European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1724

17.6.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1724

tas-17 ta’ Ġunju 2024

li jimplimenta l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta’ April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ April 2010, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 356/2010.

(2)

Fil-21 ta’ Mejju 2024, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 2713 (2023) tal-KSNU dwar Al-Shabaab approva ż-żieda ta’ tliet persuni mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 356/2010 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ġunju 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MARON


(1)   ĠU L 105, 27.4.2010, p. 1.


ANNESS

Il-persuni li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fit-taqsima “I. Persuni” fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 356/2010:

I.   Persuni

“23.   Abdikadir Mohamed Abdikadir (magħruf ukoll bħala: a) Abdukadir b) Abdukadir Mohamed Abdukadir c) Abdulkadir d) Abdulkadir Mohamed Abdulkadir e) Ikrima)

Deżinjazzjoni: Mexxej għoli ta' Al-Shabaab

Data tat-Twelid: 1985

Nazzjonalità: Somalja, Kenja

Indirizz: Somalja

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 21 ta' Mejju 2024

Sess: raġel

Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 26(b) tar-riżoluzzjoni 2662 (2022): (i) il-parteċipazzjoni fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija, jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem, jew b'appoġġ għal Al-Shabaab u (iii) ir-reklutaġġ għal atti jew attivitajiet ta' Al-Shabaab jew ta' kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, sottogrupp dissidenti jew derivattiv tagħhom, jew l-appoġġ bi kwalunkwe mod ieħor għal dawn l-attivitajiet.

24.   Mohamed Mohamud Mire (magħruf ukoll bħala: Mohamed Mire)

Deżinjazzjoni: membru ta' Shura ta' Al-Shabaab

Data tat-twelid: a) 1962 b) 1960 c) 1955

Post tat-twelid: Kismaayo, is-Somalja

Nazzjonalità: Somalja

Indirizz: a) Jilib, is-Somalja b) Qunyo Barrow, is-Somalja

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 21 ta' Mejju 2024

Sess: raġel

Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 26 tar-riżoluzzjoni 2662 (2022): (a) kien involut fi, jew ipprovda appoġġ għal, atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, inkluż atti li jheddu l-proċess ta' paċi u r-rikonċiljazzjoni fis-Somalja, jew jheddu l-Gvern Federali tas-Somalja jew l-AMISOM bil-forza; u (b)(i) il-parteċipazzjoni fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija, jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem, jew b'appoġġ għal Al-Shabaab.

25.   Mohamed Omar Mohamed (magħruf ukoll bħala: a) Ma'd Umurow b) Mohamed Omar Haji c) Mohamed Omar Ma'alin d) Mohamed Haji Omar)

Deżinjazzjoni: Mexxej (Wali) tal-grupp Al-Shabaab f'Diinsor

Data tat-Twelid: 1976

Post tat-twelid: Taflow Village, Berdaale District, Bay Region, Somalja

Nazzjonalità: Somalja

Indirizz: a) Diinsor District, Bay Region, Somalja b) Buur Hakaba District, Bay Region, Somalja

Data tad-deżinjazzjoni tan-NU: 21 ta' Mejju 2024

Sess: raġel

Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 26(b) tar-riżoluzzjoni 2662 (2022): (i) il-parteċipazzjoni fil-finanzjament, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta' atti jew attivitajiet minn, flimkien ma', taħt l-isem ta', f'isem, jew b'appoġġ għal Al-Shabaab; u (iii) ir-reklutaġġ għal atti jew attivitajiet ta' Al-Shabaab jew ta' kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, sottogrupp dissidenti jew derivattiv tiegħu, jew l-appoġġ bi kwalunkwe mod ieħor għal dawn l-atti jew attivitajiet.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1724/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)