Official Journal L 012 , 17/01/2004 P. 0052 - 0052
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2003 dwar l-issoktar fis-sena 2004 ta’ provi u testijiet komparattivi Komunitarji fuq materjal ta’ tnissil ta’ pjanti ornamentali ta’ Chamaecyparis, Ligustrum vulgare, Euphorbia fulgens u basal ta’ fjuri (Narcissus) taħt id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE mibdijin fl-2003 (2004/60/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar it-tqegħid fis-suq (marketing) ta’ materjal ta’ tnissil ta’ pjanti ornamentali [1], Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/744/KE tal-5 ta’ Settembru 2002 li tiġbor l-arranġamenti għal provi u testijiet komparattivi Komunitarji fuq materjal ta’ tnissil għal pjanti ornamentali taħt id-Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha, Billi: (1) Id-Deċiżjoni 2002/744/KE tiġbor l-arranġamenti għall-provi u testijiet komparattivi li għandhom jitwettqu taħt id-Direttiva 98/56/KE fir-rigward ta’ pjanti ornamentali ta’ Chamaecyparis, Ligustrum vulgare, Euphorbia fulgens u basal ta’ fjuri (Narcissus) mill-2003 sa l-2005. (2) Testijiet u provi mwettqa fl-2003 għandhom jissoktaw fl-2004, IDDEĊIDIET DAN LI ĠEJ: Artikolu uniku Provi u testijiet komparattivi Komunitarji li bdew fl-2003 fuq materjal ta; tnissil ta’ pjanti ornamentali ta’ Chamaecyparis, Ligustrum vulgare, Euphorbia fulgens u basal ta’ fjuri (Narcissus) għandhom jissoktaw fl-2004 skond id-Deċiżjoni 2002/744/KE. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 2003. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 226, tat-13.8.1998, p. 16. Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 23). [2] ĠU L 240, 07.09.02, p. 63. --------------------------------------------------