|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2687 |
28.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2687
tas-27 ta’ Novembru 2023
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/667 dwar miżura ta' assistenza li tieħu l-forma ta' programm ġenerali ta' appoġġ għall-Unjoni Afrikana taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-perjodu 2022-2024
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Jannar 2023, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà approva rakkomandazzjoni mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) għal azzjoni b'appoġġ għat-Task Force Konġunta Multinazzjonali kontra l-Boko Haram (MNJTF) li għandha tiġi ffinanzjata taħt il-miżura ta' assistenza li tieħu l-forma ta' programm ġenerali ta' appoġġ għall-Unjoni Afrikana taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-perjodu 2022-2024 stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/667 (1) (il-“miżura ta’ assistenza”). |
|
(2) |
Fis-7 ta' Marzu 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/510 (2), li emendat id-Deċiżjoni (PESK) 2022/667 billi żiedet lill-organizzazzjoni mhux governattiva Żvizzera COGINTA fil-lista ta' entitajiet li jistgħu jimplimentaw bis-sħiħ jew parzjalment azzjonijiet taħt il-miżura ta' assistenza. |
|
(3) |
Fit-18 ta' Ottubru 2023, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà approva rakkomandazzjoni mir-Rappreżentant Għoli biex l-organizzazzjoni mhux governattiva Żvizzera COGINTA tiġi sostitwita mill-operatur Franċiż Défense Conseil International (Grupp DCI) bħala attur implimentattiv għal parti mill-azzjoni b'appoġġ tal-MNJTF. |
|
(4) |
Il-lista ta' entitajiet li jistgħu jimplimentaw bis-sħiħ jew parzjalment azzjonijiet taħt il-miżura ta' assistenza jenħtieġ li tinkludi lill-Grupp DCI. |
|
(5) |
Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2022/667 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/667 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“ANNESS
Lista tal-ministeri, tad-dipartimenti tal-gvern, u ta’ korpi u aġenziji oħra tal-liġi pubblika tal-Istati Membri, u ta’ korpi rregolati mil-liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku li jkunu ngħataw garanziji finanzjarji adegwati, li jistgħu jimplimentaw bis-sħiħ jew parzjalment azzjonijiet taħt il-Miżura ta' Assistenza (*1):
|
— |
Deutsche Gesellschaft für Internationale Zusammenarbeit |
|
— |
Expertise France |
|
— |
Défense Conseil International (DCI Group) |
Lista ta' entitajiet mingħajr skop ta' qligħ li jistgħu jimplimentaw kompletament jew parzjalment azzjonijiet taħt il-Miżura ta' Assistenza:
|
— |
COGINTA |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
Y. DÍAZ PÉREZ
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/667 tal-21 ta’ April 2022 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi li tieħu l-forma ta’ programm ġenerali ta’ appoġġ għall-Unjoni Afrikana taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-perjodu 2022-2024 (ĠU L 121, 22.4.2022, p. 38).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/510 tas-7 ta' Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/667 dwar miżura ta' assistenza li tieħu l-forma ta' programm ġenerali ta' appoġġ għall-Unjoni Afrikana taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi għall-perjodu 2022-2024 (ĠU L 70, 8.3.2023, p. 55).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2687/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)