<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-568/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CC0568</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:109">EU:C:2019:109</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar – Kawża C‑568/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Geelen</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20190212">12 ta’ Frar 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑568/17</HT></P><P>Staatssecretaris van Financiën</P><P>vs</P><P>L. W. Geelen</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad<BR/>der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Tassazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 77/388/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9(2)(ċ) u (e)</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 52(a)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 56(1)(k)</KEYWORD><KEYWORD>Provvista ta’ servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Post tat-tranżazzjonijiet taxxabbli</KEYWORD><KEYWORD>Kriterju ta’ determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni fiskali</KEYWORD><KEYWORD>Sessjonijiet bil-webcam interattivi ta’ natura erotika mxandra bi streaming dirett</KEYWORD><KEYWORD>Post fejn is-servizzi huma fiżikament imwettqa</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>It-taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) hija taxxa fuq il-konsum li, idealment, għandha titħallas fil-post tal-konsum tal-oġġetti jew tas-servizzi li huma suġġetti għaliha. Fir-rigward tat-tranżazzjonijiet transkonfinali, b’mod partikolari fil-qasam ta’ servizzi, l-applikazzjoni ta’ din ir-regola hija madankollu akkumpanjata minn piżijiet amministrattivi tqal, kemm għall-persuni taxxabbli kif ukoll għall-awtoritajiet fiskali. Din hija r-raġuni għalfejn id-direttivi tal-Unjoni dwar il-VAT jipprevedu dispożizzjonijiet simplifikati sabiex jiġi stabbilit il-post tal-provvista tas-servizzi. Id-determinazzjoni ta’ dan il-post xorta ma tonqosx milli tqajjem ċerti diffikultajiet, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna s-servizzi kumplessi u s-servizzi mill-bogħod, bħal dawk ipprovduti permezz tal-internet, kif inhu l-każ f’din il-kawża. L-iżvilupp tar-regoli f’dan il-qasam sal-lum mhux dejjem segwa r-ritmu tal-progress teknoloġiku u l-iżvilupp tal-kundizzjonijiet tas-suq. Għaldaqstant, huma l-qrati li għandhom jinterpretaw ir-regoli billi jieħdu inkunsiderazzjoni l-iżvilupp teknoloġiku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest legali</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ ‑ Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.</P></NOTE>, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE tas-<DATE ISO="20020507">7 ta’ Mejju 2002</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20020507">7 ta’ Mejju 2002</DATE> li temenda temporanjament id-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta’ l-aġġustamenti fit-taxxa fuq il-valur miżjud applikabbli fuq is-servizzi tax-xandir bir-radju u bit-televiżjoni u xi servizzi forniti b’mezzi elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 358).</P></NOTE>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="009.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-post minn fejn jingħata servizz għandu jitqies li jkun il-post fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss minn fejn jingħata s-servizz jew, fin-nuqqas ta’ post bħal dan tan-negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="009.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Iżda:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-post tal-provvista tas-servizzi li għandhom x’jaqsmu ma’:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta’ divertiment jew attivitajiet simili, inklużi l-attivitajiet ta’ l-organizzaturi ta’ attivitajiet bħal dawn, u fejn jixraq, il-provvista ta’ servizzi anċillari;</P></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><P>għandu jkun il-post fejn dawk is-servizzi jingħataw materjalment;</P></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>il-post fejn jingħataw is-servizzi li ġejjin, meta jsiru għal konsumaturi stabbiliti barra l-Komunità jew għal persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità imma mhux fl-istess pajjiż bħal tal-fornitur, għandu jkun il-post fejn il-konsumatur stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss li lilu jingħata s-servizz jew, fin-nuqqas ta’ post bħal dan, il-post fejn hu ikollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti;</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>servizzi forniti b’mezzi elettroniċi, fost ħwejjeġ oħra, dawk deskritti fl-Anness L;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>il-post fejn jiġu forniti s-servizzi msemmija fl-aħħar inċiż tas-sottoparagrafu (e), meta s-servizz hu provvdut lill-persuni li m’humiex taxxabbli li huma stabbiliti, għandhom l-indirizz permanenti jew ġeneralment jgħixu fi Stat Membru, minn persuna li hi taxxabbli li stabbiliet in-negozju tagħha jew li għandha stabbiliment fiss minn fejn jiġi pprovdut is-servizz barra l-Komunità jew, fin-nuqqas ta’ post ta’ negozju jew stabbiliment fiss bħal dan, għandha l-indirizz permanenti jew hi ġeneralment residenti barra l-Komunità, għandu jkun il-post fejn il-persuna li mhiex taxxabbli hi stabbilita, għandha l-indirizz permanenti jew hi ġeneralment residenti.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><?PAGE NO="3"?><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, kif applikabbli għall-fatti tal-kawża prinċipali, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Il-post minn fejn hu pprovdut is-servizz għandu jitqies li jkun il-post fejn il-fornitur ikun stabbilixxa n-negozju tiegħu jew ikollu stabbiliment fiss minn fejn hu pprovdut is-servizz, jew, fin-nuqqas ta’ post bħal dan tan-negozju jew stabbiliment fiss, il-post fejn hu jkollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il-post ta’ provvista tas–servizzi li ġejjin għandu jkun il-post fejn is-servizzi huma fiżikament imwettqa:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta’ divertiment jew attivitajiet simili, inklużi l-attivitajiet ta’ l-organizzaturi ta’ attivitajiet bħal dawn u, fejn jixraq, servizzi anċillari;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 56(1)(k) ta’ din id-direttiva:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="056.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-post ta’ provvista tas-servizzi li ġejjin lil konsumaturi stabbiliti barra mill-Komunità, jew lil persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità imma mhux fl-istess Stat Membru bħall-fornitur, għandu jkun il-post fejn il-konsumatur stabbilixxa n-negozju tiegħu jew għandu stabbiliment fiss li għalih jingħata s-servizz, jew, fin-nuqqas ta’ post bħal dan, il-post fejn hu jkollu l-indirizz permanenti tiegħu jew fejn normalment ikun residenti:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>k)</NO.P><TXT>servizzi pprovduti elettronikament, bħal dawk imsemmija fl-Anness II;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Finalment, l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2006/112 jipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Fejn is-servizzi msemmija fil–punt (k) ta’ l-Artikolu 56(1) huma pprovduti lil persuni li m’humiex taxxabbli li huma stabbiliti fi Stat Membru, jew li għandhom l-indirizz permanenti jew li huma ġeneralment residenti fi Stat Membru, minn persuna taxxabbli li stabbiliet in-negozju tagħha barra mill-Komunità jew li għandha stabbiliment fiss hemmhekk minn fejn jiġi pprovdut is-servizz, jew li, fin-nuqqas ta’ post ta’ negozju jew stabbiliment fiss bħal dan, għandha l-indirizz permanenti jew hi ġeneralment residenti barra mill-Komunità, il-post tal-provvista għandu jkun il-post fejn il-persuna li mhix taxxabbli hi stabbilita, jew fejn hi għandha l-indirizz permanenti jew hi ġeneralment residenti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq tad-dritt tal-Unjoni ġew trasposti fid-dritt tal-Pajjiżi l-Baxxi bl-Artikolu 6(1) u bl-Artikolu 6(2)(c)(1) u (d)(10) tal-Wet op de omzetbelasting 1968 (il-Liġi tal-1968 dwar it-Taxxa fuq id-Dħul mill-Bejgħ).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti, il-proċedura u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-konvenut fil-kawża prinċipali, L. W. Geelen, huwa persuna taxxabbli rreġistrata għall-VAT fil-Pajjiżi l-Baxxi. Dan jipprovdi servizzi li jikkonsistu fl-organizzazzjoni u fil-provvista ta’ sessjonijiet interattivi ta’ natura erotika mxandra bi streaming dirett permezz tal-internet. Il-mudelli ffilmjati matul dawn is-sessjonijiet jinsabu fil-Filippini. L. W. Geelen jipprovdihom bil-materjal u bis-softwer meħtieġa għax-xandir bi streaming tal-imsemmija sessjonijiet permezz tal-internet. Il-klijenti jikkuntattjaw lill-mudelli permezz tal-internet wara li jkunu fetħu kont għal dan l-iskop mal-fornituri tas-servizzi tal-internet. Dawn il-fornituri jirċievu ħlas mingħand il-klijenti, li parti minnu titħallas lil L. W. Geelen. Is-sessjonijiet jixxandru diretti u huma interattivi, li jfisser li l-klijenti jistgħu jikkomunikaw mal-mudelli u jagħtuhom struzzjonijiet. Is-servizzi pprovduti minn L. W. Geelen huma fil-prinċipju intiżi għas-suq Olandiż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Fid-dawl tal-informazzjoni li tidher fit-talba għal deċiżjoni preliminari, ma huwiex ċert jekk il-possibbiltà li jitgawdew dawn is-servizzi hijiex, b’mod jew ieħor, teknikament limitata għat-territorju Olandiż. Din ir-restrizzjoni tista’ tirriżulta mill-ħtieġa ta’ mogħdija mill-fornituri tas-servizzi tal-internet li magħhom L. W. Geelen ikkonkluda ftehim.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-konvenut fil-kawża prinċipali ma ppreżentax id-dikjarazzjoni tal-VAT għas-servizzi msemmija iktar ’il fuq. Madankollu, l-amministrazzjoni fiskali qieset li dawn is-servizzi kienu suġġetti għall-VAT fil-Pajjiżi l-Baxxi u ħarġet avviż ta’ aġġustament għall-perijodu bejn l-<DATE ISO="20060601">1 ta’ Ġunju 2006</DATE> u l-<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Din id-deċiżjoni ġiet annullata b’sentenza tal-qorti tal-ewwel istanza, li kkonkludiet li s-servizzi inkwistjoni kienu suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dritt Olandiż li jittrasponu l-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(2)(ċ) tad-Direttiva 77/388 u l-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112, u li s-servizzi kienu fiżikament jingħataw fil-Filippini. L-amministrazzjoni fiskali appellat minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(2)(ċ) tad-[Direttiva 77/388] flimkien mal-Artikolu 52(a) tad-[Direttiva 2006/112] għandhom jiġu interpretati fis-sens li taħt dawn id-dispożizzjonijiet jaqa’ wkoll it-tqegħid għad-dispożizzjoni bi ħlas ta’ sessjonijiet webcam erotiċi interattivi diretti?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Jekk il-parti (a) tal-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva, il-frażijiet ‘il-post fejn dawk is-servizzi jingħataw materjalment’ u ‘il-post fejn is-servizzi huma fiżikament imwettqa’ li jinsabu rispettivament fl-Artikolu 9(2)(ċ) tad-[Direttiva 77/388] u fil-parti introduttiva tal-Artikolu 52 tad-[Direttiva 2006/112] għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-post determinanti huwa dak fejn il-[persuni li jidhru fuq l-iskrin] jidhru quddiem il-webcam, jew fis-sens li l-post determinanti huwa dak fejn il-[klijenti] jħarsu lejn l-immaġni, jew għandu jiġi kkunsidrat post ieħor?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>It-tnax-il inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) tad-[Direttiva 77/388] u l-Artikolu 56(1)(k) tad-[Direttiva 2006/112], flimkien mal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1777/2005<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1777/2005 tas-<DATE ISO="20051017">17 ta’ Ottubru 2005</DATE> li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għad-Direttiva 77/388/KEE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="288" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 288, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tqegħid għad-dispożizzjoni bi ħlas ta’ sessjonijiet webcam erotiċi interattivi diretti jista’ jiġi kkunsidrat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[s]ervizzi provduti elettronikament<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-każ li kemm il-parti (a) tal-ewwel domanda kif ukoll it-tieni domanda jingħataw risposta affermattiva u fil-każ li d-dispożizzjonijiet tad-direttivi rilevanti jwasslu għal riżultati differenti fir-rigward tal-postijiet fejn jiġu pprovduti s-servizzi, kif għandu, għalhekk, jiġi stabbilit il-post fejn jiġu pprovduti s-servizzi?<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20170927">27 ta’ Settembru 2017</DATE>. Il-Gvern Olandiż u l-Gvern Franċiż kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Il-Gvern Olandiż u l-Kummissjoni nstemgħu fis-seduta li nżammet fid-<DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-punt (a) tal-ewwel domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Permezz tal-punt (a) tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk servizzi bħal dawk ipprovduti fil-kawża prinċipali minn L. W. Geelen humiex suġġetti għal-leġiżlazzjoni prevista fl-Artikolu 9(2)(ċ) tad-Direttiva 77/388 u fl-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112. B’mod partikolari għandu jiġi ddeterminat jekk dawn is-servizzi jikkostitwixxux provvista ta’ servizzi li għandhom bħala suġġett attivitajiet ta’ divertiment fis-sens tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Ma hemm l-ebda dubju li s-servizzi inkwistjoni għandhom natura ta’ divertiment<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>F’dan is-sens, ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050512">12 ta’ Mejju 2005</DATE>, <NAME.CASE>RAL (Channel Islands) <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑452/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2005:289">EU:C:2005:289</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dan il-punt ma jidhirlix li jeħtieġ żviluppi fit-tul. Madankollu, dan ma jeżawrixxix ir-risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fil-fehma tiegħi korrettement, jekk dawn id-dispożizzjonijiet japplikawx għas-servizzi li, filwaqt li għandhom natura ta’ divertiment, ma jingħatawx f’post wieħed u fl-istess waqt, lanqas fil-preżenza fiżika tal-benefiċjarji tas-servizzi, iżda, per eżempju, bħal f’dan il-każ, mill-bogħod u f’ħin magħżul minn kull benefiċjarju individwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(2)(ċ) ilu jidher fid-Direttiva 77/388 minn meta din ġiet adottata. Fil-fehma tiegħi, huwa stabbilit li meta fformula din id-dispożizzjoni, il-leġiżlatur ma kellux f’moħħu s-servizzi mill-bogħod, bħal dawk li huma s-suġġett tal-proċedura fil-kawża prinċipali, għaliex dawn ma kinux jeżistu dak iż-żmien. L-uniku mezz ta’ provvista tas-servizzi li għandhom bħala suġġett attivitajiet kulturali, ta’ divertiment, edukattivi, eċċ. kien jew dak li l-utenti tas-servizzi jinġemgħu fil-post effettiv tal-provvista ta’ servizzi, jew li jingħata s-servizz fil-post fejn jinsabu l-utenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Huwa minnu li s-servizzi tar-radju u tat-televiżjoni kienu jeżistu dak iż-żmien. Madankollu dawn kienu ntaxxati fil-post ta’ stabbiliment tal-fornitur tas-servizzi, li, bħala regola ġenerali, kien jikkoinċidi mal-post tax-xandir tal-programm. Kien biss wara l-emenda tad-Direttiva 77/388 tal-2002 (ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 3 ta’ dawn il-konklużjonijiet) li, fir-relazzjonijiet transkonfinali, il-post tal-provvista ta’ dawn is-servizzi kien ikkunsidrat bħala dak li fih huwa stabbilit jew iddomiċiljat il-konsumatur tas-servizzi (ara l-ħdax-il inċiż tal-Artikolu 9(2)(e), u l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 77/388). Is-servizzi tar-radju u t-televiżjoni huma madankollu limitati għax-xandir tal-programm, billi r-riċeviment tagħhom jitħalla f’idejn il-konsumaturi, b’kuntrast mas-servizzi bħal dawk fil-proċedura fil-kawża prinċipali, fejn il-fornitur jiżgura wkoll ir-riċeviment tal-kontenut u saħansitra l-parteċipazzjoni attiva tal-konsumaturi.</P></NOTE>. Għaldaqstant, id-determinazzjoni tal-post fejn titwettaq il-provvista materjalment ma kinitx tippreżenta diffikultà. Dan kien ukoll il-post tal-konsum tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Madankollu, l-iżvilupp teknoloġiku li seħħ minn dak iż-żmien ippermetta l-ħolqien ta’ servizzi li fil-kuntest tagħhom il-benefiċjarji jipparteċipaw mill-bogħod, xi kultant saħansitra attivament, f’avveniment kulturali, ta’ divertiment jew oħrajn, mingħajr ma jagħmlu dan neċessarjament f’ħin dirett. Għaldaqstant l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>unità ta’ azzjoni, ta’ żmien u ta’ post<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, biex issir referenza għall-kategoriji tat-teatru klassiku, tinsab imfixkla. Tqum għalhekk il-kwistjoni jekk l-eventwali applikazzjoni għal dawn is-servizzi tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(2)(ċ) tad-Direttiva 77/388 u tal-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112 hijiex konformi mal-volontà tal-leġiżlatur tal-Unjoni, kif din għandha tiftiehem fir-rigward tar-realtà teknoloġika ġdida, u tal-għanijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-motivi tal-proposta ta’ Direttiva 2008/8/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Direttiva tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20080212">12 ta’ Frar 2008</DATE> li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-post tal-forniment tas-servizzi (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="044" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 44, p. 11</REF.DOC.OJ>). Espożizzjoni tal-motivi: COM(2003) 822 finali.</P></NOTE> jikkostitwixxu punt ta’ tluq tajjeb għal analiżi tal-għanijiet li kienu jfittxu dawn id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-post tal-provvista ta’ servizzi. Din id-direttiva introduċiet riforma fundamentali tad-dritt tal-Unjoni f’dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tal-post tal-provvista tas-servizzi għall-għanijiet tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fil-parti introduttiva ta’ din l-espożizzjoni tal-motivi, il-Kummissjoni tinnota li l-iktar sitwazzjoni mixtieqa hija dik li fiha s-servizzi jkunu ntaxxati fil-post tal-konsum effettiv tagħhom. Madankollu, tali sistema sabet diffikultajiet prattiċi serji f’każ ta’ provvista transkonfinali ta’ servizzi. Dawn id-diffikultajiet jistgħu jiġu ssuperati faċilment għas-servizzi pprovduti lill-persuni taxxabbli. B’mod partikolari, dan huwa l-każ tal-mekkaniżmu ta’ awtolikwidazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Skont dan il-mekkaniżmu, il-VAT tinġabar mill-konsumatur, u mhux mill-fornitur, bir-rati fis-seħħ fil-post tal-istabbiliment tiegħu; sussegwentement dan jista’ jew jibbenefika minn dritt għal tnaqqis jekk juża s-servizzi li huwa jkun akkwista għall-finijiet tal-attivitajiet taxxabbli tiegħu stess, jew jirritorna l-VAT lit-Teżor. Huwa preżunt li, peress li s-servizzi mixtrija ġeneralment jintużaw għall-finijiet tal-attività ekonomika tagħhom, li l-post ta’ stabbiliment tal-konsumatur huwa fl-istess ħin il-post tal-konsum tas-servizz.</P></NOTE>. Madankollu, ma hemmx mezz kif dan il-mekkaniżmu jiġi applikat għall-persuni mhux taxxabbli. Soluzzjoni oħra tista’ tkun li l-fornituri ta’ servizzi jkunu obbligati jirreġistraw ruħhom f’kull Stat Membru li fih huma jipprovdu s-servizzi u jiddikjaraw il-VAT hemmhekk, iżda għalihom dan ikun jikkostitwixxi oneru amministrattiv eċċessiv. Barra minn hekk, għal ħafna servizzi, il-post tal-konsum effettiv ma huwiex il-post fejn is-servizzi jiġu pprovduti materjalment, iżda pjuttost il-post ta’ stabbiliment jew ta’ residenza tal-benefiċjarju, liema ħaġa tikkomplika s-sitwazzjoni ulterjorment, għaliex dan jimponi fuq il-fornitur li jidentifika każ b’każ il-post ta’ residenza tal-benefiċjarju u jħallas il-VAT hemmhekk<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Dan huwa l-każ, pereżempju, tas-servizzi kontinwi u tas-servizzi mill-bogħod.</P></NOTE>. Huwa minħabba dawn id-diffikultajiet prattiċi li d-Direttiva 77/388 tadotta bħala prinċipju ġenerali li l-post tal-provvista tas-servizzi huwa l-post ta’ stabbiliment tal-fornitur tas-servizzi. F’dan l-abbozz, il-Kummissjoni pproponiet li żżomm din ir-regola ġenerali għas-servizzi pprovduti lil persuni mhux taxxabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Madankollu, din ir-regola għandha l-eċċezzjonijiet tagħha. Waħda minnhom hija dik dwar l-attivitajiet kulturali, ta’ divertiment, edukattivi, eċċ. li huma ta’ interess f’din il-kawża. L-introduzzjoni ta’ din l-eċċezzjoni ppermettiet li jintlaħqu żewġ għanijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, meta l-attivitajiet inkwistjoni jeħtieġu l-preżenza fl-istess post kemm tal-benefiċjarji kif ukoll tal-fornituri tas-servizzi (jew, f’kull każ, tal-persuni li jagħtu s-servizz f’isimhom), kien possibbli li tintlaħaq is-soluzzjoni l-iktar mixtieqa billi s-servizz jiġi ntaxxat fil-post tal-konsum effettiv tiegħu mingħajr ma jinħolqu diffikultajiet amministrattivi eċċessivi. Fil-fatt, tali servizzi għandhom natura puntwali, fis-sens li l-għan ekonomiku tagħhom huwa ġeneralment limitat għat-tul tal-fornitura tas-servizz. Il-konsum ta’ dawn is-servizzi huwa għalhekk immedjat u jseħħ fil-post fejn dawn jiġu pprovduti. Għalhekk, il-post ta’ stabbiliment jew ta’ residenza tal-benefiċjarji huwa irrilevanti: il-fornitur ta’ servizzi huwa suġġett għall-VAT biss fil-post tal-eżekuzzjoni effettiva tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>It-tieni nett, tali servizzi sikwit huma ta’ natura kumplessa, għaliex jeħtieġu sensiela ta’ servizzi intermedjarji u supplimentari, li wħud minnhom jistgħu jiġu pprovduti direttament lill-benefiċjarji finali u oħrajn, pereżempju, lill-organizzaturi ta’ avvenimenti li jikkostitwixxu s-servizz finali. Il-prezz tagħhom jista’ jikkostitwixxi, iżda mhux neċessarjament jikkostitwixxi, parti mill-prezz totali tas-servizz finali. Dawn jistgħu wkoll jiġu pprovduti minn fornituri ta’ servizzi differenti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara, pereżempju, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960926">26 ta’ Settembru 1996</DATE>, <NAME.CASE>Dudda</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑327/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:355">EU:C:1996:355</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>): dik il-kawża kienet tinvolvi servizzi ta’ inġinerija tal-ħoss ipprovduti lil organizzaturi tal-kunċerti.</P></NOTE>. L-applikazzjoni tal-prinċipju ġenerali ta’ tassazzjoni fil-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi tista’ għalhekk twassal sabiex il-VAT relattiva għas-servizzi kostituttivi differenti tiġi ddikjarata f’diversi Stati Membri. It-tassazzjoni ta’ dawn is-servizzi fil-post li fih effettivament jiġu eżegwiti tissimplifika s-sitwazzjoni meta dan il-post ikun jikkoinċidi mal-post tal-provvista finali jew prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Madankollu, l-applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni ma tilħaqx dawn l-għanijiet f’dak li jikkonċerna s-servizzi mogħtija mill-bogħod, bħal dawk li huma s-suġġett tal-proċedura fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Meta l-provvista ta’ servizzi ma teħtieġx il-preżenza simultanja tal-fornituri u tal-benefiċjarji fl-istess post, tqum il-problema li hija s-suġġett tal-punt (b) tal-ewwel domanda, jiġifieri dik tal-post fejn materjalment issir il-provvista. Madankollu, tkun xi tkun is-soluzzjoni li tiġi adottata, l-għanijiet tal-eċċezzjoni msemmija ma jkunux intlaħqu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fil-fatt, jekk jiġi ammess, sabiex jittieħed l-eżempju tas-servizzi li huma s-suġġett tal-proċedura fil-kawża prinċipali, li l-post tal-provvista tas-servizz ikun il-post fejn il-mudelli jippreżentaw ruħhom quddiem il-kamera, ma jintlaħaqx l-għan mixtieq, li huwa dak ta’ ntaxxar fil-post tal-konsum. Ovvjament il-post tal-konsum għandu jitqies li huwa l-post fejn jinsabu l-klijenti fil-mument li huma jibbenefikaw mis-servizz. Barra minn hekk, il-post fejn jiġi pprovdut is-servizz stabbilit b’dan il-mod jista’, bħal f’dan il-każ, ma jikkoinċidix mal-post fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizzi, jew ikun kompletament barra mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tas-sistema komuni tal-VAT. Mhux biss is-servizz mhux ser ikun intaxxat fil-post tal-konsum, kif kienet timmira l-imsemmija eċċezzjoni, iżda lanqas ma jiġi applikat il-prinċipju ġenerali ta’ ntaxxar fil-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jekk il-post ta’ eżekuzzjoni effettiva ta’ tali servizzi jitqies li huwa l-post fejn jinsabu l-ispettaturi fil-mument li dawn jibbenefikaw minnhom, ikun possibbli li dawn is-servizzi jiġu ntaxxati fil-post tal-konsum. Tali soluzzjoni toħloq madankollu r-riskju li jinħolqu preċiżament id-diffikultajiet prattiċi li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jevita meta introduċa r-regola ġenerali tat-tassazzjoni fil-post fejn huwa stabbilit il-fornitur, diffikultajiet li jirriżultaw mill-ħtieġa li jiġi identifikat każ b’każ il-post fejn jintuża s-servizz mill-benefiċjarju u li l-VAT tiġi ddikjarata hemm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Huwa minnu li fl-osservazzjonijiet tiegħu l-Gvern Olandiż indika l-modalitajiet previsti mid-Direttiva (UE) 2017/2455<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/2455 tal-<DATE ISO="20171205">5 ta’ Diċembru 2017</DATE> li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta’ ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta’ servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta’ oġġetti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 348, p. 7</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> bl-għan li jiġu solvuti dawn id-diffikultajiet prattiċi. Kif madankollu jinnota dan il-Gvern, dawn is-soluzzjonijiet japplikaw għas-servizzi tat-tip bħal dawk li huma s-suġġett tal-kawża prinċipali biss mill-2021, filwaqt li din il-kawża tikkonċerna s-sitwazzjoni legali li kienet fis-seħħ matul il-perijodu bejn l-2006 u l-2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-applikazzjoni tal-kriterju speċifiku ta’ determinazzjoni tal-post tal-provvista tas-servizzi li jipprevedu l-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(2)(ċ) tad-Direttiva 77/388 u l-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112 għas-servizzi mill-bogħod, bħal dawk li huma s-suġġett tal-kawża prinċipali, ma tilħaqx l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlatur tal-Unjoni meta introduċa dawn id-dispożizzjonijiet. Għalhekk, fil-fehma tiegħi, jeħtieġ li minflok jiġi applikat il-prinċipju ġenerali ta’ ntaxxar fil-post ta’ stabbiliment tal-fornitur tas-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, f’ċerti każijiet, l-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju għas-servizzi mill-bogħod, b’mod partikolari dawk ipprovduti fuq l-internet, tista’ twassal għal tqassim imperfett tal-kompetenzi fiskali bejn l-Istati Membri, għaliex potenzjalment, din tippermetti li jiġi sseparat faċilment il-post tal-intaxxar mill-post tal-konsum tas-servizz (għalkemm ma jidhirx li dan huwa l-każ f’din il-kawża). Madankollu, hekk kif jirriżulta mill-espożizzjoni tal-motivi tal-abbozz ta’ Direttiva 2008/8, il-leġiżlatur tal-Unjoni kien diġà konxju minn din il-problema fiż-żmien tal-abbozzar tad-direttiva, iżda madankollu ddeċieda, f’dak li jikkonċerna s-servizzi li jingħataw fl-Unjoni Ewropea lil persuni mhux taxxabbli, li jipposponi s-soluzzjoni sad-dħul fis-seħħ tal-miżuri msemmija fil-punt 27 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>It-teżi li tgħid li r-regoli stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(2)(ċ) tad-Direttiva 77/388 u fl-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112 kellhom l-għan li jiddeterminaw il-post tal-provvista tas-servizzi li jeħtieġu l-preżenza simultanja tal-fornituri u tal-benefiċjarji tidher li hija bbażata wkoll fuq il-kliem attwali tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fil-verżjoni attwali tad-Direttiva 2006/112<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Jiġifieri fil-verżjoni applikabbli mill-<DATE ISO="20110101">1 ta’ Jannar 2011</DATE>, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/8.</P></NOTE>, din id-dispożizzjoni tidher fl-Artikoli 53 u 54(1) tagħha. Skont l-Artikolu 53 ta’ din id-direttiva, li jikkonċerna s-servizzi pprovduti lil persuni taxxabbli, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[i]l-post tal-forniment tas-servizzi fir-rigward tad-dħul għal attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta’ divertiment, jew avvenimenti simili, bħal fieri u wirjiet, u tas-servizzi anċillari relatati mad-dħul, fornuti lil persuna taxxabbli, għandu jkun il-post fejn dawk l-avvenimenti tabilħaqq iseħħu<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Enfasi miżjud minni.</P></NOTE>. Għalhekk, mhux biss kull servizz kulturali, ta’ divertiment, eċċ., iżda wkoll servizzi li jieħdu l-forma ta’ attivitajiet, bħalma huma fieri u wirjiet, li jeħtieġu l-preżenza tal-benefiċjarji tas-servizzi fil-post fejn dawn jiġu pprovduti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2006/112, li jagħmel riferenza għall-forniment ta’ dawn l-istess servizzi lil persuni mhux taxxabbli, ma jużax l-istess kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>attivitajiet<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Skont din id-dispożizzjoni, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[i]l-post tal-forniment tas-servizzi u tas-servizzi anċillari, relatati ma’ attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi, xjentifiċi, edukattivi, ta’ divertiment, jew avvenimenti simili, bħal fieri u wirjiet, inkluż il-forniment tas-servizzi ta’ l-organizzaturi ta’ tali attivitajiet, fornuti lil persuna mhux taxxabbli għandu jkun il-post fejn dawk l-avvenimenti tabilħaqq iseħħu.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></NOTE>. L-istess bħall-Artikolu 53 ta’ din id-direttiva, din id-dispożizzjoni tippreċiża, madankollu, li tirrigwarda attivitajiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>bħal fieri u wirjiet<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, u għalhekk ukoll attivitajiet li jirrikjedu l-preżenza tal-benefiċjarji fuq il-post tal-provvista tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, id-differenza fil-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija marbuta mal-fatt li l-Artikolu 53 attwali tad-Direttiva 2006/112 jiddetermina l-post tal-provvista ta’ kategorija stretta ħafna ta’ servizzi, jiġifieri dawk li jikkonsistu fl-għoti ta’ aċċess għal attivitajiet bħalma huma fieri u wirjiet, kif ukoll is-servizzi li huma marbuta mill-qrib magħhom. Il-ħlas li jagħti l-aċċess għal dawn l-attivitajiet ġeneralment iseħħ bix-xiri ta’ biljetti. Il-bejgħ ta’ dawn il-biljetti huwa ġeneralment massiv u ta’ sikwit jitwettaq minn intermedjarji, u dan jagħmilha ferm diffiċli, jew kważi impossibbli, li tiġi stabbilita distinzjoni bejn ix-xerrejja li huma persuni taxxabbli u dawk li ma humiex. Barra minn hekk, il-leġiżlatur applika l-istess post għall-provvisti ta’ servizzi ta’ aċċess għal dawn l-attivitajiet, kemm jekk ikunu pprovduti lil persuni taxxabbli jew lil persuni mhux taxxabbli, sabiex jevita diffikultajiet fl-intaxxar ta’ dawn is-servizzi. Madankollu, il-post tal-provvisti aċċessorji kollha relattivi għall-attivitajiet kulturali, ta’ divertiment, eċċ., ivarja skont l-istatus tal-benefiċjarju: fir-rigward tas-servizzi li jingħataw lil persuni mhux taxxabbli, il-post tal-provvista jibqa’ l-post fejn dawn l-attivitajiet ikunu effettivament seħħew skont l-Artikolu 54(1) attwali tad-Direttiva 2006/112, filwaqt li, għas-servizzi pprovduti lil persuni taxxabbli, dan il-post huwa dak tas-sede tal-benefiċjarju jew dak tal-eżerċizzju tal-attività tiegħu, skont ir-regola ġenerali ġdida li tidher fl-Artikolu 44 attwali tad-Direttiva 2006/112. Din hija r-raġuni għalfejn, pereżempju, il-post tal-provvista ta’ inġinier tal-ħoss, bħal fil-kawża Dudda<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19960926">26 ta’ Settembru 1996</DATE>, <NAME.CASE>Dudda</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑327/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:355">EU:C:1996:355</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, għandu jkun, skont ir-regoli attwalment fis-seħħ, il-post fejn huwa stabbilit l-organizzatur tal-kunċert u mhux il-post fejn seħħ il-kunċert.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Madankollu, fil-fehma tiegħi, dan ma jbiddel xejn mill-fatt li ż-żewġ dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jikkonċernaw l-istess tip ta’ servizzi, jiġifieri l-attivitajiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>bħal fieri u wirjiet<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jiġifieri li jeħtieġu l-preżenza fiżika tal-benefiċjarji fuq il-post fejn is-servizz huwa pprovdut. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 54(1) attwali tad-Direttiva 2006/112 ma huwiex iktar wiesa’ mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 53 f’dak li jikkonċerna l-kategoriji ta’ attivitajiet milquta. L-Artikolu 53 jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regola preċedenti biss lis-servizzi pprovduti lil persuni taxxabbli li ma jikkonsistux direttament fl-għoti ta’ aċċess għal avvenimenti kulturali, ta’ divertiment, eċċ. Minbarra din l-esklużjoni, huma kkonċernati madankollu l-istess servizzi bħal dawk imsemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 9(2)(ċ) tad-Direttiva 77/388 u fl-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112, fil-verżjoni applikabbli fil-proċedura fil-kawża prinċipali. Is-servizzi pprovduti mill-bogħod ma humiex koperti minn dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, nissuġġerixxi li r-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-punt (a) tal-ewwel domanda tkun li l-Artikolu 9(2)(ċ) tad-Direttiva 77/388 u l-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-servizzi li jikkonsistu fl-organizzazzjoni u fil-provvista ta’ sessjonijiet bil-webcam interattivi ta’ natura erotika mxandra bi streaming dirett ma humiex servizzi ta’ divertiment fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-punt (b) tal-ewwel domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Ir-risposta li nissuġġerixxi li tingħata għall-punt (a) tal-ewwel domanda twassal sabiex il-punt (b) ma jibqax rilevanti. Madankollu, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma ssegwix il-proposta ta’ risposta tiegħi għall-punt (a) tal-ewwel domanda, sejjer nanalizza l-punt (b) iktar ’il quddiem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Bil-punt (b) tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fil-każ ta’ servizzi fornuti mill-bogħod, bħalma huma sessjonijiet bil-webcam interattivi ta’ natura erotika mxandra bi streaming dirett, bħal fil-kawża prinċipali, għandux jitqies li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>l-post fejn is-servizzi huma fiżikament imwettqa<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-Artikolu 9(2)(ċ) tad-Direttiva 77/388, jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>il-post fejn is-servizzi huma fiżikament imwettqa<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tal-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112, huwiex il-post fejn il-mudelli jkunu preżenti fiżikament waqt is-sessjoni jew dak fejn il-benefiċjarji jibbenefikaw minn dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Ninnota l-ewwel nett li d-diverġenzi kollha fit-test li jistgħu jeżistu fil-verżjonijiet lingwistiċi differenti taż-żewġ direttivi inkwistjoni, bejn il-kliem tal-Artikolu 9(2)(ċ) tad-Direttiva 77/388 u dak tal-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112, diverġenzi li ssemmi wkoll il-qorti tar-rinviju f’dak li jikkonċerna l-verżjoni Olandiża, ma jbiddlux, fil-fehma tiegħi, it-tifsira ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Għaldaqstant, jeħtieġ li dawn jiġu interpretati fl-istess sens.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Il-Gvern Olandiż u l-Gvern Franċiż jipproponu li tingħata risposta għal din id-domanda fis-sens li l-post fejn dan is-servizz jitwettaq fiżikament huwa l-post fejn il-benefiċjarju jibbenefika minnu, jiġifieri, f’dan il-każ, fil-prinċipju, it-territorju tal-Pajjiżi l-Baxxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis madankollu li dan l-approċċ huwa ddettat mir-riżultat imfittex, jiġifieri l-intaxxar tas-servizz inkwistjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi, iżda ma jirriżultax mill-ittra tad-dispożizzjonijiet eżaminati. Għalkemm il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni li tgħid li huwa razzjonali li dawn is-servizzi jiġu ntaxxati fil-Pajjiżi l-Baxxi, din xorta tqis – <HT TYPE="ITALIC">dura lex sed lex</HT> – li mill-kliem tad-dispożizzjonijiet rilevanti jirriżulta li l-post tal-eżekuzzjoni tas-servizz huwa dak fejn jinsabu l-mudelli, f’dan il-każ fil-Filippini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Din id-dilemma hija illustrazzjoni perfetta tad-diffikultajiet li jqumu fl-isforzi sabiex jiġu applikati r-regoli inkwistjoni għal sitwazzjonijiet li ma humiex maħsuba għalihom, jiġifieri għas-servizzi mill-bogħod. Kuntrarjament għas-servizzi li jeħtieġu l-preżenza fl-istess post tal-fornitur u tal-benefiċjarju, għas-servizzi mill-bogħod, b’definizzjoni ma jeżisti l-ebda post li jista’ jitqies, b’mod ċar u inekwivoku, bħala l-post tal-għoti tas-servizz. Tali servizzi għandhom il-karatteristika essenzjali li jkunu pprovduti f’mill-inqas żewġ postijiet, u b’mod partikolari minn post għal ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Jidhirli madankollu neċessarju li tingħata risposta lil żewġ domandi sabiex tiġi riżolta din id-dilemma, jiġifieri dik dwar min hu l-fornitur tas-servizzi u dik dwar min realment jirċievi s-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>F’dak li jikkonċerna l-ewwel domanda, mill-informazzjoni li tinsab fit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta kjarament li l-mudelli huma impjegati minn L. W. Geelen. Għalkemm il-qorti tar-rinviju ma tippreċiżax in-natura speċifika ta’ dan l-impjieg, jista’, fil-fehma tiegħi, raġonevolment jitqies li l-mudelli ma jipprovdux servizzi direttament lill-klijenti ta’ L. W. Geelen. Fil-fatt, huwa L. W.<?PAGE NO="10"?> Geelen il-fornitur tas-servizzi; huwa l-persuna li jirċievi l-prezz tas-servizz tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Mid-dehra permezz tal-intervent tal-fornituri ta’ aċċess għall-internet.</P></NOTE> u huwa l-intaxxar tas-servizz tiegħu li jifforma s-suġġett tal-proċedura fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Dan is-servizz ġie identifikat fit-talba għal deċiżjoni preliminari bħala l-provvista ta’ sessjonijiet bil-webcam interattivi ta’ natura erotika mxandra bi streaming dirett. Żewġ elementi jidhru li għandhom importanza essenzjali għas-servizz maħsub b’dan il-mod: is-sessjonijiet erotiċi fihom infushom (jiġifieri s-servizzi tal-mudelli) u t-trażmissjoni tagħhom fuq l-internet, magħquda mal-provvista ta’ komunikazzjoni interattiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ elementi jikkostitwixxu servizz uniku u indiviżibbli. L. W. Geelen ma jillimitax ruħu biex jiżgura li l-mudelli jeżebixxu ruħhom, għaliex dan is-servizz ma jkollu l-ebda valur għall-klijenti tiegħu, għaliex dawn tal-aħħar jinsabu fil-Pajjiżi l-Baxxi, filwaqt li l-mudelli jinsabu fil-Filippini. Huwa lanqas ma jillimita ruħu li jwettaq ir-rwol ta’ intermedjarju fit-trażmissjoni tas-sessjonijiet, għaliex huwa jorganizza wkoll is-sessjonijiet li matulhom jeżebixxu ruħhom il-mudelli, jipprovdihom bil-materjal neċessarju u, preżumibbilment, jibagħtilhom ukoll ir-remunerazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Dawn iż-żewġ elementi għandhom importanza ugwali f’dan ir-rigward, għaliex, mingħajr wieħed jew l-ieħor, is-servizz ma jkollu l-ebda sens mill-perspettiva ekonomika jew f’kull każ ikun jikkostitwixxi servizz kompletament differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Sabiex nasal għad-dispożizzjonijiet inkwistjoni f’din il-kawża, għandu jiġi nnotat li dawn jikkonċernaw servizzi li għandhom bħala suġġett <HT TYPE="ITALIC">attivitajiet</HT> kulturali, ta’ divertiment, eċċ. Madankollu, bħala post ta’ provvista ta’ dawn is-servizzi, dawn id-dispożizzjonijiet ma jindikawx il-post li fih iseħħu dawn l-attivitajiet, iżda l-post fejn isseħħ il-<HT TYPE="ITALIC">provvista</HT>. Għaldaqstant, il-post li fih isseħħ l-attività li hija s-suġġett tal-provvista, f’dan il-każ, attività ta’ divertiment li tikkonsisti fl-eżibizzjoni mill-mudelli, ma huwiex suffiċjenti sabiex jiġi ddeterminat il-post fejn seħħet il-provvista jekk elementi oħra tal-provvista, li huma wkoll essenzjali, ikunu pprovduti xi mkien ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Għaldaqstant ma naqbilx mat-teżi tal-Kummissjoni li tgħid li l-post fejn isseħħ il-provvista inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandu jitqies bħala dak fejn jeżebixxu ruħhom il-mudelli. Dan għaliex din it-teżi bl-ebda mod ma tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-portata ekonomika ta’ dan is-servizz għall-klijenti tikkonsisti fil-possibbiltà li jibbenefikaw minnu fil-post tal-għażla tagħhom, b’mod partikolari fir-residenza tagħhom, u li, minn din il-perspettiva, il-fatt li tiġi żgurata t-trażmissjoni ta’ sessjoni huwa importanti daqs il-fatt li l-mudelli jeżebixxu ruħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, ma huwiex inqas diffiċli li jitqies li, kif jixtiequ l-Gvern Olandiż u l-Gvern Franċiż, il-post fejn materjalment isseħħ il-provvista huwa preċiżament dak fejn il-klijenti jaċċedu għall-provvista, għaliex l-ebda waħda mill-attivitajiet li jikkostitwixxu dan is-servizz ma jitwettqu hemmhekk realment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għall-mistoqsija jekk il-post li fih isseħħ materjalment il-provvista jikkonsistix, minn naħa, fl-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet erotiċi li fihom jeżebixxu ruħhom mudelli u, min-naħa l-oħra, fil-possibbiltà mogħtija lill-klijenti li jaraw dawn is-sessjonijiet permezz tal-internet fil-post tal-għażla tagħhom u li jidħlu f’komunikazzjoni interattiva mal-mudelli, ir-risposta li għandha tingħata hija li dan jirrigwarda l-post fejn il-fornitur, f’dan il-każ L. W. Geelen, iwettaq l-attività tiegħu. Huwa f’dak il-post li jinsabu kkonċentrati l-attivitajiet kollha, li jitwettqu mill-bogħod, neċessarji għall-provvista ta’ dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Inqis, għaldaqstant, li fil-każ ta’ servizzi pprovduti mill-bogħod, jiġifieri li ma jeħtiġux il-preżenza tal-benefiċjarju fil-post fejn materjalment iseħħu l-attivitajiet li jikkostitwixxu dan is-servizz, il-post ta’ stabbiliment tal-fornitur għandu jitqies bħala l-post fejn materjalment isseħħ il-provvista, fis-sens tal-Artikolu 9(2)(ċ) tad-Direttiva 77/388 u tal-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112. F’dan ir-rigward nenfasizza li dan huwa l-post fejn huwa stabbilit il-fornitur u mhux il-persuni li eventwalment jiġu impjegati minnu sabiex jipprovdu wħud mill-atti li jiffurmaw parti minn dan is-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Ma huwiex diffiċli li jitqies li tali proposta tpoġġi indiskussjoni l-interess li għal dan it-tip ta’ servizzi tiġi applikata l-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 9(2)(ċ) tad-Direttiva 77/388 u fl-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112, għaliex fil-prattika din twassal għall-istess riżultat bħal dak li tinvolvi l-applikazzjoni tar-regola ġenerali tal-intaxxar fil-post ta’ stabbiliment tal-fornitur. Madankollu dan jirriżulta mill-fatt li dawn ir-regoli ma japplikawx għas-servizzi mill-bogħod, kif ipprovajt nuri fl-analiżi tal-punt (a) tal-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni lanqas ma twassal awtomatikament għall-intaxxar fil-post tal-konsum, għaliex, fil-każ tas-servizzi mill-bogħod, dan il-post jista’ jkun differenti mill-post fejn huwa stabbilit il-fornitur tas-servizzi. Madankollu, kif indikajt fil-parti ta’ dawn il-konklużjonijiet iddedikata għar-risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda, il-leġiżlatur tal-Unjoni ddeċieda li, għas-servizzi pprovduti minn persuni mhux taxxabbli, kien iktar importanti li jiġu evitati d-diffikultajiet u l-piżijiet amministrattivi imposti fuq il-persuni taxxabbli milli li dawn is-servizzi jiġu ntaxxati fil-post tal-konsum<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-punt 19 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Is-soluzzjoni li nipproponi tevita dawn id-diffikultajiet u dawn il-piżijiet, kuntrarjament għal dik ippreferita mill-Gvern Olandiż u mill-Gvern Franċiż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Fil-kawża prinċipali, jidher li l-użu tas-servizzi pprovduti minn L. W. Geelen jeħtieġu l-ftuħ ta’ kont mal-fornitur tas-servizzi tal-internet li miegħu L. W. Geelen kien ikkonkluda kuntratt f’dan is-sens, b’mod li dan kellu l-kontroll tal-kamp territorjali tas-servizzi pprovduti minnu. B’mod ġenerali, is-servizzi pprovduti mill-bogħod, b’mod partikolari permezz tal-internet, jistgħu madankollu jintużaw mingħajr limiti ġeografiċi. Jekk jitqies li l-post fejn il-klijenti jibbenefikaw minnu huwa l-post fejn jitwettqu tali servizzi, u għalhekk il-post tal-intaxxar, dan jista’ potenzjalment joħloq diffikultajiet importanti lill-fornituri minħabba li jimmultiplika l-postijiet ta’ ntaxxar.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma taċċettax il-proposta tiegħi dwar ir-risposta għall-punt (a) tal-ewwel domanda, nissuġġerixxi li l-Artikolu 9(2)(ċ) tad-Direttiva 77/388 u l-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112 jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ servizzi mill-bogħod, jiġifieri servizzi li ma jeħtiġux il-preżenza tal-klijent fil-post fejn materjalment jitwettaq materjalment is-servizz fis-sens tad-dispożizzjonijiet imsemmija għandu jitqies li huwa l-post fejn huwa stabbilit il-fornitur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni u t-tielet domanda preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk servizzi bħal dawk inkwistjoni fil-proċedura fil-kawża prinċipali jistgħux jitqiesu bħala servizzi pprovduti b’mezzi elettroniċi fis-sens tal-aħħar inċiż tal-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 77/388 u tal-Artikolu 56(1)(k) tad-Direttiva 2006/112 u, jekk ikun il-każ, kif għandu jiġi ddeterminat il-post li fih jingħataw dawn is-servizzi fil-każ fejn din il-klassifikazzjoni tikkoinċidi ma’ dik li twassalhom sabiex jaqgħu taħt l-Artikolu 9(2)(ċ) tad-Direttiva 77/388 u taħt l-Artikolu 52(a) tad-Direttiva 2006/112.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi nnotat li l-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 77/388 jirregola l-metodu ta’ determinazzjoni tal-post tal-provvista tas-servizzi li jissemmew hemmhekk u li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>jsiru għal konsumaturi stabbiliti barra l-Komunità jew għal persuni taxxabbli stabbiliti fil-Komunità imma mhux fl-istess pajjiż bħal tal-fornitur<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. L-Artikolu 9(2)(f) ta’ din id-direttiva jirregola wkoll il-metodu ta’ determinazzjoni tal-post tas-servizzi msemmija fl-aħħar inċiż tas-subparagrafu (e) ta’ din id-dispożizzjoni (jiġifieri s-servizzi pprovduti b’mezzi elettroniċi) <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>meta s-servizz hu provvdut lill-persuni li m’humiex taxxabbli<?PAGE NO="12"?> li huma stabbiliti, għandhom l-indirizz permanenti jew ġeneralment jgħixu fi Stat Membru, minn persuna li hi taxxabbli li stabbiliet in-negozju tagħha jew li għandha stabbiliment fiss minn fejn jiġi pprovdut is-servizz barra l-Komunità jew, fin-nuqqas ta’ post ta’ negozju jew stabbiliment fiss bħal dan, għandha l-indirizz permanenti jew hi ġeneralment residenti barra l-Komunità<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>L-Artikolu 56(1) u l-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2006/112 għandhom l-istess kamp ta’ applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għalhekk għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>esportazzjoni ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jiġifieri s-servizzi pprovduti lil konsumaturi stabbiliti jew li għandhom ir-residenza tagħhom barra mill-Unjoni, il-provvisti transkonfinali ta’ servizzi pprovduti fl-Unjoni lil persuni taxxabbli, u għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>importazzjoni ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, ipprovduti lil persuni mhux taxxabbli minn persuni taxxabbli li għandhom is-sede, stabbiliment jew ir-residenza tagħhom barra mill-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tilwima fil-kawża prinċipali tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi pprovduti lil persuni mhux taxxabbli residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi minn persuna taxxabbli wkoll residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi. Xejn fit-talba għal deċiżjoni preliminari ma jindika li L. W. Geelen għandu stabbiliment fiss barra mill-Unjoni Ewropea, li huwa jwettaq esportazzjoni ta’ servizzi jew li huwa kien jipprovdi s-servizzi tiegħu (dawk li huma s-suġġett tal-proċedura fil-kawża prinċipali) lil persuni taxxabbli b’mod transkonfinali. B’mod partikolari, il-fatt li l-mudelli kienu jeżebixxu ruħhom barra mill-fruntieri tal-Unjoni (fil-Filippini) ma jfissirx li dan il-każ jirrigwarda importazzjoni ta’ servizzi, peress li l-fornitur tas-servizzi huwa L. W. Geelen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara l-punt 43 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Għalhekk, is-servizzi pprovduti minn L. W. Geelen ma jaqgħux taħt l-Artikolu 9(2)(e) u (f) tad-Direttiva 77/388 jew tal-Artikolu 56(1) u tal-Artikolu 57(1) tad-Direttiva 2006/112. B’hekk, l-eventwali klassifikazzjoni ta’ dawn is-servizzi bħala pprovduti b’mezzi elettroniċi ma għandhiex rilevanza. Għaldaqstant, ma hemmx bżonn li t-tieni u t-tielet domanda jingħataw risposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-Artikolu 58(ċ) attwali tad-Direttiva 2006/112 jirregola speċifikament is-servizzi kollha pprovduti b’mezzi elettroniċi lil persuni mhux taxxabbli, inklużi dawk ipprovduti fuq it-territorju ta’ Stat Membru wieħed. Madankollu, din il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għall-fatti tal-kawża prinċipali. Huma d-dispożizzjonijiet legali eżaminati fil-punti iktar ’il fuq li huma applikabbli f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjonijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari fformulati mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) bil-mod segwenti:</TXT><P>L-Artikolu 9(2)(ċ) tas-sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE> fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mat-taxxi tal-valur fuq il-bejgħ - is-sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/38/KE tas-<DATE ISO="20020507">7 ta’ Mejju 2002</DATE>, u l-Artikolu 52(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE> dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fil-verżjoni applikabbli sal-<DATE ISO="20091231">31 ta’ Diċembru 2009</DATE>, għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-servizzi li jikkonsistu fl-organizzazzjoni u fil-provvista ta’ sessjonijiet bil-webcam interattivi ta’ natura erotika mxandra bi streaming dirett ma jikkostitwixxux provvista ta’ servizzi li għandhom bħala suġġett attivitajiet ta’ divertiment fis-sens tad-dispożizzjonijiet imsemmija.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>