETS OF TOTALENERGIES)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/1596)

1.   

Fis-7 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Ineos AG (‘Ineos’, l-Iżvizzera),

—

Ċerti assi u kuntratti fis-sit petrokimiku ta’ Lavéra, kif ukoll partijiet tal-pipeline tal-etilen tal-Assi tal-Lvant konness (il-“Mira”, Franza), li l-biċċa l-kbira tagħhom bħalissa huma operati b’mod konġunt ma’ TotalEnergies Petrochemicals France SA u TotalEnergies Petrochemicals & Refining SA.

Ineos se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma, assi u kuntratti.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Ineos hija manifattur globali ta’ petrokimiċi, kimiċi ta’ speċjalità u prodotti oħra taż-żejt,

—

Il-Mira tikkostitwixxi l-assi u l-kuntratti tal-manifattura li ġejjin fis-sit petrokimiku ta’ Lavéra: (i) unità tal-ikkrekkjar bl-istim tal-etilen (Naphtachimie SA, “Naphtachimie”), (ii) unità tal-aromatiċi (GIE Pour l’extraction des Aromatiques du Sud-Est, “Gexaro”), (iii) unità tal-polipropilen (Appryl SNC, “Appryl”), (iv) infrastruttura għall-ħżin tan-nafta (“GIE 3TC”), u (v) ċerti kuntratti, listi tal-klijenti u inventarju relatati; kif ukoll partijiet tal-pipeline tal-etilen tal-Assi tal-Lvant konness.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li dejjem tiġi speċifikata r-referenza li ġejja:

M.11247 — INEOS / CERTAIN ASSETS OF TOTALENERGIES

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz tal-posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-‘Regolament dwar l-Għaqdiet’).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1596/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)