<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑336/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0336</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:77">EU:C:2017:77</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>wardangcjeKONKLUŻJONIJIET TANCHEV – KAWŻA C-336/15</P><P>UNIONEN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Tanchev</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20170201">1 ta’ Frar 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C-336/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Unionen</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Almega Tjänsteförbunden</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ISS Facility Services AB</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbetsdomstolen (l-Iżvezja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/23/KE</KEYWORD><KEYWORD>Salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati f’każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet minn impriżi jew negozji</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1) u (3)</KEYWORD><KEYWORD>Drittijiet ta’ natura pekunjarja</KEYWORD><KEYWORD>Perijodi ta’ servizz li jridu jittieħdu inkunsiderazzjoni biex jiġi stabbilit it-tul tal-avviż ta’ tkeċċija mill-impjieg</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fl-2005, l-impjieg ta’ BSA mad-ditta Apoteket AB ġie ttrasferit lil ISS Facility Services AB (it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>tieni konvenuta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u fl-2008 u l-2009 l-impjieg ta’ JAH, JH u BL mad-ditta AstraZeneca AB kien ukoll ġie ttrasferit lit-tieni konvenuta. Madankollu, fl-2011 it-tieni konvenuta keċċiet lill-erba’ impjegati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni li qamet f’din il-kawża hija dwar jekk l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva 2001/23/KE, tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 4, p. 98).</P></NOTE> jobbligax lit-tieni konvenuta li meta tiġi biex tikkalkula l-perijodi tal-avviż ta’ tkeċċija mill-impjieg ta’ dawk l-erba’ impjegati, għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni s-servizz li dawn kienu taw liċ-ċedenti AstraZeneca AB u Apoteket AB, jew jekk dawn il-perijodi ta’ avviż għandhomx ikunu kkalkolati b’riferiment għall-impjieg ikkompletat mat-tieni konvenuta bħala ċessjonarja?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-punti legali li jeħtieġu soluzzjoni f’dan il-każ għandhom karatteristika oħra. Abbażi tad-diskrezzjoni mogħtija lill-Istati Membri mill-Artikolu 3(3) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi, id-dritt Żvediż jobbliga biss liċ-ċessjonarji bħalma hija t-tieni konvenuta biex josservaw il-ftehim kollettiv li jkun jorbot liċ-ċedenti għal sena mid-data tat-trasferiment (l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>għażla tas-sena waħda<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Sakemm BSA, JAH, JH u BL ingħataw l-avviż ta’ tkeċċija tagħhom mill-impjieg mat-tieni konvenuta, dan il-perijodu kien diġà għadda. Madankollu, il-ftehim kollettiv li mbagħad beda jirregola r-relazzjonijiet bejn l-erba’ impjegati u t-tieni konvenuta jidher, mill-proċess, li ġie nnegozjat fi jew qabel id-data tat-trasferiment, u kien fih dispożizzjonijiet ifformulati b’mod identiku dwar ir-rwol li t-tul fis-servizz għandu fil-kalkolu tal-perijodi ta’ avviż ta’ tkeċċija mill-impjieg<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Skont id-digiret tar-rinviju. Fis-seduta r-rappreżentant tal-ewwel konvenuta qal li l-klawżoli kienu ftit differenti, iżda mingħajr ma elabora f’dettall.</P></NOTE>. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-applikazzjoni taħt id-dritt Żvediż tal-għażla tas-sena waħda pprovduta fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi tagħmel differenza għall-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikolu 3(1)?</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi, bit-titolu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Is-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> fih l-Artikolu 3. L-Artikolu 3(1) u (3) jipprovdu li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-drittijiet u l-obbliġi ta’ min jagħmel it-trasferiment ikkawżati minn kuntratt ta’ mpjieg jew minn relazzjoni ta’ mpjieg eżistenti fid-data tat-trasferiment għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu trasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Wara t-trasferiment, min lilu jsir it-trasferiment għandu jkompli josserva t-termini u l-kundizzjonijiet miftehma f’kull ftehim kollettiv skont l-istess kondizzjonijiet applikabbli għal min jagħmel it-trasferiment taħt dak il-ftehim, sad-data li fiha l-ftehim kollettiv jispiċċa jew jiskadi jew sad-dħul fis-seħħ jew l-applikazzjoni ta’ ftehim kollettiv ieħor.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perijodu għall-osservazzjoni ta’ dawn it-termini w kundizzjonijiet bil-kundizzjoni li dan ma jkunx anqas minn sena wahda”.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Żvediż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont id-digriet tar-rinviju, il-paragrafu 6b tal-lagen (1982:80) om anställningsskydd [il-Liġi (1982:80) dwar il-protezzjoni tal-impjieg; anställningsskyddslagen; iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>LAS<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>] ġie introdott biex jimplementa d-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi fid-dritt Żvediż. Il-LAS tipprovdi, b’mod partikolari, li meta impriża, attività jew parti minn attività tiġi ttrasferita minn persuna li tħaddem għal oħra, id-drittijiet u obbligi li joħorġu mill-kuntratt ta’ impjieg u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg li jkunu japplikaw fil-ħin tat-trasferiment jiġu ttrasferiti wkoll lill-persuna l-ġdida li tħaddem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Id-digriet ta’ rinviju jgħid ukoll li l-paragrafu 28 tal-lagen (1976:580) om medbestämmande i arbetslivet [il-Liġi (1976:580) dwar il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fid-deċiżjonijiet; medbestämmandelagen; iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>MBL<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>] ittrasponiet fid-dritt Żvediż l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi. L-MBL fiha dispożizzjonijiet dwar l-effetti li jkun hemm li jirrigwardaw il-ftehim kollettivi fuq dawk it-trasferimenti ta’ impriżi li huma koperti mill-paragrafu 6b tal-LAS. Skont id-digriet tar-rinviju, mill-MBL jirriżulta li l-punt tat-tluq huwa dak li ċ-ċessjonarja ssir obbligata bil-partijiet applikabbli mill-ftehim kollettiv li bih kienet marbuta ċ-ċedenti. Skont it-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tad-dispożizzjoni, dan ma japplikax meta ċ-ċessjonarja tkun diġà marbuta bi ftehim kollettiv ieħor li jista’ jiġi applikat għall-impjegati li jiġu ttrasferiti lill-impriża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Id-digriet tar-rinviju jgħid ukoll li f’din is-sitwazzjoni, iċ-ċessjonarja hija, madankollu, meħtieġa, skont it-tielet paragrafu tad-dispożizzjoni, li għal sena wara t-trasferiment, tapplika l-kundizzjonijiet ta’ impjieg fil-ftehim kollettiv li kien japplika għal min kien iħaddem qabel. Skont dik id-dispożizzjoni, il-kundizzjonijiet għandhom jiġu applikati bl-istess mod bħalma kien meħtieġ li japplikahom min kien iħaddem qabel. Madankollu, dan ma japplikax ladarba l-ftehim kollettiv ma jibqax fis-seħħ jew meta jibda japplika ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati li jkunu ġew ittrasferiti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Unionen, li huwa sindakat (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>sindakat rikorrent<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) fetaħ kawża quddiem l-Arbetsdomstolen (il-qorti tax-xogħol, l-Iżvezja) fejn sostna li t-tieni konvenuta għandha tiġi ordnata tħallas kumpens lilu u lil AB, JAH, JH u BL, għad-dannu li jirriżulta minn, b’mod partikolari, in-nuqqas li tosserva l-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Almega Tjänsteförbunden (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ewwel konvenuta<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) hija organizzazzjoni ta’ persuni li jħaddmu li tagħha hija membru t-tieni konvenuta. Kemm l-ewwel u kif ukoll it-tieni konvenuta jsostnu li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi ma jobbligax liċ-ċessjonarji li jieħdu inkunsiderazzjoni t-tul tal-perijodu ta’ impjieg li jkunu għamlu maċ-ċedenti meta jiġu biex jistabbilixxu l-perijodi ta’ avviż ta’ tkeċċija mill-impjieg, filwaqt li s-sindakat rikorrent jargumenta li dan fil-fatt jobbligahom. Il-konvenuti jipprovaw jinvokaw l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi, u l-fatt li kienet għaddiet iktar minn sena mid-dati tat-trasferiment tal-impjieg ta’ AB, JAH, JH u BL rispettivament sa meta nħareġ l-avviż ta’ tkeċċija mill-impjieg, b’mod li t-tieni konvenuta ċessjonarja ma kienx għadha marbuta bil-ftehim kollettiv li kien jorbot liċ-ċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>BSA, JAH, JH u BL huma membri tas-sindakat rikorrent u huma impjegati mat-tieni konvenuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>BSA bdiet taħdem ma’ Apoteket AB fl-1997. Fid-<DATE ISO="20050509">9 ta’ Mejju 2005</DATE>, l-impjieg tagħha ġie ttrasferit lit-tieni konvenuta. Għaldaqstant, kienet ilha impjegata ma’ Apoteket AB għal 7 snin fil-mument tat-trasferiment tal-impjieg tagħha lit-tieni konvenuta u kellha 49 sena<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Skont l-osservazzjonijiet bil-miktub tar-rikorrenti.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>, it-tieni konvenuta temmet l-impjieg ta’ BSA u tagħtha sitt xhur avviż ta’ tkeċċija. Meta hija tagħtha l-avviż ta’ tkeċċija, hija kellha 56 sena u kienet ilha impjegata kontinwament ma’ Apoteket AB u wara, mat-tieni konvenuta, flimkien, għal iktar minn 10 snin, iżda għal 6 snin biss mat-tieni konvenuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>JAH beda jaħdem ma’ AstraZeneca AB f’Awwissu 1969 u JH beda jaħdem ma’ AstraZeneca AB f’Ottubru 1972. L-impjieg tagħhom ġie ttrasferit lit-tieni konvenuta fl-<DATE ISO="20090501">1 ta’ Mejju 2009</DATE>. Għaldaqstant, fil-ħin tat-trasferiment, JAH kien impjegat minn AstraZeneca AB għal 39 sena u JH għal 36 sena<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Skont l-osservazzjonijiet bil-miktub tar-rikorrenti.</P></NOTE>. Kemm JAH u kif ukoll JH kellhom iktar minn 55 sena fil-mument tat-trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-kollega tagħhom BL beda jaħdem ma’ AstraZeneca AB f’Marzu 1976 u l-impjieg tiegħu kien ittrasferit mat-tieni konvenuta fl-<DATE ISO="20080501">1 ta’ Mejju 2008</DATE>, f’liema data huwa kellu età ta’ 54 sena u 11-il xahar. Fil-mument tat-trasferiment BL kien ilu impjegat ma’ AstraZeneca AB għal ftit iktar minn 32 sena.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Kif semmejt iktar ’il fuq, BSA kien intemmilha l-impjieg tagħha fis-<DATE ISO="20110727">27 ta’ Lulju 2011</DATE>. JAH, JH u BL kienu tkeċċew fil-<DATE ISO="20111031">31 ta’ Ottubru 2011</DATE>. Fil-bidu, il-konvenuta tat sitt xhur avviż ta’ avviż ta’ tkeċċija. Sussegwentement, il-perijodu tal-avviż ġie estiż b’ħames xhur għal JAH, JH u BL. Kollha kemm huma kellhom iktar minn 55 sena meta ngħataw l-avviż ta’ tkeċċija u kienu ħadmu ħafna iktar minn għaxar snin kontinwi jew għal Apoteket AB jew AstraZeneca AB u t-tieni konvenuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-mument tal-avviż ta’ tkeċċija, kollha kemm huma kienu impjegati għal perijodi ħafna iqsar mit-tieni konvenuta meqjusa waħidha. Fil-każ ta’ JAH u JH, it-tnejn li huma kienu ilhom impjegati għal sentejn u sitt xhur, BL tliet snin u sitt xhur u, kif ġie nnutat qabel, BSA sitt snin u kważi tliet xhur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Meta seħħew it-trasferimenti, kemm Apoteket AB u AstraZeneca AB kienu marbutin bi ftehim kollettivi li kellhom klawżoli fuq id-dritt li l-perijodu ta’ avviż jiżdied b’sitt xhur oħra fil-każ tal-impjegati li jkunu tkeċċew u li jkunu laħqu l-età ta’ 55 sena fil-mument tal-avviż ta’ tkeċċija u li jkollhom tul ta’ servizz kontinwu ta’ 10 snin. Skont l-osservazzjonijiet bil-miktub tas-sindakat rikorrent, il-ftehim li jorbot lil AstraZeneca AB kien intlaħaq mas-sindakat rikorrent u ma’ organizzazzjoni ta’ min iħaddem li fiha kienet membru AstraZeneca.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fid-dati tat-trasferiment tal-impjiegi rispettivi, l-ewwel u t-tieni konvenuti kienu marbutin bi ftehim kollettiv mas-sindakat rikorrent li kien fih klawżoli dwar it-tul ta’ servizz u t-tkeċċija li kienu fformulati b’mod identiku għal dawk tal-ftehim kollettiv li kien jorbot lil Apoteket AB u lil AstraZeneca AB. Il-ftehim bejn is-sindakat rikorrent u l-ewwel konvenuta fih, b’mod partikolari, il-klawżoli li ġejjin.</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/><HT TYPE="BOLD">14.3.2</HT></NO.P><TXT>Perijodu ta’ avviż</TXT></NP></TI></TITLE><P>Il-perijodu ta’ avviż għal min iħaddem huwa kif ġej, sakemm ma jkunux japplikaw kundizzjonijiet oħra taħt 14.4 jew li jsegwu minn 14.4-14.6.</P><P>Il-perijodu ta’ avviż li jrid jagħti min iħaddem f’xhur</P><P>Tul ta’ servizz Perijodu ta’ avviż</P><P>mal-kumpannija</P><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="2"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">Inqas minn sentejn (2)</CELL><CELL COL="2">1 xahar</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Bejn 2 u 4 snin</CELL><CELL COL="2">Xahrejn (2)</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Bejn 4 u 6 snin</CELL><CELL COL="2">3 xhur</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Bejn 6 u 8 snin</CELL><CELL COL="2">4 xhur</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">Bejn 8 u 10 snin</CELL><CELL COL="2">5 xhur</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1">iktar minn 10 snin</CELL><CELL COL="2">6 xhur</CELL></ROW></CORPUS></TBL></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">14.3.3</HT></NO.P><TXT>Perijodu ta’ avviż estiż f’ċerti każijiet</TXT></NP></TI></TITLE><P>Meta impjegat li jkun ingħata avviż ta’ tkeċċija jkun laħaq l-età ta’ 55 sena fid-data tal-avviż u jkun ħadem kontinwament għal perijodu ta’ 10 snin, il-perijodu ta’ avviż għandu jkun estiż b’sitt xhur. [Din id-dispożizzjoni hija marbuta mal-Omställningsavtalet (Tmiem il-ftehim ta’ assistenza tal-impjieg)]. Dan ma japplikax għal impjegat li jkun laħaq l-età ta’ 65 sena meta jingħata l-avviż ta’ tkeċċija<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</P></GR.SEQ></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Arbetsdomstolen (il-qorti tax-xogħol, l-Iżvezja) għamlet id-domanda li ġejja sabiex tingaħata deċiżjoni preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Huwa kompatibbli mad-Direttiva [dwar it-trasferimenti ta’ impriżi] li, iktar minn sena mit-trasferiment ta’ impriża u fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ klawżola tal-ftehim kollettiv fis-seħħ taċ-ċessjonarju li għandha l-effett li ċertu tul tas-servizz mhux interrott ma’ persuna li timpjega waħda jkun meħtieġ sabiex wieħed jibbenefika mill-estensjoni tal-perijodu ta’ preavviż fil-każ ta’ tkeċċija, l-imsemmi ċessjonarju ma jiħux inkunsiderazzjoni t-tul tas-servizz magħmul minn ħaddiema ta’ ċedent, minkejja li skont il-ftehim kollettiv fis-seħħ taċ-ċedent li jinkludi klawżola identika, il-ħaddiema kellhom dritt li dan it-tul tas-servizz jittieħed inkunsiderazzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, il-konvenuti, il-Gvern Franċiż u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub lill-Qorti tal-Ġustizzja. Kollha kemm huma ħlief għall-Gvern Franċiż ipparteċipaw fis-seduta li nżammet fis-<DATE ISO="20161117">17 ta’ Novembru 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Is-sindakat rikorrent jargumenta li skont interpretazzjoni tajba tal-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi, BSA, JAH, JH u BL huma intitolati għall-perijodu ta’ avviż estiż kif imsemmi fil-klawżola 14.3.3 (riprodotta iktar ’il fuq). Dan huwa kkontestat mill-ewwel u t-tieni konvenuti minħabba li, b’mod partikolari, ebda wieħed minn BSA, JAH, JH u BL ma kienu impjegati mat-tieni konvenuta għal iktar minn għaxar snin u minħabba li r-regoli dwar it-tul tal-avviż ta’ tkeċċija fi ftehim kollettiv ma humiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>drittijiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> li huma protetti mill-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar it-trasferimenti ta</HT><HT TYPE="BOLD">’ impriżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Nammetti li d-Direttiva 2001/23 għandha l-għan biss ta’ armonizzazzjoni parzjali f’dan il-qasam u li hija ma għandhiex l-intenzjoni li tistabbilixxi livell ta’ protezzjoni uniformi għall-Komunità kollha skont kriterji komuni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, Osterreichischer Gewerkschaftsbund (C-328/13, EU:C:2014 2197, punt 22) u l-ġurisprudenza ċċitata.</P></NOTE>. Bl-istess mod, madankollu, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet li d-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>intiża li tissalvagwardja d-drittijiet tal-ħaddiema f’każ li jinbidel min iħaddimhom billi tagħmilielhom possibbli li jkomplu jaħdmu mal-prinċipal il-ġdid bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li jkunu miftehma maċ-ċedenti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Collino u Chiappero</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-343/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:441">EU:C:2000:441</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Din is-sentenza u s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Scattalon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-108/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:542">EU:C:2011:542</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) huma ċentrali biex tiġi solvuta din il-kwistjoni u t-tnejn li huma kienu jikkonċernaw l-interpretazzjoni tad-Direttiva 77/187/KE tal-<DATE ISO="19770214">14 ta’ Frar 1977</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ negozji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="061" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="1977">ĠU 1977 L 61, p. 26</REF.DOC.OJ>) iktar milli d-direttiva suċċessiva tagħha, id-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi. Madankollu, l-Artikolu 3(1) u (3) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi jikkorrispondu essenzjalment għall-Artikolu 3(1) u 3(2) tad-Direttiva 77/187.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għalkemm it-tul fis-servizz maċ-ċedenti ma jikkostitwixxix dritt li l-impjegati jistgħu jagħmlu użu minnu fir-rigward tal-prinċipal il-ġdid taħt l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi, it-tul fis-servizz <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[i]servi, jekk ikun il-każ, sabiex jiġu ddeterminati ċerti drittijiet prekunjarji tal-ħaddiema u li dawn id-drittijiet għandhom għalhekk, bħala prinċipju, jiġu ggarantiti miċ-ċessjonarju bl-istess mod bħal ma kien jiggarantihom iċ-ċedent<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P><HT TYPE="ITALIC">Idem</HT>, il-paragrafu 50. Ara wkoll is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Scattalon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-108/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:542">EU:C:2011:542</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet xi eżempji ta’ dawn id-drittijiet. Dawn jinkludu, u b’mod speċifiku, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ħlas għat-tmiem tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid</HT>, il-paragrafu 51.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-kalkolu tal-ħlas għat-tmiem tal-kuntratt, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>iċ-ċessjonarju għandu jieħu inkunsiderazzjoni t-tul fis-servizz kollu tal-impjegati ttrasferiti, inkwantu l-obbligu tiegħu biex jagħmel hekk joħroġ mir-relazzjoni ta’ impjieg bejn dawk l-impjegati u ċ-ċedent, u skont it-termini miftehma f’dik ir-relazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid.</HT></P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Kif osserva l-Gvern Franċiż fl-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu, estensjoni tal-perijodu ta’ avviż b’sitt xhur hija ekwivalenti għal sitt xhur paga. Għaldaqstant, peress li t-tul fis-servizz huwa ċentrali biex tiġi stabbilita s-somma tal-ħlas għat-tmiem tal-kuntratt, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi jipproteġi neċessarjament lil BSA, JAH, JH u BL fir-rigward tal-fatturi li huma rilevanti għal dak il-kalkolu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>L-istess konklużjoni ngħatat mill-Qorti EFTA fis-sentenza tat-<DATE ISO="20141218">18 ta’ Diċembru 2014</DATE>, Enes Deveci <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Scandanavian Airlines System Denmark-Norway-Sweden (E–10/14, punt 83) f’kuntest fejn it-tul ta’ servizz kien rilevanti fir-rigward tal-kalkolu tas-salarji. Hemmhekk ingħad li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>L-Artikolu 3 tad-Direttiva jipprekludi l-possibbiltà li l-impjegati ttrasferiti jsofru telf sostanzjali fid-dħul, f’paragun mas-sitwazzjoni tagħhom immedjatament qabel it-trasferiment, li jirriżulta mill-fatt li t-tul tas-servizz tagħom maċ-ċedent ma jitteħidx inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti meta l-pożizzjoni salarjali tagħhom maċ-ċessjonarju tiġi ddeterminata, fid-dawl tat-tul tas-servizz ekwivalenti ta’ dawk l-impjegati li jkunu diġà jaħdmu maċ-ċessjonarju, u meta l-kundizzjonijiet għal remunerazzjoni taħt il-ftehim kollettiv ġdid applikabbli, jieħdu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, it-tul tas-servizz.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Nammetti li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jippermettu li r-relazzjoni ta’ impjieg tiġi mibdula b’mod sfavorevoli għall-impjegati wara t-trasferiment, b’mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni kontra t-tkeċċija u l-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000914">14 ta’ Settembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Collino u Chiappero</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-343/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:441">EU:C:2000:441</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Din hija konsegwenza li toħroġ mill-fatt li d-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi hija miżura ta’ armonizzazzjoni parzjali. Ara Watson, P. EU Social Policy and Employment Law 2014, Oxford University Press, punt 12.24, p. 141.</P></NOTE>. Madankollu, dan hu suġġett għall-proviso stretta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>it-trasferiment tal-impriża nnifsu ma jista’ qatt jikkostitwixxi r-raġuni għal dak il-bdil<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000914">14 ta’ Settembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Collino u Chiappero</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-343/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:441">EU:C:2000:441</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara fl-istess sens is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Scattalon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-108/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:542">EU:C:2011:542</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Ir-raġuni għall-bidla fir-remunerazzjoni trid neċessarjament tkun it-trasferiment meta, bħalma huwa dan il-każ, ma kien hemm ebda rinegozjar, indipendentement mit-trasferiment, tat-tul fis-servizz li min iħaddem irid jieħu inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-perijodi ta’ avviż għat-terminazzjoni tal-impjieg. Fi kliem ieħor, ir-relazzjoni ta’ impjieg ma ġietx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/><HT TYPE="ITALIC">mibdula</HT> b’mod sfavorevoli għall-impjegati […] fir-rigward ta’ […] kundizzjonijiet għar-remunerazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> (enfasi tiegħi)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibid.</HT></P></NOTE>. Il-ftehim kollettivi li jorbtu liċ-ċedent u liċ-ċessjonarju, fid-data tat-trasferimenti rispettivi, kien fihom klawżoli fformulati b’mod identiku, u għaldaqstant ma ntlaħaq ebda ftehim biex ma jkunux iggarantiti ċerti kundizzjonijiet tax-xogħol wara data partikolari<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081127">27 ta’ Novembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Juuri</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-396/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:656">EU:C:2008:656</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Peress li fid-dati rispettivi tat-trasferiment tal-impjegati kkonċernati, kemm iċ-ċedenti u ċ-ċessjonarja kienu marbutin bi klawżoli fil-ftehim kollettivi dwar it-tul ta’ servizz u l-kalkolu tal-perijodu tal-avviż ta’ tkeċċija li kienu fformulati b’mod identiku, f’dan il-każ ma hemmx kwistjoni li l-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi ser jiġi applikat għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>sempliċi aspettattivi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>benefiċċji ipotetiċi li jistgħu jirriżultaw minn bidliet futuri tal-ftehim kollettiv<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE>, <NAME.CASE>Werhof</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-499/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:168">EU:C:2006:168</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Qabbel is-sitwazzjoni kkunsidrata mill-Avukat Ġenerali Bot fil-konklużjonijiet tiegħu tad-<DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE> fil-Kawżi Magħquda (pendenti) <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Asklepios Kliniken u Asklepios Dienstleistungsgesellschaft</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑680/15 u C‑681/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:30">EU:C:2017:30</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punt 94.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-ewwel u t-tieni konvenuti jargumentaw li, minħabba li l-ftehim kollettiv li jorbot liċ-ċedenti ma kien jagħmel ebda riferiment espress għall-perijodu ta’ impjieg ma’ persuni li jħaddmu preċedenti bħala li huwa rilevanti għall-kalkolu tal-perijodi ta’ avviż għat-tmiem tal-impjieg, allura t-tieni konvenuta ċessjonarja ma tistax tkun marbuta li tieħu inkunsiderazzjoni t-tul fis-servizz maċ-ċedenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Madankollu, tali interpretazzjoni tal-marġni ta’ manuvrar inerenti fid-Direttiva għat-trasferiment ta’ impriżi li jippermetti li r-relazzjoni ta’ impjieg tkun mibdula b’mod sfavorevoli għall-impjegati wara t-trasferiment, sakemm it-trasferiment ma jkunx ir-raġuni għal dik il-bidla<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000914">14 ta’ Settembru 2000</DATE>, <NAME.CASE>Collino u Chiappero</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-343/98</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:441">EU:C:2000:441</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>)</P></NOTE>, tkun inkonsistenti mal‑għanijiet li għandha d-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi. Dawn huma riflessi fil-premessa 3, li tgħid li huwa neċessarju li jigi pprovdut għall-<HT TYPE="ITALIC">protezzjoni</HT> tal-impjegati fil-każ li jinbidel min iħaddem, b’mod partikolari, sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tagħhom ikunu salvagwardjati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ninnota li l-għan tad-Direttiva 2001/23 huwa li jiġi żgurat bilanċ ġust bejn l-interessi tal-ħaddiema, minn naħa, u dawk taċ-ċessjonarju, min-naħa l-oħra minn fejn jirriżulta, b’mod iktar partikolari, li ċ-ċessjonarju għandu jkun f’pożizzjoni li jagħmel l-aġġustamenti u t-tibdiliet meħtieġa għat-tkomplija tal-attività tiegħu. Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Osterreichischer Gewerkschaftsbund</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-328/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2197">EU:C:2014:2197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Peress li f’dak il-każ ma hemmx kwistjoni ta’, pereżempju, iċ-ċessjonarja li hija marbuta bi klawżoli nnegozjati u miftiehma wara d-data tat-trasferiment mingħajr il-parteċipazzjoni taċ-ċessjonarji, il-bilanċ jidher li ntlaħaq. Ara wkoll is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130718">18 ta’ Lulju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Alemo-Herron <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-426/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:521">EU:C:2013:521</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet diversi drabi li l-għan tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi jikkonsisti, essenzjalment, f’li jiġi evitat li l-ħaddiema jitqiegħdu f’pożizzjoni inqas favorevoli sempliċiment minħabba t-trasferiment”<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Scattalon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-108/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:542">EU:C:2011:542</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Kif spjega r-rappreżentant legali tas-sindakat rikorrent waqt is-seduta, kieku l-impjegati kkonċernati baqgħu fl-impjieg maċ-ċedenti, huma kienu jkunu ntitolati għal perijodu ta’ avviż estiż li jissemma fiż-żewġ ftehim kollettivi. Fin-nuqqas ta’ evidenza ta’ xi avveniment kawżali li twassal għat-tnaqqis tal-perijodu ta’ avviż, bħalma huwa ftehim li jintlaħaq wara negozjati li ma humiex marbutin mat-trasferiment, it-tnaqqis tal-perijodu ta’ avviż ikollu inevitabbilment jiġi attribwit lit-trasferiment.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Artikolu 3(3) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta</HT><HT TYPE="BOLD"><QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> impriżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi ddaħħal fil-liġi bl-emenda li saret lill-Artikolu 3 bid-Direttiva tal-Kunsill 98/50/KE, tad-<DATE ISO="19980629">29 ta’ Ġunju 1998</DATE> li temenda d-Direttiva 77/187/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="88" DATE.PUB="1998">ĠU 1998 L 201, p. 88</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, u l-għażla tas-sena waħda li huwa jagħti fir-rigward tal-perijodu li fih iċ-ċessjonarja tkun obbligata tosserva l-pattijiet u kundizzjonijiet tal-ftehim kollettiv li jorbot liċ-ċedent, bl-ebda mod ma jbiddlu l-konklużjonijiet tiegħi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi. L-ewwel nett, kif diġà ġie nnutat, il-ftehim kollettiv bejn is-sindakat rikorrent u l-ewwel u t-tieni konvenuta ma jbiddilx il-formulazzjoni tal-klawżoli dwar it-tul fis-servizz u l-perijodi ta’ avviż ta’ tkeċċija li kienu jidhru fil-ftehim kollettiv li jorbot liċ-ċedent. Għaldaqstant, il-fatt li ftehim kollettiv wieħed jieqaf ikollu effett wara sena u jibda wieħed ieħor huwa irrilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-implementazzjoni mill-Istat Membri tal-fakultà mogħtija fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi biex jiġu ssostitwiti, b’effett immedjat, il-kundizzjonijiet li minnhom ibbenefikaw l-impjegati ttrasferiti skont il-ftehim kollettiv maċ-ċedent ma’ dawk previsti mill-ftehim kollettiv fis-seħħ maċ-ċessjonarju ma jistax ikollha bħala għan jew bħala effett li timponi lill-imsemmija impjegati kundizzjonijiet globalment inqas favorevoli minn dawk applikabbli qabel it-trasferiment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P><REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Scattalon</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-108/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:542">EU:C:2011:542</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0076">76</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-istess irid neċessarjament ikun il-każ fir-rigward tal-għażla ta’ sena waħda meta t-termini rilevanti tal-ftehim kollettivi jkunu fformulati b’mod identiku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ir-regola li tinsab fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi li żżomm l-effetti ta’ ftehim kollettiv li jorbot liċ-ċedent għandha l-għan li fl-interess tal-impjegati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>tevita interruzzjoni netta tal-qafas regolamentari li jirregola r-relazzjoni ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140911">11 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Osterreichischer Gewerkschaftsbund</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑328/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2197">EU:C:2014:2197</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Applikazzjoni orizzontali tad-Direttiva dwar it-trasferiment ta</HT><HT TYPE="BOLD">’ impriżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Finalment, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, il-konvenuti jsostnu li jekk id-Direttiva dwar it-trasferiment ta’ impriżi tiġi interpretata b’mod differenti minn dak sostnut minnhom, dan ikun iwassal għall-ksur taċ-ċertezza legali, impożizzjoni pprojbita ta’ obbligu fuq il-privat minħabba l-applikazzjoni orizzontali (illegali) ta’ direttiva, u interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> daqstant pprojbita tad-dritt nazzjonali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Huma jibbażaw ruħhom fuq is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140115">15 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Association de médiation sociale</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑176/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2">EU:C:2014:2</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Mill-proċess ma jidhirx li tqum kwistjoni ta’ interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">contra legem</HT> tad-dritt nazzjonali peress li la l-ftehim kollettivi inkwistjoni u lanqas ir-regoli statutorji rilevanti (il-LAS u l-MBL) ma jimponu li mill-kalkolu tal-perijodu ta’ avviż ta’ tkeċċija mill-impjieg li jorbot liċ-ċessjonarji jitnaqqas il-perijodu ta’ impjieg maċ-ċedenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>L-obbligu li d-dritt nazzjonali jiġi interpretat, sa fejn hu possibbli, skont id-direttiva japplika għall-ftehim kollettiv daqs kemm japplika għal miżuri oħra tad-dritt nazzjonali. Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>AKT</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑533/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2392">EU:C:2014:2392</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0132">132</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja li la l-effetti negattivi fuq il-persuni privati u lanqas il-fatt li ma tkunx ser tiġi segwita l-ġurisprudenza nazzjonali stabbilita ma jistgħu jkunu impedimenti għall-obbligu tal-qrati tal-Istati Membri li jagħmlu dak kollu li jistgħu biex jilħqu r-riżultat imfittex mid-Direttiva kkonċernata u konsegwentement josservaw it-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE. Ir-regoli dettaljati dwar kif dan irid jintlaħaq mill-qorti nazzjonali fil-kuntest tal-applikazzjoni tad-direttivi fi kwistjoni ta’ natura orizzontali ġew ikkunsidrati reċentement mill-Awla Manja tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160419">19 ta’ April 2016</DATE>, <NO.CASE>C–441/14</NO.CASE>, <NAME.CASE>DI</NAME.CASE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:278">EU:C:2016:278</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV.</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, jiena tal-fehma li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi d-domanda magħmula mill-Arbetsdomstolen (il-qorti tax-xogħol, l-Iżvezja) f’dan is-sens:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, id-Direttiva 2001/23/KE tat-<DATE ISO="20010312">12 ta’ Marzu 2001</DATE> dwar it-trasferiment ta’ impriżi teżiġi li fil-kalkolu tat-tul ta’ servizz rilevanti għad-determinazzjoni tal-perijodu ta’ avviż ta’ tkeċċija li ċ-ċessjonarju huwa obbligat josserva, jiġu inklużi, anki wara li tgħaddi sena mid-data tat-trasferiment ta’ impriża, il-perijodi ta’ servizz li impjegat ikun għamel maċ-ċedent<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>