6.10.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 262/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 80/2011

tal-1 ta’ Lulju 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2011 tal-20 ta’ Mejju 2011 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/640/UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/920/KE u 2008/231/KE dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku” tas-sistemi ferrovjarji trans-Ewropej konvenzjonali u ta’ veloċità għolja (2), għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 37k (Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE):

“—

32010 D 0640: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/640/UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 29).”

2.

Dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 37ae (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/231/KE):

“, kif emendata permezz ta’:

—

32010 D 0640: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/640/UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 29).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2010/640/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 196, 28.7.2011, p. 38.

(2)   ĠU L 280, 26.10.2010, p. 29.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.