|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6772 |
5.11.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11769 – VMAG / NOA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6772)
1.
Fit-23 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Van Mossel Automotive International B.V. (iktar ’il quddiem “VMAG”), in-Netherlands |
|
— |
Nord-Ostsee Automobile SE &CO. KG (iktar ’il quddiem “NOA”), il-Ġermanja. |
VMAG se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ NOA kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni se sseħħ permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
VMAG hija attiva fil-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda u użati ta’ diversi marki permezz ta’ postijiet tal-bejgħ fin-Netherlands, il-Belġju, Franza, il-Lussemburgu, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u d-Danimarka. VMAG hija s-sid ukoll ta’ ħwienet tat-tiswija tad-danni madwar il-Belġju u n-Netherlands. Barra minn hekk, il-VMAG toffri servizzi relatati (bħall-kiri tal-karozzi, il-lokazzjoni finanzjarja u l-lokazzjoni tal-operat) u hija preżenti fis-suq ta’ wara l-bejgħ ta’ parts u aċċessorji tat-tagħmir oriġinali, |
|
— |
NOA hija attiva fil-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief ġodda u użati. NOA toffri wkoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tiswija għall-karozzi tal-passiġġieri kif ukoll għat-trakkijiet. Barra minn hekk, NOA toffri servizzi relatati (bħall-kiri tal-karozzi) u hija preżenti fis-suq ta’ wara l-bejgħ ta’ parts u aċċessorji tat-tagħmir oriġinali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11769 – VMAG / NOA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir- “Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6772/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)