52008PC0730

Opinjoni tal-Kummissjoni dwar ir-rikjesta tar-Renju Unit li taċċetta r-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) /* KUMM/2008/0730 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 7.11.2008

KUMM(2008) 730 finali

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

dwar ir-rikjesta tar-Renju Unit li taċċetta r-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

dwar ir-rikjesta tar-Renju Unit li taċċetta r-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I)

1. INTRODUZZJONI

1. Fis-17 ta’ Ġunju 2008, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-Regolament 593/2008)[1]. F’konformità mal-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, ir-Renju Unit ma pparteċipax fl-adozzjoni tal-imsemmi Regolament.

2. Madanakollu, bis-saħħa tal-Artikolu 4 tal-imsemmi Protokoll, ir-Renju Unit “[jista’] f'kull żmien wara l-adozzjoni ta' xi miżura mill-Kunsill skont it-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jinnotifika[w] lill-Kunsill u lill-Kummissjoni l-intenzjoni tagħhom li jaċċettaw dik il-miżura. F'dak il-każ, il-proċedura prevista fl-Artikolu 11(3) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea tapplika mutatis mutandis .”

3. Permezz ta' ittra tal-24 ta’ Lulju 2008, irċevuta mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Lulju 2008, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar ix-xewqa tiegħu li jaċċetta r-Regolament 593/2008.

4. Skont l-Artikolu 11A tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar il-kooperazzjoni msaħħa, li wkoll japplika mutatis mutandis , tapplika l-proċedura li ġejja: “Kull Stat Membru li jixtieq jipparteċipa f’kooperazzjoni msaħħa stabbilita skont l-Artikolu għandu jgħarraf bl-intenzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, li għandha tagħti opinjoni lill-Kunsill fi żmien tliet xhur mid-data tar-riċevuta ta’ dik in-notifika. Fi żmien erba' xhur mid-data tar-riċevuta ta’ dik in-notifika, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwarha u dwar arranġamenti speċifiċi kif ikun jidhrilha.”

5. Skont it-termini tal-imsemmi Artikolu, il-Kummissjoni tagħti l-opinjoni li ġejja lill-Kunsill.

2. OPINJONI

Il-Kummissjoni tilqa’ t-talba tar-Renju Unit li jaċċetta r-Regolament 593/2008 li huma element ċentrali tal-aqcuis Komunitarju fil-qasam tal-ġustizzja ċivili. Għalhekk hija tagħti opinjoni pożittiva dwar l-imsemmija parteċipazzjoni.

Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għar-Renju Unit fil-jum tan-notifika lir-Renju Unit dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni f’rabta mat-talba tiegħu. Bħal fil-każ tal-Istati Membri l-oħra, għandu japplika mis-17 ta’ Diċembru 2009, għajr l-Artikolu 26 li għandu japplika mis-17 ta’ Ġunju 2009.

[1] ĠU L 177 tal-4 ta’ Lulju 2008, p. 6.