<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-691/15 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0691</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:882">EU:C:2017:882</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tat-<DATE ISO="20171122">22.11.2017</DATE> – Kawża C-691/15 P</P><P>Il-Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes et</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20171122">22 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1272/2008</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 944/2013</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni taż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja</KEYWORD><KEYWORD>Kategoriji ta’ tossiċità akwatika akuta (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika (H410)</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ diliġenza</KEYWORD><KEYWORD>Żball manifest ta’ evalwazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-691/15 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, imressaq fis-<DATE ISO="20151217">17 ta’ Diċembru 2015</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn K. Talabér-Ritz u P.-J. Loewenthal, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><P>sostnuta minn:</P><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tad-Danimarka</HT>, irrappreżentat minn C. Thorning u N. Lyshøj, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja</HT>, irrappreżentata minn T. Henze, J. Möller u R. Kanitz, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi</HT>, irrappreżentat minn M. Bulterman u C. S. Schillemans kif ukoll minn J. Langer, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-appell,</PARTY.STATUS></INTERVENERS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża li huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Bilbaína de Alquitranes SA</HT>, stabbilita f’Luchana-Baracaldo (Spanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Deza a.s</HT>., stabbilita f’Valašské Meziříčí (ir-Repubblika Ċeka),</P><P><HT TYPE="BOLD">Industrial Química del Nalón SA</HT>, stabbilita f’Oviedo (Spanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Koppers Denmark A/S</HT>, stabbilita f’Nyborg (id-Danimarka),</P><P><HT TYPE="BOLD">Koppers UK Ltd</HT>, stabbilita f’Scunthorpe (ir-Renju Unit),</P><P><HT TYPE="BOLD">Koppers Netherlands BV</HT>, stabbilita f’Uithoorn (il-Pajjiżi l-Baxxi),</P><P><HT TYPE="BOLD">Rütgers basic aromatics GmbH</HT>, stabbilita f’Castrop-Rauxel (il-Ġermanja),</P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Rütgers Belgium NV</HT>, stabbilita f’Zelzate (il-Belġju),</P><P><HT TYPE="BOLD">Rütgers Poland sp. z o.o</HT>., stabbilita f’Kędzierzyn-Koźle (il-Polonja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Bawtry Carbon International Ltd</HT>, stabbilita f’Doncaster (ir-Renju Unit),</P><P><HT TYPE="BOLD">Grupo Ferroatlántica SA</HT>, stabbilita f’Madrid (Spanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">SGL Carbon GmbH</HT>, stabbilita f’Meitingen (il-Ġermanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">SGL Carbon GmbH</HT>, stabbilita f’Bad Goisern am Hallstättersee (l-Awstrija),</P><P><HT TYPE="BOLD">SGL Carbon</HT>, stabbilita f’Passy (Franza),</P><P><HT TYPE="BOLD">SGL Carbon SA</HT>, stabbilita f’A Coruña (Spanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">SGL Carbon Polska S.A</HT>., stabbilita f’Racibórz (il-Polonja),</P><P><HT TYPE="BOLD">ThyssenKrupp Steel Europe AG</HT>, stabbilita f’Duisburg (il-Ġermanja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Tokai erftcarbon GmbH</HT>, stabbilita f’Grevenbroich (il-Ġermanja),</P><P>irrappreżentati minn K. Van Maldegem, C. Mereu u M. Grunchard, avocats, kif ukoll minn P. Sellar, advocate,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)</HT>, irrappreżentata minn N. Herbatschek u W. Broere kif ukoll minn M. Heikkilä, bħala aġenti,</P><P><HT TYPE="BOLD">GrafTech Iberica SL</HT>, stabbilita f’Pamplona (Spanja), irrappreżentata minn C. Mereu, K. Van Maldegem u M. Grunchard, avocats, kif ukoll minn P. Sellar, advocate,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn C. G. Fernlund (Relatur), President tal-Awla, A. Arabadjiev u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170615">15 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20170907">7 ta’ Settembru 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="3"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Bl-appell tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-<DATE ISO="20151007">7 ta’ Ottubru 2015</DATE> Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (T-689/13, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:767">EU:T:2015:767</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li biha din annullat ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 944/2013, tat-<DATE ISO="20131002">2 ta’ Ottubru 2013</DATE>, li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="261" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2013">ĠU 2013 L 261, p. 5</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>regolament ikkontestat<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), sa fejn dan jikklassifika ż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja (KE Nru 266-028-2, iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>CTPHT<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) fost is-sustanzi ta’ tossiċità akwatika akuta ta’ kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika ta’ kategorija 1 (H410).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="253" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2008">ĠU 2008 L 253, p. 1</REF.DOC.OJ>) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 286/2011, tal-<DATE ISO="20110310">10 ta’ Marzu 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="083" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011 L 83, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Regolament Nru 1272/2008<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) jipprovdi, fil-premessi 4 sa 8 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>(4)</NO.P><TXT>Il-kummerċ f’sustanzi u taħlitiet m’huwiex biss kwistjoni tas-suq intern, iżda anki tas-suq globali. L-intrapriżi għandhom għalhekk jibbenefikaw mill-armonizzazzjoni globali tar-regoli għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar u mill-konsistenza bejn, minn naħa waħda, ir-regoli għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar għall-provvista u l-użu u, min-naħa l-oħra, dawk għat-trasport.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat il-kummerċ dinji filwaqt li jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, kriterji armonizzati għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ġew żviluppati bir-reqqa tul perijodu ta’ 12-il sena fi ħdan l-istruttura tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), li rriżultaw fis-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u l-Ittikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi (minn hawn ’il quddiem imsejħa <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>l-GHS<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/>).</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament isegwi diversi dikjarazzjonijiet li fihom il-Komunità kkonfermat l-intenzjoni tagħha li tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni globali tal-kriterji tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar, mhux biss fil-livell tan-NU, iżda anki permezz ta’ l-inkorporazzjoni tal-kriterji tal-GHS miftehma internazzjonalment fid-dritt Komunitarju.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Il-benefiċċji għall-intrapriżi ser jiżdiedu hekk kif aktar pajjiżi fid-dinja jadottaw il-kriterji tal-GHS fil-leġislazzjoni tagħhom. Il-Komunità għandha tkun fuq quddiem ta’ dan il-proċess biex tinkoraġġixxi pajjiżi oħra jsegwu u bil-għan li tipprovdi vantaġġ kompetittiv lill-industrija fil-Komunità.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Għalhekk huwa essenzjali li d-dispożizzjonijiet u l-kriterji għall-klassifikazzjoni u l-ittikkettar ta’ sustanzi, taħlitiet u ċerti oġġetti speċifiċi jkunu armonizzati fi ħdan il-Komunità, b’kont meħud tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni u r-regoli ta’ ttikkettar tal-GHS, iżda anki billi jkompli jsir xogħol fuq l-40 sena ta’ esperjenza miksuba permezz ta’ l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni Komunitarja eżistenzi dwar is-sustanzi kimiċi u li jinżamm il-livell ta’ protezzjoni miksub permezz tas-sistema ta’ klassifikazzjoni u l-ittikkettar, permezz ta’ klassijiet ta’ periklu Komunitarji li għadhom mhux parti mill-GHS kif ukoll permezz tar-regoli attwali ta’ ttikkettar u imballaġġ.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008, li b’mod partikolari jippreżenta l-kriterji ta’ klassifikazzjoni fil-klassijiet ta’ perikolu, u d-differenzi bejniethom, huwa kompost minn ħames partijiet. Taħt il-parti 4 ta’ dan l-anness, il-punt 4.1.3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Kriterji dwar il-klassifikazzjoni tat-taħlitiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, huwa mfassal b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>4.1.3.1.</NO.P><TXT>Is-sistema ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet tkopri l-kategoriji kollha ta’ klassifikazzjoni li huma użati għas-sustanzi, jiġifieri l-kategoriji Akuta 1 u Kronika minn 1 sa 4. Sabiex tintuża d-dejta kollha disponibbli għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-perikli ambjentali akkwatiċi tat-taħlita, dan li ġej hu applikat fejn adatt:<P>Il-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>komponenti rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> ta’ taħlita huma dawk li huma kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Akuti 1<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kroniċi 1<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> u huma preżenti f’konċentrazzjoni ta’ 0,1 % (w/w) jew aktar, u dawk li huma kklassifikati <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kroniċi 2<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Kroniċi 3<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Kroniċi 4<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/> u huma preżenti f’konċentrazzjoni ta’ 1 % (w/w) jew akbar, sakemm ma jkunx hemm suppożizzjoni [bħal fil-każ ta’ komponenti b’tossiċità għolja (ara t-Taqsima 4.1.3.5.5.5)] li komponent preżenti f’konċentrazzjoni aktar baxxa xorta jista’ jkun rilevanti għall-klassifikazzjoni tat-taħlita għall-perikli akkwatiċi ambjentali. Ġeneralment, għas-sustanzi kklassifikati bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Akuta 1<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Kronika 1<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> il-konċentrazzjoni li għandha titqies hija ta’ (0,1/M) %. (Għal spjegazzjoni tal-fattur M ara t-Taqsima 4.1.3.5.5.5).</P></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.1.3.2.</NO.P><TXT>L-approċċ għall-klassifikazzjoni tal-perikli ambjentali akkwatiċi huwa maqsum fi stadji, u jiddependi fuq it-tip ta’ informazzjoni disponibbli għat-taħlita nfisha u għall-komponenti tagħha. Il-Figura 4.1.2 issemmi fil-qosor il-proċess li għandu jiġi segwit.<P>L-elementi tal-approċċ fi stadji jinkludu:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>klassifikazzjoni bbażata fuq taħlitiet ittestjati;</P></ITEM><ITEM><P>klassifikazzjoni bbażata fuq prinċipji ta’ konnessjoni;</P></ITEM><ITEM><P>l-użu tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>addizzjoni tal-komponenti kklassifikati<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/> u/jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>formula ta’ addittività<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ITEM></LIST></P></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Metodu tal-addizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>4.1.3.5.5.1.1.</NO.P><TXT>Fil-każ tal-kategoriji tal-klassifikazzjoni tas-sustanzi fi Kronika 1 sa Kronika 3, il-kriterji sottostanti tat-tossiċità jvarjaw b’fattur ta’ 10 fit-trasferiment minn kategorija għall-oħra. Is-sustanzi b’klassifikazzjoni f’medda ta’ tossiċità għolja jistgħu għalhekk jikkontribwixxu għall-klassifikazzjoni ta’ taħlita f’medda iżjed baxxa. Il-kalkolu ta’ dawn il-kategoriji ta’ klassifikazzjoni għalhekk għandu jqis il-kontribut ta’ kwalunkwe sustanza kklassifikata bħala Kronika 1, 2 jew 3.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4.1.3.5.5.1.2.</NO.P><TXT>Meta taħlita jkun fiha komponenti klassifikati bħala Akuti 1 jew Kroniċi 1, għandha tingħata attenzjoni għall-fatt li dawk il-komponenti, meta t-tossiċità akuta tagħhom tkun taħt il-1 mg/l u/jew it-tossiċità kronika tkun inqas minn 0,1 mg/l (jekk ma jiddegradawx malajr) u 0,01 mg/l (jekk jiddegradaw malajr) jikkontribwixxu għat-tossiċità tat-taħlita anki f’konċentrazzjoni baxxa. Ingredjenti attivi fil-pestiċidi ħafna drabi jkun fihom dik it-tossiċità akkwatika qawwija iżda wkoll xi sustanzi oħra bħat-taħlitiet organometalliċi. F’dawn iċ-ċirkostanzi l-applikazzjoni tal-limiti ġeneriċi ta’ konċentrazzjoni normali jistgħu jwasslu għal <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>klassifikazzjoni inqas<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> tat-taħlita. Għalhekk, fatturi li jimmultiplikaw għandhom jiġu applikati biex jagħmlu tajjeb għall-komponenti tossiċi ħafna, kif deskritt fit-Taqsima 4.1.3.5.5.5.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-taħlitiet ta’ komponenti b’tossiċità għolja, il-punt 4.1.3.5.5.5.1 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Komponenti fil-Kategorija Akuti 1 u Kroniċi 1 b’tossiċitajiet inqas minn 1 mg/l u/jew tossiċitajiet kroniċi inqas minn 0,1 mg/l (jekk ma jiddegradawx malajr) u 0,01 mg/l (jekk jiddegradaw malajr) jikkontribwixxu għat-tossiċità tat-taħlita anki f’konċentrazzjoni baxxa u normalment għandhom jingħataw konsiderazzjoni akbar meta jiġi applikat l-approċċ tal-addizzjoni tal-klassifikazzjoni. Meta taħlita jkun fiha l-komponenti kklassifikati bħala Akuti jew Kroniċi 1, wieħed minn dawn li ġejjin għandu jiġi applikat:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>L-approċċ fi stadji deskritt fit-Taqsimiet 4.1.3.5.5.3 u 4.1.3.5.5.4 għandu jiġi applikat billi tintuża somma peżata billi jiġu multiplikati l-konċentrazzjonijiet tal-komponenti Akuti 1 u Kroniċi 1 b’fattur, minflok ma jingħaddu sempliċiment flimkien il-perċentwali. Dan ifisser li l-konċentrazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Akuti 1<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> fil-kolonna tax-xellug tat-Tabella 4.1.1 u l-konċentrazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Kroniċi 1<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="2019" ID="QE0024"/> fil-kolonna tax-xellug tat-Tabella 4.1.2 huma multiplikati bil-fattur multiplikanti adattat. […]</P></ITEM></LIST></P><P>– […]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Mill-fatti li wasslu għall-kawża esposti fil-punti 1 sa 8 tas-sentenza appellata jirriżulta li ċ-CTPHT huwa residwu tad-distillazzjoni taż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja. Din is-sustanza tifforma parti minn dawk is-sustanzi li għandhom kompożizzjoni li ma hijiex magħrufa jew varjabbli, prodotti kumplessi li jirreaġixxu jew materjal bijoloġiku (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>sustanzi UVCB<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>F’Settembru 2010, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ppreżenta lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) fajl li jipproponi l-klassifikazzjoni taċ-CTPHT fost is-sustanzi karċinoġeniċi tal-kategorija 1A (H350), mutaġeniċi tal-kategorija 1B (H340), tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B (H360FD), ta’ tossiċità akwatika akuta tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika tal-kategorija 1 (H410).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20131002">2 ta’ Ottubru 2013</DATE>, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ikkontestat. Abbażi tal-Artikolu 1(2)(a)(i) u (b)(i) ta’ dan ir-Regolament, moqri flimkien mal-Annessi II u IV tiegħu, iċ-CTPHT ġie b’mod partikolari kklassifikat fost is-sustanzi ta’ tossiċità akwatika tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akwatika tal-kategorija 1 (H410). Abbażi tal-Artikolu 3(3) tal-imsemmi regolament, din il-klassifikazzjoni hija applikabbli mill-<DATE ISO="20160401">1 ta’ April 2016</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Bilbaína de Alquitranes SA, Deza a.s., Industrial Química del Nalón SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Koppers Netherlands BV, Rütgers basic aromatics GmbH, Rütgers Belgium NV, Rütgers Poland sp. z o.o., Bawtry Carbon International Ltd, Grupo Ferroatlántica SA, SGL Carbon GmbH (il-Ġermanja), SGL Carbon GmbH (l-Awstrija), SGL Carbon, SGL Carbon SA, SGL Carbon Polska S.A., ThyssenKrupp Steel Europe AG et Tokai erftcarbon GmbH (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Bilbaína <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>) ippreżentaw rikors intiż għall-annullament tar-regolament ikkontestat, li insostenn tiegħu dawn invokaw tliet motivi, li t-tieni wieħed minnhom huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-livell ta’ tossiċità taċ-CTPHT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali essenzjalment qieset li l-Kummissjoni kienet wettqet tali żball sa fejn kienet naqset milli tosserva l-obbligu tagħha li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha biex b’hekk tieħu kont b’mod xieraq tar-rata ta’ preżenza ta’ dawn is-16-il kostitwent tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi fiċ-CTPHT u l-effetti kimiċi tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>B’hekk il-Qorti Ġenerali laqgħet it-tieni parti tat-tieni motiv tar-rikors u annullat ir-regolament ikkontestat sa fejn dan jikklassifika ċ-CTPHT fost is-sustanzi ta’ tossiċità akwatika akuta tal-kategorija 1 (H400), u ta’ tossiċità akwatika kronika tal-kategorija 1 (H410).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>It-talbiet tal-partijiet u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u tirriżerva l-ispejjeż ta’ din l-istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Bilbaína <HT TYPE="ITALIC">et</HT> jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad l-appell jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appell, anki fil-każ li dan tal-aħħar jintlaqa’ parzjalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-ECHA titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u tirriżerva l-ispejjeż ta’ din l-istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Gvern Daniż jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata u tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Gvern Ġermaniż jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u tirriżerva l-ispejjeż ta’ din l-istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Gvern tal-Pajjiżi l-Baxxi jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>B’digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-691/15 P–R</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:597">EU:C:2016:597</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), it-talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-regolament ikkontestat ippreżentata fl-<DATE ISO="20160324">24 ta’ Marzu 2016</DATE> minn Bilbaína <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ġiet miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-appell</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel aggravju, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-motivi esposti fil-punti 31 sa 34 tas-sentenza appellata huma vvizzjati b’nuqqas ta motivazzjoni minħabba n-natura kontradittorja jew ambigwa tagħhom. Din tosserva li dawn il-motivi ma jippermettux li jinftiehem jekk il-Qorti Ġenerali annullatx ir-regolament ikkontestat għaliex il-Kummissjoni użat il-metodu tal-addizzjoni jew għaliex wettqet żball fl-applikazzjoni ta’ dan il-metodu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fil-punt 34 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tidher li lmentat li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-karatteristiċi tal-kostitwenti taċ-CTPHT pjuttost milli fuq il-karatteristiċi ta’ din is-sustanza kkunsidrata b’mod sħiħ, liema ħaġa b’hekk tissuġġerixxi li l-użu tal-metodu tal-addizzjoni kien żbaljat. Min-naħa l-oħra, fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali indikat li l-motiv ifformulat minn Bilbaína <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kien jikkonċerna l-prinċipju tal-applikazzjoni ta’ dan il-metodu. Barra minn hekk, fil-punti 32 u 33 tas-sentenza msemmija, il-Qorti Ġenerali indikat li l-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni s-solubbiltà dgħajfa tas-sustanza kkunsidrata b’mod sħiħ meta applikat il-metodu tal-addizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Bilbaína <HT TYPE="ITALIC">et</HT> jikkontestaw l-argumenti tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali jimponilha li turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament li segwiet, b’mod li tippermetti li l-partijiet ikkonċernati jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tad-deċiżjoni meħuda u li l-Qorti tal-Ġustizzja teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Aalborg Portland <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P u C-219/00 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:6">EU:C:2004:6</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0372">372</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170601">1 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Universidad Internacional de la Rioja vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-50/17 P</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:415">EU:C:2017:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-punt 30 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>li l-Kummissjoni [kienet] wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn, meta kklassifikat iċ-CTPHT fost is-sustanzi ta’ tossiċità akwatika akuta tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika tal-kategorija 1 (H410) abbażi tal-kostitwenti tiegħu, din [kienet] naqset mill-obbligu tagħha li tieħu inkunsiderazzjoni l-provi u l-fatti kollha rilevanti sabiex tieħu debitament inkunsiderazzjoni r-rata ta’ preżenza tas-sittax-il kostitwent [idrokarburi aromatiċi poliċikliċi] fiċ-CTPHT u l-effetti kimiċi tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Mill-punti 31 sa 34 ta’ din is-sentenza jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li la l-Kummissjoni u lanqas l-ECHA ma kienu f’pożizzjoni li jistabbilixxu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>il-Kummissjoni [kienet] ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li, skont il-punt 1.3, intitolat <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Proprjetajiet fiżikokimiċi<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/>, tad-dokument ta’ informazzjoni [anness mal-opinjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni tar-riskji tal-ECHA] il-kostitwenti taċ-CTPHT setgħu biss jiġu estratti miċ-CTPHT b’mod limitat u li din is-sustanza kellha stabbilità kbira<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Din l-evalwazzjoni hija bbażata fuq żewġ elementi. L-ewwel element, espost fil-punt 33 tas-sentenza appellata, huwa marbut mal-fatt li la mill-opinjoni tal-kumitat ta’ evalwazzjoni tar-riskji tal-ECHA (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>opinjoni tal-KER<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> u lanqas mid-dokument ta’ informazzjoni anness ma’ din l-opinjoni ma jirriżulta li ttieħdet inkunsiderazzjoni s-solubbiltà dgħajfa fl-ilma taċ-CTPHT. It-tieni element, espost fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, huwa l-konstatazzjoni li l-klassifikazzjoni taċ-CTPHT kienet tistrieħ fuq il-preżunzjoni li tgħid li sittax il-kostitwent li jirrappreżentaw 9.2 % taċ-CTPHT setgħu jiddissolvu fl-ilma, filwaqt li, skont id-dokument ta’ informazzjoni anness mal-opinjoni tal-KER, ir-rata massima ta’ solubbiltà fl-ilma ta’ din is-sustanza hija ta’ 0.0014 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-punti 31 sa 34 tas-sentenza appellata huma bbażati fuq motivazzjoni li turi b’mod ċar u univoku li l-Qorti Ġenerali ma qisitx li l-Kummissjoni, meta adottat ir-regolament ikkontestat, kienet irrikorriet, bi żball, għall-metodu tal-addizzjoni. Meta ddeċidiet, permezz tal-motivi esposti fil-punti 31 sa 34 ta’ din is-sentenza, li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-metodu tal-addizzjoni, il-Qorti Ġenerali mmotivat id-deċiżjoni b’mod suffiċjenti fil-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>B’hekk, l-ewwel aggravju tal-appell għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni aggravju, ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament Nru 1272/2008</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>It-tieni aggravju tal-appell jikkonsisti f’żewġ partijiet. L-ewwel parti ta dan l-aggravju hija bbażata fuq il-premessa li tgħid li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet użat, bi żball, il-metodu tal-addizzjoni. Madankollu, peress li din il-premessa hija żbaljata, hekk kif ġie deċiż fil-punt 26 tas-sentenza preżenti, din l-ewwel parti għandha tiġi miċħuda mill-bidu. B’hekk, għandha tiġi evalwata t-tieni parti tat-tieni aggravju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Bit-tieni parti tat-tieni aggravju, il-Kummissjoni tikkritika l-motivi li bihom il-Qorti Ġenerali, fil-punti 31 sa 34 tas-sentenza appellata, iddeċidiet li l-Kummissjoni kienet wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-fatt li tittieħed inkunsiderazzjoni s-solubbiltà taċ-CTPHT b’mod sħiħ huwa inkompatibbli mal-metodu tal-addizzjoni li huwa bbażat fuq l-analiżi tal-kostitwenti ta’ din is-sustanza. Din tosserva li l-ipoteżi li tgħid li l-kostitwenti ta’ sustanza jiddissolvu fl-ilma hija inerenti għall-metodu tal-addizzjoni. B’hekk, b’applikazzjoni ta’ dan il-metodu, huwa preżunt li l-kostitwenti huwa kompletament solubbli, għaliex is-solubbiltà tkun diġà integrata qabel l-evalwazzjoni tat-tossiċità tagħhom. Il-fatt li s-sittax-il kostitwent mittieħed inkunsiderazzjoni f’dan il-każ jirrappreżentaw biss 9.2 % taċ-CTPHT huwa irrilevanti, peress li fl-applikazzjoni ta’ dan il-metodu ma huwiex la meħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni numru kbir ta’ kostitwenti u lanqas li l-kostitwenti meħuda inkunsiderazzjoni jirrappreżentaw proporzjon kbir tas-sustanza. Għandu jiġi vverifikat biss, bil-metodu tal-addizzjoni, jekk jintlaħqux il-limiti minimi ffissati bir-Regolament Nru 1272/2008, mingħajr ma l-Kummissjoni għandha l-iċken marġini ta’ diskrezzjoni f’dan ir-rigward. B’hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkritikat lill-Kummissjoni talli ma ħaditx inkunsiderazzjoni elementi li ma humiex previsti mill-metodu tal-addizzjoni msemmi fil-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Skont Bilbaína <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, peress li ċ-CTPHT għandu solubbiltà dgħajfa fl-ilma, il-Qorti Ġenerali staqsiet ruħha, ġustament, dwar il-punt jekk il-metodu tal-addizzjoni kienx jasal għas-soluzzjoni t-tajba. L-idea li tgħid li l-Kummissjoni hija maqbuda fi proċedura li tipprekludiha milli tieħu inkunsiderazzjoni elementi fattwali li jxejnu l-ipoteżi teoretika li din tippersisti li ssegwi tirriskja li twassal għal riżultati assurdi, inġusti u xjentifikament infondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Gvern Daniż u l-Gvern Ġermaniż japprovaw il-metodoloġija segwita mill-Kummissjoni. Il-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008 ma jeħtieġx li tittieħed inkunsiderazzjoni s-solubbiltà tat-taħlita b’mod sħiħ, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali fis-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>It-tieni parti tat-tieni aggravju tal-appell tistaqsi jekk il-Kummissjoni, meta applikat il-metodu tal-addizzjoni biex tiddetermina jekk sustanza UVCB tifformax parti mill-kategoriji ta’ tossiċità akuta u ta’ tossiċità kronika fil-qasam akwatiku, hijiex marbuta li tillimita l-evalwazzjoni tagħha biss għall-elementi espressament imsemmija fil-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008, bl-esklużjoni ta’ kull element ieħor, jew, b’mod kuntrarju, jekk din għandhiex, abbażi tal-obbligu ta’ diliġenza tagħha, teżamina b’kura u b’imparzjalità elementi oħra li, għalkemm mhux espressament imsemmija mid-dispożizzjonijiet imsemmija, huma madankollu rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar, hekk kif essenzjalment iddeċidiet il-Qorti Ġenerali fil-punt 23 tas-sentenza appellata, li, sabiex tkun tista’ twettaq il-klassifikazzjoni ta’ sustanza abbażi tar-Regolament Nru 1272/2008, u b’kunsiderazzjoni tal-evalwazzjonijiet xjentifiċi u tekniċi kumplessi li għandha twettaq, għandu tiġi rrikonoxxuta setgħa diskrezzjoni wiesgħa lill-Kummissjoni (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110721">21 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Etimine</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-15/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:504">EU:C:2011:504</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-eżerċizzju ta’ din is-setgħa ma huwiex madankollu eskluż mill-istħarriġ ġudizzjarju. B’mod partikolari, meta parti tinvoka żball manifest ta’ evalwazzjoni li allegatament twettaq mill-istituzzjoni kompetenti, il-qorti tal-Unjoni Ewropea għandha tistħarreġ jekk din l-istituzzjoni eżaminatx, b’kura u b’imparzjalità, l-elementi kollha rilevanti tal-każ ineżami li fuqhom hija bbażata din l-evalwazzjoni<?PAGE NO="9"?> (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19911121">21 ta’ Novembru 1991</DATE>, <NAME.CASE>Technische Universität München</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-269/90</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:438">EU:C:1991:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070718">18 ta’ Lulju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-326/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:443">EU:C:2007:443</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0077">77</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081106">6 ta’ Novembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-405/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:613">EU:C:2008:613</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Gowan Comércio Internacional e Serviços</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-77/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:803">EU:C:2010:803</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Dan l-obbligu ta’ diliġenza huwa fil-fatt inerenti għall-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u japplika b’mod ġenerali għall-azzjoni tal-amministrazzjoni tal-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170404">4 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>L-Ombudsman vs Staelen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-337/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:256">EU:C:2017:256</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120329">29 ta’ Marzu 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Estonja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-505/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:179">EU:C:2012:179</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li l-klassifikazzjoni ta’ sustanza UVCB fir-rigward tal-perikoli fil-qasam akwatiku li din tippreżenta għandha tiġi stabbilita konformement mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1272/2008 li jirregolaw il-klassifikazzjoni tat-taħlitiet. Mill-punt 4.1.3.2 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament jirriżulta s-segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>L-approċċ għall-klassifikazzjoni tal-perikli ambjentali akkwatiċi huwa maqsum fi stadji, u jiddependi fuq it-tip ta’ informazzjoni disponibbli għat-taħlita nfisha u għall-komponenti tagħha. […]</P><P>L-elementi tal-approċċ fi stadji jinkludu:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>klassifikazzjoni bbażata fuq taħlitiet ittestjati;</P></ITEM><ITEM><P>klassifikazzjoni bbażata fuq prinċipji ta’ konnessjoni;</P></ITEM><ITEM><P>l-użu tal-<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>addizzjoni tal-komponenti kklassifikati<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> u/jew <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>formula ta’ addittività<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="2019" ID="QE0033"/>.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Dan il-punt jistabbilixxi ordni ta’ prijorità dixxendenti bejn dawn it-tliet metodi. B’hekk, meta, bħal f’dan il-każ, id-data disponibbli ma tippermettix li jsir użu mill-ewwel żewġ metodi, il-klassifikazzjoni ta’ sustanza UVCB għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-metodu tal-addizzjoni, skont il-metodi ddefiniti fil-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għall-kategoriji ta’ tossiċità akuta 1 u ta’ tossiċità kronika 1, dan il-metodu jikkonsisti, essenzjalment, fil-kalkolu tas-somma tal-konċentrazzjonijiet tal-kostitwenti kklassifikati f’dawn il-kategoriji, immultiplikati b’fattur M. Dan il-fattur M jiżdied b’ordni ta’ kobor b’mod proporzjonalment invers għal-livell ta’ tossiċità tas-sustanza inkwistjoni, u dan sabiex jirrifletti l-fatt li s-sustanzi li jidħlu f’dawn il-kategoriji ta’ perikolu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>jikkontribwixxu għat-tossiċità tat-taħlita anki f’konċentrazzjoni baxxa u normalment għandhom jingħataw konsiderazzjoni akbar meta jiġi applikat l-approċċ tal-addizzjoni tal-klassifikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, skont il-punt 4.1.3.5.5.5.1 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008. Jekk is-somma tal-konċentrazzjonijiet li tirriżulta mill-fattur M tkun superjuri jew ugwali għal 25 %, is-sustanza kkunsidrata tiġi kklassifikata bħala tossiċità akuta tal-kategorija 1 jew bħala tossiċità kronika tal-kategorija 1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008 ma jipprevedix l-użu ta’ kriterji oħrajn minbarra dawk espressament imsemmija f’din id-dispożizzjoni. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li ebda dispożizzjoni ma tipprekludi espressament it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi oħra li jistgħu jkunu relevanti għall-klassifikazzjoni ta’ sustanza UVCB.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan il-punt 4.1.3.5.5 għandu jerġa jitqiegħed fil-kuntest tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Skont il-punt 4.1.3.1 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008, l-approċċ segwit għall-klassifikazzjoni tat-taħlitiet, preċedentement deskritti fil-qosor fil-punt 38 ta’ din is-sentenza, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>[s]abiex tintuża d-dejta kollha disponibbli għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-perikli ambjentali akkwatiċi tat-taħlita, dan li ġej hu applikat fejn adatt<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Hekk kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 73 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-użu tal-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>fejn adatt<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>where appropriate<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fil-verżjoni<?PAGE NO="10"?> bl-Ingliż ta’ dan il-punt) u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>d-dejta kollha disponibbli<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, jissuġġerixxi l-interpretazzjoni li tgħid li t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ informazzjoni differenti minn dik espressament użata fil-kuntest tal-metodu tal-addizzjoni għandu, f’kull ċirkustanza, jiġi eskluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-premessi 4 sa 8 tar-Regolament Nru 1272/2008 jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>[j]ikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni globali tal-kriterji tal-klassifikazzjoni u l-ittikkettar, mhux biss fil-livell tan-NU, iżda anki permezz ta’ l-inkorporazzjoni tal-kriterji tal-GHS miftehma internazzjonalment fid-dritt Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Għal dan il-għan, l-Anness I ta’ dan ir-regolament jirriproduċi b’mod identiku l-kważi totalità tad-dispożizzjonijiet tal-GHS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Issa, hekk kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punt 79 tal-konklużjonijiet tiegħu, mit-test stess tal-GHS, b’mod partikolari mill-Anness 9 tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Dokument gwida dwar il-perikli fil-qasam akwatiku<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, jirriżulta li l-approċċ metodoloġiku indikat għad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-perikoli fil-qasam akwatiku ta’ sustanzi huwa delikat, b’mod partikolari, minħabba l-fatt li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>t-terminu sustanza jkopri firxa wiesgħa ta’ prodotti kimiċi, li numru kbir minnhom huwa diffiċli ħafna li jiġu kklassifikati skont sistema bbażata fuq kriterji riġidi<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>. B’hekk dan id-dokument jenfasizza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>l-problemi ta’ interpretazzjoni kumplessi, anki għal esperti<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> li tqajjem il-klassifikazzjoni, b’mod partikolari tas-sustanzi msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>kumplessi jew multi komponenti<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> li tagħhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>il-karatteristiċi ta’ bijodegradazzjoni, ta’ bijoakkumulazzjoni, ta’ koeffiċjent ta’ tqassim u ta’ solubbiltà fl-ilma lkoll iqajmu problemi ta’ interpretazzjoni, sa fejn kull komponent tat-taħlita jista’ jaġixxi b’mod differenti<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>B’hekk, l-awturi ta’ dan id-dokument riedu jattiraw l-attenzjoni fuq il-limiti inerenti għall-kriterji metodoloġiċi, previsti mill-GHS, ta’ klassifikazzjoni tal-perikoli fil-qasam akwatiku, fir-rigward ta’ ċerti sustanzi kkaratterizzati, b’mod partikolari, mill-kumplessità, mill-istabbiltà jew mill-idrosolubbiltà dgħajfa tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Il-leġiżlatur tal-Unjoni integra d-dispożizzjonijiet tal-GHS fl-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008, mingħajr ma esprima l-intenzjoni tiegħu li jinjora dan l-approċċ. B’hekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jitqies li l-leġiżlatur tal-Unjoni, meta integra l-GHS fir-Regolament Nru 1272/2008, ħalla barra dawn il-limitazzjonijiet metodoloġiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>L-applikazzjoni stretta u awtomatika tal-metodu tal-addizzjoni fiċ-ċirkustanzi kollha tista’ twassal biex tiġi sottovalutata t-tossiċità fil-qasam akwatiku ta’ sustanza UVCB li ftit mill-kostitwenti tagħha jkunu magħrufa. Tali riżultat ma jistax jitqies bħala kompatibbli mal-għan ta’ protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem imfittex mir-Regolament Nru 1272/2008.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>B’hekk għandu jitqies li, meta tapplika l-metodu tal-addizzjoni biex tiddetermina jekk sustanza UVCB tifformax parti mill-kategoriji ta’ tossiċità akuta u ta’ tossiċità kronika fil-qasam akwatiku, il-Kummissjoni ma hijiex marbuta li tillimita l-evalwazzjoni tagħha biss għall-elementi espressament imsemmija fil-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008, bl-esklużjoni ta’ kull element ieħor. Konformement mal-obbligu ta’ diliġenza tagħha, il-Kummissjoni hija marbuta li teżamina b’kura u b’imparzjalità elementi oħra li, għalkemm mhux espressament ikkonċernati mid-dispożizzjonijiet imsemmija, huma madankollu rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Kummissjoni, sostnuta mill-ECHA, mill-Gvern Daniż u mill-Gvern Ġermaniż, tosserva li s-solubbiltà dgħajfa taċ-CTPHT hija irrilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-metodu tal-addizzjoni. Fil-fatt, din tqis li l-metodu tal-addizzjoni jieħu inkunsiderazzjoni indirettament is-solubbiltà tal-kostitwenti li jifformaw parti mill-kategoriji ta’ perikoli għall-qasam akwatiku <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>tossiċità akuta<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>tossiċità kronika<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Il-punt jekk is-solubbiltà dgħajfa taċ-CTPHT tistax titqies bħala rilevanti u għandhiex, għalhekk, tittieħed inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tal-perikoli għall-qasam akwatiku maħluqa minn din is-sustanza hija kwistjoni ta’ kwalifika legali tal-fatti li tifforma parti mill-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-istħarriġ tagħha tal-appell.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-motiv tas-sentenza appellata li jinsab fil-punt 28 tagħha, li jgħid li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>sabiex jitqies li sustanza tidħol fil-kategoriji ta’ tossiċità akuta jew kronika, hija din is-sustanza, u mhux biss il-kostitwenti tagħha, li għandha tissodisfa l-kriterji ta’ klassifikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, ma huwiex ikkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Il-metodu ta’ klassifikazzjoni msemmi fil-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008 huwa bbażat fuq l-ipoteżi li tgħid li l-kostitwenti meħuda inkunsiderazzjoni huma 100 % solubbli. Abbażi ta’ din l-ipoteżi, dan il-metodu tal-addizzjoni jimplika li jeżisti livell ta’ konċentrazzjoni tal-kostitwenti taħt liema l-limitu minimu ta’ 25 % ma jistax jintlaħaq u b’hekk jikkonsisti fil-kalkolu tas-somma tal-konċentrazzjonijiet tal-kostitwenti li jifformaw parti mill-kategoriji ta’ tossiċità akuta jew kronika, meqjusa, kull waħda, mal-fattur M li jikkorrispondi għall-profil ta’ tossiċità tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Huwa madankollu inerenti għal dan il-metodu li dan jitlef l-affidabbiltà f’sitwazzjonijiet fejn is-somma meqjusa tal-kostitwenti teċċedi l-livell ta’ konċentrazzjoni li jikkorrispondi għal-limitu minimu ta’ 25 % fi proporzjon inferjuri għar-rapport bejn ir-rata ta’ solubbiltà osservata fil-livell tas-sustanza kkunsidrata fl-intier tagħha u r-rata ta’ solubbiltà ipotetika ta’ 100 %. Fil-fatt, f’tali sitwazzjonijiet, isir b’hekk possibbli li l-metodu tal-addizzjoni jwassal, f’każijiet partikolari, għal riżultat superjuri jew inferjuri għal-livell li jikkorrispondi għal-limitu minimu legali ta’ 25 %, skont jekk titteħidx inkunsiderazzjoni r-rata ta’ solubbiltà ipotetika tal-kostitwenti jew dik tas-sustanza kkunsidrata b’mod sħiħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Huwa stabbilit li mit-tabella 7.6.2 tal-Anness I tar-rapport mehmuż mal-opinjoni tal-KER jirriżulta li, minn naħa, il-metodu tal-addizzjoni jwassal għar-riżultat ta’ <FT TYPE="NUMBER">14521</FT> % u li, min-naħa l-oħra, dan ir-riżultat huwa 581 darba superjuri għal-livell minimu meħtieġ biex jintlaħaq il-limitu minimu ta’ 25 %, wara li jitqies il-fattur M. Lanqas ma huwa kkontestat li mill-punt 1.3 ta’ dan id-dokument, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>Proprjetajiet fiżikokimiċi<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, jirriżulta barra minn hekk li r-rata massima ta’ solubbiltà fl-ilma taċ-CTPHT kienet ta’ 0.0014 %, jiġifieri rata ta’ madwar <FT TYPE="NUMBER">71000</FT> darba inferjuri għar-rata ta’ solubbiltà ipotetika ta’ 100 % użata għall-kostitwenti meħuda inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Huwa għalhekk mingħajr ma wettqet żnaturament jew żball ta’ kwalifika legali tal-fatti li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 34 tas-sentenza appellata, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>mill-ipoteżi li l-[kostitwenti] kollha jiddissolvu fl-ilma, il-Kummissjoni essenzjalment ibbażat il-klassifikazzjoni inkwistjoni fuq l-ipoteżi li 9.2 % taċ-CTPHT seta’ jiddissolvi fl-ilma. Madankollu, hekk kif jirriżulta mill-punt 1.3 tad-dokument ta’ informazzjoni [anness mal-opinjoni tal-KER], tali valur ma huwiex realistiku, peress li r-rata massima hija ta’ 0.0014 %<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Wara li kkonstatat, fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>la l-Kummissjoni u lanqas l-ECHA ma [kienu] f’pożizzjoni li jistabbilixxu […] li […] il-Kummissjoni [kienet] ħadet inkunsiderazzjoni l-fatt li, skont il-punt 1.3., intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>Proprjetajiet fiżikokimiċi<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, tad-dokument ta’ informazzjoni [anness mal-opinjoni tal-KER], il-kostitwenti taċ-CTPHT setgħu biss jiġu estratti miċ-CTPHT b’mod limitat u li din is-sustanza kienet tippreżenta stabbilità kbira<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>, il-Qorti Ġenerali, mingħajr ma wettqet żball ta’ liġi, iddeċidiet fil-punt 30 tas-sentenza msemmija li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>il-Kummissjoni [kienet] wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn, meta kklassifikat iċ-CTPHT fost is-sustanzi ta’ tossiċità akwatika akuta tal-kategorija 1 (H400) u ta’ tossiċità akwatika kronika tal-kategorija 1 (H410) abbażi tal-kostitwenti tiegħu, din [kienet] naqset mill-obbligu tagħha li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi u ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti sabiex tieħu debitament inkunsiderazzjoni r-rata ta’ preżenza tas-sittax-il kostitwent […] fiċ-CTPHT u l-effetti kimiċi tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni aggravju tal-appell għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet aggravju, ibbażat fuq il-ksur tal-limiti ta’ stħarriġ ġudizzjarju u ta’ żnaturament tal-provi</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tiddikjara li adottat ir-regolament ikkontestat abbażi ta’ firxa wiesgħa ta’ elementi xjentifiċi. Dawn huma elementi kumplessi ħafna u li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-metodu tal-addizzjoni. Il-Qorti Ġenerali, fil-punt 34 tas-sentenza appellata, ikkunsidrat biss, minn din il-firxa vasta ta’ elementi xjentifiċi u tekniċi, il-frażi li tgħid li 9.2 % taċ-CTPHT seta’ jiddissolvi fl-ilma biex tinvalida l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni. Issa, dan l-element huwa inerenti għall-metodu tal-addizzjoni. Meta ddeċidiet, f’dan il-punt 34, li r-rata massima ta’ solubbiltà taċ-CTPHT fl-intier tiegħu hija ta’ 0.0014 %, il-Qorti Ġenerali ssostitwixxiet l-evalwazzjoni tagħha minflok dik tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, meta aġixxiet b’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi li abbażi tagħhom ġie adottat ir-regolament ikkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li dan it-tielet aggravju tal-appell huwa bbażat fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. Il-Qorti Ġenerali, fil-punt 34 tas-sentenza appellata, ma ssostitwixxietx l-evalwazzjoni tagħha stess tal-elementi fattwali ta’ natura xjentifika u teknika minflok dik tal-awtoritajiet tal-Unjoni. B’applikazzjoni tal-ġurisprudenza stabbilita relattiva għall-firxa tal-istħarriġ ġudizzjarju, imfakkra fil-punt 35 iktar ’il fuq, l-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali, ibbażata fuq id-data maħruġa mid-dokument ta’ informazzjoni anness mal-opinjoni tal-KER, kienet biss tirrigwarda l-kwistjoni ta’ natura proċedurali li tikkonsisti fid-determinazzjoni jekk il-Kummissjoni, meta wettqet il-klassifikazzjoni taċ-CTPHT, osservatx l-obbligu tagħha li tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l-appell għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-regoli, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>L-Artikolu 140(1) tar-Regoli tal-Proċedura, li huwa applikabbli għall-proċeduri ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, jipprovdi li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet li intervjenew fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>L-Artikolu 184(4) tar-Regoli tal-Proċedura jipprovdi li meta intervenjent fl-ewwel istanza jieħu sehem fil-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li dan ibati l-ispejjeż tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Peress li Bilbaína <HT TYPE="ITALIC">et</HT> talbu għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ispejjeż u peress li din tilfet, din għandha tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk esposti minn Bilbaína <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji li wasslet għad-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-691/15 P–R</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:597">EU:C:2016:597</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, intervenjenti fl-appell, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>L-ECHA, intervenjenti fl-ewwel istanza, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>GrafTech Iberica SL, intervenjenti fl-ewwel istanza, li pparteċipat fil-proċedura orali mingħajr ma talbet il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ispejjeż, għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż proprji tagħha, dawk sostnuti minn Bilbaína de Alquitranes SA, Deza a.s., Industrial Química del Nalón SA, Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd, Koppers Netherlands BV, Rütgers basic aromatics GmbH, Rütgers Belgium NV, Rütgers Poland sp. z o.o., Bawtry Carbon International Ltd, Grupo Ferroatlántica SA, SGL Carbon GmbH (il-Ġermanja), SGL Carbon GmbH (l-Awstrija), SGL Carbon, SGL Carbon SA, SGL Carbon Polska S.A., ThyssenKrupp Steel Europe AG et Tokai erftcarbon GmbH, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji li wasslet għad-digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160707">7 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Bilbaína de Alquitranes <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-691/15 P-R</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:597">EU:C:2016:597</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">GrafTech Iberica SL u l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>