Official Journal L 120 , 24/04/2004 P. 0061 - 0061
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/392/CFSP tad-19 ta' Mejju 2003 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unoni Ewropea u r-Rumanija dwar il-parteċipazzjoni tar-Rumanija fil-forzi mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUF) f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkommandazzjoni mill-Presidenza, Billi: (1) Fis-27 ta' Jannar 2003, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/92/CFSP ġIl-Politika Komuni Barranija u s-Sigurtà 2003 dwar l-Operazzjoni Militari ta' l-Unjoni Ewropea f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (il-FYROM) (Forza Y mir-Rumanija) [1]. (2) L-Artikolu 8 ta' l-Azzjoni Konġunta jipprovdi illi l-arranġamenti ddettaljati li jirrigwardaw il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi jridu jkunu bla ħsara għal ftehim skond l-Artikolu 24 tat-Trattat. (3) Wara d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Marzu 2003 li tawtorizza lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SG/HR) li jiftaħ in-negozjati, is-SR/HR innegozja ftehim mar-Rumanija dwar l-parteċipazzjoni tar-Rumanija fil-Forzi mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUF) f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. (4) Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Huwa hawnhekk approvat f'isem l-Unjoni Ewropea l-Ftehim bejn l-Unoni Ewropea u r-Rumanija dwar il-parteċipazzjoni tar-Rumanija fil-Forzi mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUF) f'dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. It-test tal-Ftehim huwa meħmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna bil-poter li tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Unjoni Ewropea. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-adozzjoni tagħha. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fid-19 ta' Mejju 2003. Għall-Kunsill Il-President G. Papandreou [1] ĠU L 34, tat-12.2.2003, p. 26. --------------------------------------------------