|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/5527 |
23.9.2024 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-introduzzjoni fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/5527)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni
|
Referenza tad-deċiżjoni (2) |
Data tad-deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-deċiżjoni |
|
C(2024) 6352 |
is-16 ta’ Settembru 2024 |
Dikromat tas-sodju (Nru tal-KE 234–190–3; Nru CAS 10588–01–9) |
Liebherr-Aerospace Lindenberg GmbH, Pfänderstrasse 50-52, D-88161 Lindenberg, il-Ġermanja |
REACH/24/41/0 |
L-issiġillar wara l-anodizzar tal-ligi tal-aluminju u l-passivazzjoni tal-kisi metalliku tal-partijiet tas-sistema tal-attwazzjoni u tal-illandjar għall-industrija tal-avjazzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà |
19 ta’ Diċembru 2034 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għal saħħet il-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzazzjoni (europa.eu).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5527/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)