|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2320 |
16.10.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2026/2320
tat-13 ta’ Ottubru 2026
dwar il-ħatra tal-Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI Golf tal-Guinea) (EUSDI/2/2026)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1599 tat-3 ta’ Awwissu 2023 dwar Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti bl-għan li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI Golf tal-Guinea), inkluż deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ. |
|
(2) |
Fl-4 ta’ Diċembru 2025, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2472 (2), li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599 u li testendi l-mandat tal-EUSDI Golf tal-Guinea mill-11 ta’ Diċembru 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2027. |
|
(3) |
Fid-9 ta’ Diċembru 2025, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2025/2533 (3), li testendi l-mandat tas-Sur Philippe CHEVET bħala Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-EUSDI Golf tal-Guinea mill-11 ta’ Diċembru 2025 sad-19 ta’ Ottubru 2026. |
|
(4) |
Fit-22 ta’ Settembru 2026, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sur Paulo Antonio PEREIRA SOARES bħala Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-EUSDI Golf tal-Guinea mill-20 ta’ Ottubru 2026 sad-19 ta’ Ottubru 2027. |
|
(5) |
Jenħtieġ li tittieħed deċiżjoni dwar il-ħatra tas-Sur Paulo Antonio PEREIRA SOARES bħala Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-EUSDI Golf tal-Guinea mill-20 ta’ Ottubru 2026 sad-19 ta’ Ottubru 2027, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Paulo Antonio PEREIRA SOARES huwa maħtur Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI Golf tal-Guinea) mill-20 ta’ Ottubru 2026 sad-19 ta’ Ottubru 2027.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
L. FEENEY
(1) ĠU L 196, 4.8.2023, p. 25, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/1599/oj.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/2472 tal-4 ta’ Diċembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1599 dwar Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (ĠU L, 2025/2472, 5.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2472/oj).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2025/2533 tad-9 ta’ Diċembru 2025 li testendi l-mandat tal-Kap taċ-Ċellola Ċivili ta’ Kmand u Appoġġ tal-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea (EUSDI/3/2025) (ĠU L, 2025/2533, 11.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2533/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2320/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)