|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4427 |
10.7.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il- M.11583 – MARCEGAGLIA STEEL / ASCOMETAL FOS-SUR-MER)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għall-proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4427)
1.
Fit-3 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Marcegaglia Holding S.r.l. (“Marcegaglia”, l-Italja), |
|
— |
Ascometal Fos-sur-Mer SAS (“Ascometal Fos-sur-Mer”, Franza), attwalment ikkontrollata minn Swiss Steel Holding AG (l-Iżvizzera). |
Marcegaglia se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Ascometal Fos-sur-Mer kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni ssir bix-xiri tal-assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Marcegaglia permezz ta’ Marcegaglia Steel S.p.A topera f’36 pajjiż madwar id-dinja kollha u hija attiva fis-settur tal-azzar, b’enfasi fuq il-kummerċ u l-ipproċessar tal-azzar. Prinċipalment tipproduċi prodotti tal-azzar bil-karbonju, iżda wkoll, sa ċertu punt, prodotti ċatti u twal tal-azzar inossidabbli, |
|
— |
Ascometal Fos-sur-Mer hija produttur ta’ prodotti twal tal-azzar speċjalizzati. Ascometal Fos-sur-Mer għandha fabbrika li tinsab f’Fos-sur-Mer fi Franza u hija prinċipalment attiva fl-UE. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11583 – MARCEGAGLIA STEEL / ASCOMETAL FOS-SUR-MER
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) OJ L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4427/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)