4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 137/25


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2018/819

tal-1 ta' Ġunju 2018

li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Mejju 2016, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849.

(2)

Fit-23 ta' Mejju 2018, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”) stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU emenda l-elenkar ta' entità soġġetta għal miżuri restrittivi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ġunju 2018.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ZAHARIEVA


(1)   ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79.


ANNESS

Fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2016/849, l-entrata 74 taħt l-intestatura “B. Entitajiet” hija sostitwita b'dan li ġej:

“74.

WEIHAI WORLD-SHIPPING FREIGHT

 

419-201, Tongyi Lu, Huancui Qu, Weihai, Shandong 264200, China

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur ta' XIN GUANG HAI, bastiment li għabba faħam f'Taean, ir-RDPK fis-27 ta' Ottubru 2017 u kellu Valutazzjoni Teknika Ewropea fl-14 ta' Novembru 2017 għal Cam Pha, il-Vjetnam, iżda ma wasalx.”